Illum previous editions

illum 14 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 | illum Sports 29 IĊĊERIMONJA ta' premjijiet tal-MFPA, tiċċelebra l-logħba s-sabiħa u l-plejers li huma fil-qalbha tagħha. Fir-raba edizzjoni tagħha, organizzata mill-Assoċjazzjoni tal- Futbol Pleyers Maltin, ġewwa l-Limestone Heritage-Siġġiewi fit-8 ta' Mejju 2017, għal din iċ- ċerimonja attendew l-elite tal-futbol lokali. Preżentata mill-eks plejer Ben Camille flimkien ma' Deandra Agius, iċ- ċerimonja rat 24 unur jingħataw lill-aqwa talent fil-futbol lokali, hekk kif deċiż mill-plejers sħabhom stess. Il-grupp lokali Airport Impressions ipprovdew pawża mużikali live. F'indirizz li enfasizza l-avvanz miksub, permezz tal-kollaborazzjoni tal- MFPA mas-Social Dialogue tal-MFA, is-Segretarju Ġenerali tal-MFPA Carlo Mamo, talab lill-partitarji tal-futbol biex jilqgħu t-tibdil propost mill- MFPA, biex b'hekk iseħħ żvilupp xieraq għal plejers Maltin. L-MFPA ilha ssejjaħ għat-tneħħija tas-sistema tal-Parametri għal snin twal. Huwa sostna, li din is-sistema tiddiskrimina plejers maltin, għax fil- bqija tad-dinja din hi illegali. Dan jostakola t-talent lokali u b'hekk ittellef il-progress tal-futbol malti. Il-progress, qal Mamo, ma jistax jinkiseb mingħajr tibdil. Il-membru eżekuttiv u plejer nazzjonali Malti, Gareth Sciberras, rebaħ postu fost l-aqwa ħdax tal- MFPA, wara prestazzjoni pożittiva fl-aħħar staġun tal-futbol kompetittiv tiegħu. Jurgen Degabriele ġie magħżul bħala l-aqwa MFPA Young Player, biex b'hekk ġie effettivament identifikat bħala l-promessa futura tal-futbol Malti. Is-serata waslet għall- iktar unur prestiġjuż, bi Bjorn Kristensen inkurunat bħala r-rebbieħ tal-MFPA Best Player għall-istaġun 2016/2017. Hu b'hekk isir l-ewwel rebbieħ li ser jieħu t-trofew il-ġdid li l-MFPA nediet propju għal dan l-ikbar unur. Kristensen viżibilment onorat b'din il-kisba, irringrazzja l-Assoċjazzjoni tal-plejers għal dan l-unur, u lil sħabu ta' dan ir-rikonoxximent. Kollox lest għas-serata nali tal-MFA Awards 2017 KOLLOX jinsab lest għas-serata finali tal- MFA Awards 2017 li se ssir propju llum il-Ħadd 14 ta' Mejju fis-Sala tal-Mediterran għall- Konferenzi, il-Belt Valletta. Il-ġurnalisti, il-kowċis tal- klabbs u l-captains tagħhom, kif ukoll il-kowċis taċ- Ċentru Tekniku tal-MFA, ħadu sehem fil-proċess tal- votazzjoni. Il-ħames kandidati għall- unur ta' Plejer tas-Sena tal- MFA, li huwa l-iktar unur individwali prestiġjuż fil- futbol Malti, huma l-koppja ta' Hibernians, Andrei Agius u Bjorn Kristensen, il- koppja ta' Birkirkara, Gareth Sciberras u Joseph Zerafa, u l-midfielder ta' Balzan, Paul Fenech. Minn dawn il-ħamsa huwa biss Paul Fenech li rebaħ dan l-unur fil-passat, eżattament fl-istaġun 2012/13 meta kien jilgħab ma' Birkirkara. Il-ħamsa li huma nominati rrappreżentaw lil Malta fil-livell internazzjonali tal- kbar waqt li t-tliet finalisti għall-premju tal-Plejer tas-Sena Żagħżugħ, li huma Jean Borg (Valletta), Jurgen Degabriele (Hibernians) u