Illum previous editions

illum 14 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 Sports 30 IĊCHAMPION ta' Malta Keith Galea rebaħ il- Kampjonati tad-Duathlon għall-ħames darba fil- karriera tiegħu, erbgħa minnhom konsekuttivi. Dawn il-kampjonti ġew organizzati mill- Federazzjoni Maltija tat- Triathlon u t-tellieqa ġiet organizzata ġewwa l-Imtarfa. Hija kienet tikkonsisti f 'ġirja ta' 8km, rota ta' 30km u finalment ġirja ta' 4km. Grupp ta' ħames atleti fosthom Keith Galea daħlu fl-ewwel transizzjoni flimkien. Bi transizzjoni veloċi ħafna, Keith Galea mill-ewwel fetaħ vantaġġ u attakka bis-sħiħ fl-ewwel kilometri tar-rota u rnexxielu jiftaħ vantaġġ tajjeb ħafna. Warajh ifforma grupp ta' seba' atleti u bdew jaħdmu flimkien biex jippruvaw jilħqu lil Galea imma kien kollu ta' xejn. Avolja kienet mossa riskjuża li tagħmel attakk daqshekk kmieni f 'tellieqa iebsa u twila, Galea xorta waħda baqa' bl-istess pass u rnexxielu jżid il-vantaġġ tiegħu biex b'hekk beda t-tieni u l-aħħar ġirja b'vantaġġ komdu u rebaħ ir-raba' tellieqa tiegħu tal-istaġun f 'ħin ta' 1.26.44. Fit- tieni post spiċċa Shaun Galea ta' Pembroke Athleta u fit-tielet post spiċċa l-atleta Spanjol, Andres Bernal. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal, Galea qal li jinsab sodisfatt ħafna bil- prestazzjoni tiegħu. Huwa kompla li kulħadd kien qallu li kienet mossa riskjuża ħafna li tattakka daqshekk kmieni fuq korsa b'ħafna tlajja' u twila u huwa stess ammettieha imma ħassu tajjeb ħafna fuq ir-rota u meta ra li xorta rnexxielu jżid id-distakk baqa' jippersisti fit-tattika tiegħu. Huwa ħassu tajjeb ħafna fuq ir-rota ġdida tiegħu 'Scott Foil' u xtaq jirringrazzja lil 'The Cyclist' ta' San Ġwann ta' kollox għax kellu rikba tajba ħafna. Huwa żied jgħid li din ir-rebħa turi li qed jirkupra saħħtu lura wara perjodu twil ta' mard u ttih ħafna iktar kuraġġ biex iħares b'mod pożittiv għall- kumplament tal-istaġun. Huwa xtaq jirringrazzja wkoll lill-kowċis tiegħu Dermot Galea u Ivan Rozhnov, lill- familja kollha tiegħu, lill- isponsors tiegħu www.garminmalta.com, BBB Cycling Malta, Team Barry Malta International Challange Marathon, Jaycee Malta, Lucida Laundry dgtri.com personal training, Starbene 24/7, Saracino Cafè, Scott Bikes, Emvigee PR & Marketing, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill- Malta Triathlon Federation, lill-Kumitat Olimpiku Malti u lil Sport Malta tas-sapport kontinwu li jtuh. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, huwa xtaq jirringrazzja immensament lill-mara tiegħu Elizabeth Galea u lit-tifla tagħhom Elise tas-sapport kbir tagħhom speċjalment f 'dawn l-aħħar tliet xhur. Johnson, Muscat u Vella jiddominaw l-Autocross NHAR il-Ħadd li għadda, is-7 ta' Mejju 2017 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat is-seba' program bis-sezzjoni Autocross fejn b'kollox irreġistraw 27 karozza. Matul it-tliet Heats tal-ġurnata, rajna lil Gordon Johnson fuq Opel Corsa jirbaħ il-Heats kollha fejn issiġilla postu fil-finali Klassi A. Miegħu kkwalifikaw Matthew Borg u Terence Azzopardi - it-tnejn fuq Opel Corsa, Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Christian Galea fuq Fiat Ritmo, u Jean Paul Grech fuq Peugeot 106. