Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776
Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 | illum 23 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Issa li għadda l-qamar kwinta ta' Taurus dan lilek se jipprovdilek li int trid tagħraf tkun ċara dwar eżattament x'vera trid kemm fil ħajja ta' madwarek u kemm fil-ħajja personali tiegħek, li int qed tipprova taħrab mir-realtà ma jiswa xejn, anzi taf qed tikkrea ċirku ta' negattività li mbagħad jist'a jibda joħloq sitwazzjonijiet xi ftit ta' diffikultà madwarek , Mejju jaf jagħtik dik l-enerġija li int tieħu pożizzjoni li wara tagħraf kemm int tħossok aħjar imma dejjem int trid tara kif tagħraf taħtaf din l-energija li ġejja lejk. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li fix-xahar ta' Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Gemini Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Isas li għadda l-qamar kwinta, dan sejjer ikun dak ix-xahar ta' riflessjoni fuq il-ħajja kompluta ta' madwarek. Wasal il-mument sabiex tagħmel xi ftit irtokki personalment. Grazzi għal dawn l-irtokki ser tkompli tikber, tissaħħaħ u tagħraf aktar il-ħajja ta' madwarek, tagħraf kemm għandek potenzjal, kemm għandek x'tagħt. Tajjeb tagħmel ftit meditazzjoni sabiex inti tkun tista' tnaqqas xi ftit mill-pressjoni u hekk int tħossok aħjar. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fix-xahar ta' Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Cancer Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Issa li għadda l-qamar kwinta ta' Taurus, għalik ser ikun dak ix-xahar ta' konċentrazzjoni aktar fil- karriera tiegħek. Huwa xahar fejn inti trid ittejjeb il-ħidma ta' madwarek u tara' x'inhu l-aktar viabbli għalik. Huwa xahar li għalkemm se tiffoka fuq il-karriera, grazzi għal dan inti tista' wkoll tagħraf issib bilanċ fil-ħajja personali. Għalik dan jista' jkun ta' pass aktar stabbli u tibbilanċja dak li hemm madwarek u jkun tajjeb tagħraf tibdieh. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li fix-xahar ta' Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Leo Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Issa li għadda l-qamar kwinta ta' Taurus, għalik dan ix-xahar ser jgħinek tagħraf aktar il-ħajja ta' madwarek. Jigifieri jekk forsi ilek ma tkun iffokat fuqek, dan ix-xahar sejjer ikun wieħed ta' motivazzjoni kemm għalik personali kif ukoll fl- imħabba u fil-karriera. Ħabib li sejjer tiltaqa' miegħu sejjer jagħtik aspirazzjoni aktar f 'dan ir-rigward. Dan ikun pass pożittiv għall-ħajja ta' madwarek. Hekk int tista' tagħraf il- kwalitajiet li int tipposedi u dawn huma mera għalik u għal dak li ġej. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fix-xahar ta' Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Virgo Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Issa li għadda l-qamar kwinta ta' Taurus, għalik sejjer ikun dak ix-xahar li inti sejjer tagħraf fih l-akbar bżonnijiet ta' dak kollu li għandek madwarek. Jekk forsi ilek ma tagħmel xi forma ta' gwida lejn il-bżonnijiet tiegħel, dan ix-xahar sejjer ikun dak ta' bidla fl-iskeda li jista' jkun issa għamlet żmienha. Hekk qed jinass li hemm bżonn ta' skeda friska. Jista' jkun li ċeta ċaqliq għall-ewwel mhux se jinżel tajjeb għax int il-bidla tibża' xi ftit minnha, issa hu l-mument li tagħmel din l-iskeda friska u tħaes 'il quddiem. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li fix-xahar ta' Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Libra. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Issa li għadda l-qamar kwinta ta' Taurus, Mejju għalik ser ikun dak ix-xahar ta' deċiżjoni ta' bidla fil-karriera tiegħek. Din ser tkun deċiżjoni verament iebsa li se tieħu imma fl-aħħar mill- aħħar din ser tiftaħlek ċertu bibien li sa issa sfortunatament kienu magħluqin. Issa ser tintebaħ kemm inti tassew kapaċi tibni karriera, ħajja, akatar immexxija minnek u mhux addattata skont ħaddieħor. Tibżax minn dan il-pass għax se jkun aktar ta' stabbilita u ovvjament kollox jieħu l-ħin tiegħu imma għandek prospetti sbieħ quddiemek. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li fix-xahar ta' Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Saggitarius Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Issa li għadda l-qamar kwinta ta' Taurus, għalik Mejju ser ikun ix-xahar li ser jistimulekfit-tmexxija għaqlija li int magħruf tant għaliha. Dan ix-xahar ser jagħtik il-furtuna li jista' jkun li kienet naqset xi ftit min ta' madwarek sabiex tagħraf tmexxi lilek lejn dak li huwa verament bżonn għall-ħajja tiegħek. Jekk int kont xi ftit inċert dwar dan issa dan ix-xahar sejjer jerġa' jagħtik dik il-qaeea li inti tista' tagħraf timxi kif tixtieq inti u tibni dik il-kunfidenza fik innifsek. Kollox ser jerġa' jibda għalik. