Illum previous editions

illum 14 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 | illum Opinjoni 19 D ritt għall-punt. Għalfejn għandi nivvota lil dan il-moviment immexxi minn Joseph Muscat għal darb'oħra? Din hi l-mistoqsija li sezzjoni żgħira tas-soċjetà, iżda sinjifikanti ħafna, qed tagħmel fis-silenzju ta' daharha. Għal ħafna, l-elezzjoni ġenerali diġà deċiża b`dak li jissejjaħ il-core Laburist b'appoġġ assolut għall- Prim Ministru u t-tim tiegħu, u dak Nazzjonalist, li jgħid x'jgħid, u jagħmel x'jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni, il-vot tagħhom fit-tlieta ta' Ġunju se jkun fuq il-kaxxa l-blu. U allura din hi elezzjoni li bħal ta' qabilha se tiġi deċiża minn dawk li m'għandhomx partit u jivvutaw skont x'jaqbel għal familthom, għal pajjiżhom. Fi ftit kliem dan l-artiklu se janalizza x'inhu għaddej minn moħħ din is- sezzjoni ta' nies hekk kif għada nidħlu fit-tielet ġimgħa ta' din il-kampanja elettorali. Ġudizzju Muscat Primarjament bħalissa n-nies qed jagħmlu l-kontijiet. Kollox f 'miżien u wieħed jara fejn ixaqleb. Muscat u t-tim tiegħu kellhom manifest eċċellenti fl-2013, costed u ppreżentat bl-aqwa mod possibbli. F'dawn l-erba' snin ġie implimentat u minn fuq il-karta daħal fid-djar tagħna permezz ta' miżuri konkreti, iktar drittijiet, kwalità ta' ħajja aħjar, iktar flus fil-but. B'mod ġenerali, il-maġġoranza għandhom verdett ċar dwar dan: Muscat 'delivered'. Mhux biss. Daħħal fil-pajjiż stabbilità, sens ta' ottimiżmu li l-Maltin verament jistgħu jkunu l-aqwa fl-Ewropa. Min-naħa l-oħra l-miżuri fil-qasam tal-governanza li daħħal fosthom liġi dwar finanzjament tal-partiti, Whistleblowers Act u t-tneħħija tal-preskrizzjoni minn fuq il-politici, flimkien ma' standards etiċi ġodda għall-politiku intesew fid-dell tal-każ Panama. Sejjaħlu li trid: żball ġenwin, nuqqas ta' esperjenza, dan hu dak li fixkel ftit il-ġirja u l-momentum ta' Gvern li din l-elezzjoni kellu jerbaħha b'iktar voti milli ġab fl-2013. X'joffri l-Kap tal- Oppozizzjoni Għall-eżami se jpoġġi hu wkoll. Irid isir Prim Ministru għax nifhem li jrid ibiddel u għax għandu viżjoni. Iżda jekk għandu, sal-lum dan kollu ma qalulniex. Xi jrid ibiddel nafu, jiġifieri lil kull min hu Laburist jew b'xi mod ħassu komdu jaħdem ma' Gvern Laburista. Lil hinn mill-bias li jista' jkolli bħala kandidat tal-Partit Laburista, nemmen li l-Kap tal-Oppożizzjoni tilef iċ-ċans li jista' jkun game changer f 'din l-elezzjoni. Iffoka biss fuq x'jaħseb li hu l-ħażin fil-Partit l-ieħor iżda ma qalilna xejn dwar xi fisser Malta b'Simon Busuttil fit-tmun. Il-ftit proposti li ħareġ kienu nofshom imsajrin u deher li mhuwiex ippreparat. U allura n-nies qed jaraw f 'Simon Busuttil politiku li jista' jkun ġenwin iżda li llum hu assoccjat ma' negattività, maħkum minn klikka, tfigħ ta' tajn, allegazzjonijiet u politika dilettanteska. Il- ġudizzju tal-ħafna dwar Simon Busuttil hu ċar. He is not up to it. Lil hinn mill-mass meetings Li jfisser li lil hinn mill-mass meetings fejn il-mexxejja jindirizzaw lis-segwaċi tagħhom, l-elezzjoni qed tiġi deċiża fil-kċina u l-living room tan-nies li ma jarawx aħmar biss jew blu biss. Għandhom tletin jum ċans jagħmlu l-kalkoli tagħhom. Esperjenzaw Gvern Laburista wara ħafna snin u jħossuhom tajjeb. Pruvawh l-aħħar darba u mhumiex diżappuntati bir-riżultati. Anzi jemmnu li l-isbaħ żmien għal pajjiżna għadu ġej għax il-kontijiet issa bbilancjajnihom f 'qasir żmien u hemm partit li għandu pjan ieħor costed u ambizzjuż. Tabilħaqq jemmnu li ninsabu f 'nofs triq, simili għall-1976 wara l-ewwel Gvern ta' Mintoff u l-1992 wara l-ewwel Gvern ta' Fenech Adami. Iħossuhom inkwetati bl- allegazzjonijiet ta' korruzzjoni iżda jafdaw l-istituzzjonijiet Maltin li b'mod indipendenti qed jgħidu, waħda wara l-oħra, li dawn huma allegazzjonijiet, li għalkemm serji, ma jirriżultax li huma veritieri. U allura lura għall- miżien tal-ġudizzju li jagħti l-go ahead lil Muscat biex imexxi lil Malta għal ħames snin oħra. It-tieni Leġislatura Muscat Leġislatura oħra ta' Muscat kif se tkun? Ġirja lejn orizzonti ġodda f 'era fejn ma tiddejjaqx tgħid li int ambizzjuż u li trid Malta suċċess. Il-maġġoranza silenzjuża jistennew ukoll Moviment li jkompli jinbidel fil-Gvern iżda fuq kollox passi fuq grupp zgħir ta' nies li ħakkmu lill-Partit Nazzjonalista li ħammeġ isem pajjiżna u poġġa l-Partit qabel il-pajjiż. Mandat ieħor, leġislatura oħra u f 'moħħi għandi iktar suċċess, pożittività u doża kbira ta' enerġija lejn l-aspirazzjonijiet, it-tama u t-talenti li jagħqduna bħala ġens wieħed. AARON FARRUGIA Għaliex Joseph? 'Simon Busuttil politiku li jista' jkun ġenwin iżda li llum hu assoccjat ma negattività, maħkum minn klikka, tfigħ ta' tajn, allegazzjonijiet u politika dilettanteska….' "Muscat 'delivered'. Mhux biss. Daħħal fil- pajjiż stabbilità, sens ta' ottimiżmu li l-Maltin verament jistgħu jkunu l-aqwa fl- Ewropa"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 May 2017