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Johnson, Farrugia u Grech jagħmlu ħruġ tajjeb ħafna b'Johnson jieħu t-tmun tal-finali segwit minn Grech u Farrugia. L-attenzjoni kollha baqgħet fuq l-ewwel tliet kompetituri b'Farrugia kien qed jagħmel pressjoni fuq Grech sakemm fil-ħames dawra Farrugia rnexxielu javvanza pożizzjoni. Ir-riżultat finali ta' Klassi A spiċċa b'Johnson jirreġistra rebħa oħra f 'dan il-kampjonat waqt li kien segwit minn Farrugia u Grech li spiċċaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. Fir-raba' post spiċċa Azzopardi segwit minn Borg li spiċċa fil-ħames post. Galea spiċċa fis-sitt post wara li rtira kmieni fit-tiġrija. Fil-Finali Autocross Klassi B rajna Start Line kompost minn Karl Micallef fuq Ford Fiesta, Melo Zammit u Malcolm Borg - it-tnejn fuq Opel Corsa, Alan Muscat fuq Peugoet 205, u Keith Borg u Andrew Pisani - it-tnejn fuq Vauxhall Nova. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Muscat jagħmel ħruġ tajjeb tant li sal-ewwel kantuniera ħa tmun tal-finali segwit minn Malcolm Borg u Pisani. L-attenzjoni marret mill- ewwel fuq Micallef u Zammit li kienu fir-raba' u l-ħames post fejn Zammit kien qed jagħmel pressjoni fuq Micallef sakemm wara l-ewwel dawra Zammit spiċċa javvanza fuq Micallef. It-tiġrija kompliet fejn wara r-raba' Lap Micallef reġa' akkwista l-pożizzjoni li kellu iżda l-attenzjoni marret fuq quddiem fejn Muscat li kien qed jokkupa l-ewwel pożizzjoni żviluppatlu ħsara mekkanika fir-rota ta' quddiem bil-konsegwenza li kellu jnaqqas mill-veloċità. Minkejja dan Muscat tilef biss żewġ pożizzjonijiet bir-riżultat finali jispiċċa: Malcolm Borg jirbaħ il-finali segwit minn Pisani. Fit-tielet post daħal Muscat segwit minn Micallef u Zammit fir-raba' u l-ħames post rispettivament. Fis-sitt post spiċċa Kieth Borg li kellu jirtira kmieni mit-tiġrija minħabba ħsara. Fil-finali Standard rajna starting line kompost minn Karl Scicluna, Angelo Galea u Quinn Camilleri kollha fuq Peugeot 106, Nicovich Chircop fuq Peugeot 205, Johann Vella fuq Opel Nova u Deane Farrugia fuq Citroen AX. Mat-tluq ta' din il-finali rajna ħruġ tajjeb minn Vella u Scicluna b'Vella jieħu t-tmun tal-finali segwit minn Scicluna u Camilleri. Tul din il-finali l-attenzjoni kienet fuq Camilleri u Chircop b'dan tal-aħħar kien qed jagħmel pressjoni fuq Camilleri sa ftit qabel tmiem it-tiġrija meta Camilleri tilef ftit il-kontroll tal-karozza b'Chircop jieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni liema vantaġġ ma rnexxiex. Ir- riżultat finali spiċċa b'Vella jirreġistra rebħa oħra segwit minn Scicluna u Camilleri. Fir-raba' post spiċċa Galea filwaqt li fil-ħames u s-sitt post spiċċaw Chircop u Farrugia rispettivament. Intant, attività oħra bil- Karozzi u l-Muturi se ssir nhar il-Ħadd li ġej il-21 ta' Mejju 2017 bil-Muturi jibdew fit-8am filwaqt li l-karozzi jibdew fis-1pm. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal- Assocjazzjoni www.asmk. org.mt jew fil-paġni ta' Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt bl-email fuq info@asmk.org.mt jew permezz tal-Mowbajl fuq 9942 5489. Gordon Johnson fuq Opel Corsa segwit minn Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo. Ritratt: Mario Micallef Keith Galea jsir Champion ta' Malta tad-Duathlon għall-ħames darba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 May 2017