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li fix-xahar ta' Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Scorpio Leo huma magħrufin kemm huma nies umli Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Issa li għadda l-qamar kwinta ta' Taurus, Mejju ser jgħinek tagħraf tevita taqbida li riesqa lejk sabiex din tal-inqas ma tikkawżalekx ħsara tant ma ta' madwarek. Din it-taqbida jekk ma ssibx tarfha ser toħloq problemi kbar madwarek li żgur li bħalissa mhux il-mument għal dan. Imma dan ix-xahar jaf ikun ta' ftit aktar pożittività għalik għalhekk jaf ikun forma ta' għajnuna sabiex din tkun megħluba aktar kmieni. Emmen fik innifsek u dan jgħaddi aktar malajr milli tagħraf. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li fix-xahar ta' Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Capricorn Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Issa li għadda l-qamar kwinta ta' Taurus, għalik dan iż-żmien se jipprovdilek sitwazzjoni fejn trid tagħraf tnaqqas mill-pressjoni ta' ħidma li int involut fiha/ Dan huwa minħabba li l-ewwelnett m'intix tlaħħaq ma' dak kollu li hemm madwarek u dan kultant qiegħed joħloq ċertu tensjoni madwarek li mhux ikun ta' benefiċċju għalik. Barra minn hekk il-ħajja tal-familja qiegħda tabbandunaha xi ftit. Inti taf li qed titlef ċertu okkażżjonijiet, għalhekk agħraf sabiex dan jiġi rregolat ħalli kollox ikun fil-mument ġust. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fix-xahar ta' Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Aquarius Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Issa li għadda l-qamar kwinta ta' Taurus, dan għalik se jipprovdi sfida fil-ħajja sabiex inti tagħraf jekk hux vijabbli timxi ma' dak li għandek madwarek jew tibda ħajja kompletament ġdida. Ma tistax inti minħabba affarijiet li ma tistax tikkontrolla, tintefa' l-ħtija fuq ta' madwarek. Trid jew tagħraf ir- responsabbilità tiegħek li inti tkun kapaċi tikkontrolla dak li jseħħ minn issa 'l quddiem jew inkella ara kif timxi għalik innifsek. Din is-sitwazzjoni għalkemm mhix waħda faċli, imma f 'dan il-mument hi propju għaqlija. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fix-xahar ta' Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Pisces Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mill-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Issa li għadda l-qamar kwinta ta' Taurus, għalik dan ser ikun ix-xahar tal-bilanċ fl-imħabba li inti trid tagħraf. Dan huwa ż-żmien li inti trid tagħraf aktar l-impenn fl-imħabba li hemm madwarek. Trid tatiha l-ispazju li verament jixirqilha. Jekk dan mintix se tagħrfu, jista' jkollok l-istess sitwazzjonijiet li inti kont ġarrabt fil-passat. Għalhekk uża l-passat tiegħek bħal mera fl-imħabba u minn dan oħloq il-bilanċ meħtieġ. B'hekk inti tara kemm tħossok aħjar però għalissa agħraf uża moħħok mhux qalbek. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fix-xahar ta' Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Aries Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Issa li għadda l-qamar kwinta ta' Taurus, għalik dan għandu jservi ta' pont ta' aktar għaqda bejn dak li dan l-aħħar qisek tlift il-kontroll fuqu. Għandu wkoll iservi ta' pont bejn dak kollu li hemm madwarek u meta dan il-pont ser tagħmlu, se tagħraf kemm il-ħajja ta' madwarek hi aħjar u aktar ta' aspirazzjoni għal dak li hemm imħejji għalik. Għalhekk aħtaf dan il-mument sabiex inti tkattar il-ħajja ta' madwarek u hekk tkun aktar int milli qatt kont. Li tkun indipendenti huwa fattur importanti ħafna. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li fix-xahar ta' Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Taurus Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom L-Oroskopju add 14 ta' Mejju 2017 | Nixtieq lill-ommijiet qarreja kollha ta' din il-paġna f 'dan il-jum speċjali ta' Jum L-Omm l-isbaħ xewqat u aktar snin sbieħ. U min qiegħ qalbi ngħid grazzi lill-għażiża maħbuba ommi li mis-sema dejjem tiggwidani. Għal dawk kollha li jixtiequ jibdew jew ikunu jafu aktar dwar il-meditazzjoni nhar il-Ħadd 28 ta' Mejju ġewwa Marsascala bejn 09.00am u 12.30pm ser nibda l-ewwel klassi ta' meditazzjoni. Kull klassi fiha mhux iktar minn 7 persuni. Ghal aktar informazzjoni ċempel jew ibgħat sms fuq 99013600 jew 79495804 Nixtieq il-kummenti tagħkom dwar din il-paġna L-aħjar 7 kummenti jirċievu din il-gazzetta b'xejn għal xahar sħiħ. Ibgħatu l-kummenti tagħkom permezz ta' sms fuq 99013600 jew 79495804. Namaste PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon maħbuba ommi li mis-sema dejjem tiggwidani. Il-verżjoni l-ġdida tal-ewwel ktieb tinsab għall-bejgħ. Għalikom il-qarrejja ta' din il-paġna meta tippreżentaw dan l-artiklu għandkom skont ta' 25%. Għal aktar informazzjoni ċempel jew ibgħat sms lili fuq 99013600 jew 79495804. Free delivery għal kullimkien. Namaste