Jake Grech (Hamrun S.), huma membri tal-iskwadra tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena. It-tliet kandidati fuq il-lista tas-seba' kategoriji l-oħra huma l-Kowċ tas-Sena, il-Plejer tas-Sena Barrani, il-BOV l-Aqwa Plejer tal-Ewwel Diviżjoni, tat- Tieni Diviżjoni u tat-Tielet Diviżjoni, kif ukoll l-Aqwa Plejer Femminili u l-Aqwa Plejer tal-Youths. L-unur tal-Aqwa Gowl tal- istaġun 2016/17 se jiġi deċiż mill-pubbliku u r-rebbieħ se jitħabbar waqt il-lejla tal- MFA Awards. In-nominazzjonijiet kollha huma: PLEJER TAS-SENA: • Andrei Agius (Hibernians) • Paul Fenech (Balzan) • Bjorn Kristensen (Hibernians) • Gareth Sciberras (Birkirkara) • Joseph Zerafa (Birkirkara) KOWĊ TAS-SENA: • Danilo Doncic (St Andrew's) • Mark Miller (Hibernians) • Oliver Spiteri (Balzan) PLEJER ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA: • Jean Borg (Valletta) • Jurgen Degabriele (Hibernians) • Jake Grech (Ħamrun Spartans) PLEJER BARRANI TAS- SENA • Alan Da Silva Souza (Balzan) • Bojan Kaljevic (Balzan) • Jackson Lima (Hibernians) BOV L-AQWA PLEJER I DIVIŻJONI • Erjon Beu (Lija Athletic) • Juninho Cabral (Senglea Atheletic) • Yuri De Jesus Messias (Naxxar Lions) BOV L-AQWA PLEJER II DIVIŻJONI • Giovanni Galea (Qrendi) • Tanaka Kumpei (Żejtun Corinthians) • Alan Tabone (Żejtun C.) BOV L-AQWA PLEJER III DIVIŻJONI • Luke Galea (Dingli Swallows) • Ryan Sell (Kalkara) • Timothy Thomas (Kalkara) BOV L-AQWA PLEJER FEMMINILI • Ann Marie Said (Birkirkara) • Stephania Farrugia (Birkirkara) • Shona Zammit (Hibernians) L-AQWA PLEJER TAL- YOUTHS • Jan Busuttil (Pietà Hotspurs) • Neil Frendo (Mosta) • Kurt Shaw (Sliema Wanderers) GFA PLEJER TAS-SENA • Ferdinando Apap (Għajnsielem) • Shaun Attard (Nadur Y.) • Steve Sultana (Xewkija T.) FUTSAL PLEJER TAS- SENA • Karl Azzopardi (Luxol) • Andrea Farrugia (University of Malta) • Jovica Milijic (Valletta) Bjorn Kristensen jirbaħ l-unur prinċipali fl-MFPA Awards 2017 Kategorija Rebbieħ Persentaġġ ta' voti MFPA Best Coach Mark Miller 30% MFPA Best Referee Alan Mario Sant 25% MFPA Best First Division Player Juninho Cabral 32% MFPA Best Female Player Stephania Farrugia 33% MFPA Best Futsal Player Everton Da Silva Santos 29% MFPA Best Young GoalKeeper Jake Galea 41% MFPA Best Young Defender Daniel Zerafa 37% MFPA Best Young Midfielder Jake Grech 63% MFPA Best Young Forward Jurgen Degabriele 41% MFPA Best XI Goalkeeper Dziugas Bartkus 46% MFPA Best XI Left Back Leandro Aguirre 42% MFPA Best XI Right Back Marcelo Dias 44% MFPA Best XI Central Back Rodolfo Soares 27% Jonathan Caruana 23% MFPA Best XI Midfielder Bjorn Kristensen 14% Jackson Lima 12% Alan Da Silva Souza 13% Gareth Sciberras 10% MFPA Best XI Forward Jean Paul Farrugia 27% Bojan Kaljevic 26% MFPA Special Award Swieqi United NA MFPA Merit Award Tony Gambin NA MFPA Best Young Player Overall Jurgen Degabriele 32% MFPA Best Player Overall Bjorn Kristensen 22% Bjorn Kristensen

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 May 2017