Illum previous editions

illum 14 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 | illum Sports 31 Kalkara St Joseph isiru Champions Nazzzjonali tad-Darts L-EWWEL Diviżjoni – Kalkara St Joseph jżommu l-kampjonat nazzjonali għat-tieni sena konsekuttiva wara draw ta` 4-4 fil-logħba finali kontra l-kontendenti l` oħra għal-kampjonat, Furjana Ajax A. Kalkara ħadu l-vantaġġ permezz ta` Martin Azzopardi bil-Greens jirnexxielhom idawru r-riżultat għal 2-1 favur tagħhom b`rebħiet jaslu min Norbert Attard u John Ciantar. Andy Keen u Gordon Stanmore ġabu d-draw fid-doppji imma għal darb'oħra l-Furjana reġgħu marru fil-vantaġġ permezz ta` David Attard. Stanmore għamilhom 3-3 u Vincent Busuttil poġġa lill-Furjana fil-vantaġġ għat-tielet darba. It-tmien u l-aħħar logħba kienet ser tiddeċiedi d-destinazzjoni tal-kampjonat fejn għal Furjana lagħbu Busutill u Ciantar u għal Kalkara Cohen u Azzopardi. Wara erba' legs l-iskor kien jaqra 2-2. Fil-leg deċisiva Azzopardi rnexxielu jagħlaq double 5 li tefgħet lill-plejers, diriġenti u sapporters ta` Kalkara f 'delirju ta` ferħ għar-rebħ ta` kampjonat diffiċli. Min-naħa ta` isfel tal- klassifika Gudja POs Bar A ħarġu rebbieħa f`konfront dirett ma' Bormla Boċċi Club li kkundanna lit-tim mil Kottonera biex jilgħab l-istaġun li ġej fit-Tieni Diviżjoni. It-tieni Diviżjoni –Rebħa ta` 6-2 barra min darhom għal Ħamrun Education Bar A fuq Buġibba Munchies Pub tikkonferma t-titlu għat-tim Ħamruniż. Mosta Bocci Club ser jingħaqdu ma Birżebbuġa Cox Sports Club B fit- tielet diviżjoni l-istaġun li ġej wara li irnexxilhom biss jiksbu draw fil-logħba finali tagħhom. It-tielet Diviżjoni – Ċelebrazzjoni doppja għall-Ħamruniżi wara li t-tieni tim tal-Education assigura ruħu mill- promozzjoni b`rebħa ta` 6-2 fuq Mqabba St Mary BC fl-aħħar partita. Huma ngħaqdu ma' Mosta Horseshoe Bar B fit-tieni diviżjoni wara li t-tim Mosti ddomina d-diviżjoni mingħajr telfa tul l-istaġun kollu b'16-il rebħa u żewġ draws. Riżultati –L-20 u l-21 ġimgħa (05/05/2017) L-Ewwel Diviżjoni CHAMPIONSHIP DIV: Floriana Ajax A v Kalkara St Joseph 4-4; Mosta Horseshoe Bar A v BBugia Cox Sports Club A 8-0. RELEGATION DIV: Bormla Bocci Club v Gudja POs Bar A 2-6; Zejtun Beland Bullseye v Zejtun Juventutis Domus 8-0. It-Tieni Diviżjoni CHAMPIONSHIP DIV: Senglea M. Conquest v Floriana Ajax B 4-4; Buġibba Munchies Pub v Hamrun Education Bar A 3-5. RELEGATION DIV: Gudja POs Bar B v Cospicua Rangers 4-4; BBugia Cox Sports Club Bv Mosta Boċċi Club 4-4. It-Tielet Diviżjoni Mgarr The Hatch Sports Bar v St. Venera Red Square 3-5; Mosta Horseshoe Bar B v Bugibba Interc. Sun City 6-2; Hamrun Education Bar B v Mqabba St Mary BC 6-2. Klassifika – L-20 u l-21 ġimgħa (05/05/2017) L-Ewwel Diviżjoni– Klassifika finali CHAMPIONSHIP DIVISION: 1. Kalkara St Joseph (champions)– 51 punt; 2. Furjana Ajax A – 49 punt; 3. Mosta Horseshoe Bar A – 38 punt; 4. BBugia Cox Sports Club A – 14-il punt. RELEGATION DIVISION: 5. Zejtun Beland Bullseye – 27 punt; 6. Gudja POs Bar A – 24 punt; 7. Bormla Bocci Club (relegati)– 19-il punt; 8. Zejtun Juventutis Domus (relegati) – 2 punti. It-Tieni Diviżjoni– Klassifika finali CHAMPIONSHIP DIVISION: 1. Hamrun Education Bar A (champions)– 44 punt; 2. Buġibba Munchies Pub (promossi) – 38 punt; 3. Senglea M. Conquest – 33 punt; 4. Furjana Ajax B – 27 punt. RELEGATION DIVISION: 5. Cospicua Rangers – 35 punt; 6. Gudja POs Bar B – 21punt; 7. Mosta Boċċi Club (relegati) - 19-il punt; 8. BBugia Cox Sports Club B (relegati) – 4 punti. It-Tielet Diviżjoni– Klassifika finali 1. Mosta Horseshoe Bar B (champions) – 50 punt; 2. Hamrun Education Bar B (promossi) – 39 punt; 3. Bugibba Intercontinental Sun City – 35 punt; 4. St. Venera Red Square – 27 punt; 5. Mqabba St. Mary BC – 16-il punt; 6. St Pauls Diamonds – 11-il punt; 7. Mġarr The Hatch Sports Bar – 4 punti. Intant, Furjana Ajax A għelbu lil Mosta Horseshoe Bar A għat- tieni darba fi spazju ta` ġimgħa, b`rebħa ta` 9-7 fil-finali tat-Tazza 4-a-side. L-ewwel erba' legs intrebħu kollha mill- Greens għall-vantaġġ kmieni fil-partita. dan għalekmm waslet risposta minn Mosta fejn irnexxielhom jirbħu tliet legs infila biex l-iskor wara seba' legs kien jaqra 4-3 favur il-Furjana. Il- vantaġġ reġa' kiber għal tlieta b`rebħiet għall- Furjana jaslu permezz tal-aħwa Attard.Għal darb'oħra reġgħet waslet risposta immedjata minn Mosta b`rebħiet fl-għaxar u fil-11-il leg jaslu minn Neville Grech u Albert Scerri. Il-Furjana resqu pass 'il bogħod mir-rebħ tat-Tazza wara rebħiet ta` żewġ legs oħra, imma Mosta rrispondew b`żewġ legs favur tagħhom biex l-iskor wara 15-il leg kien jaqra 8-7 favur il-Furjana. Is-16 u l-aħħar leg deċisiva kienet ikkontestata minn Godfrey Abela għal Mosta u John Ciantar għall- Furjana, b`Ciantar joħroġ rebbieħ b`għeluq ta` 84 fuq il-bull li ta lill Furjana d-double tat-Tazzi lokali. Riżultati tal-plejers individwali: FURJANA – N.Attard (3-1); J.Ciantar (3-1); D.Attard (2-2); V.Busutill (1-3) – MOSTA: A.Scerri (3-1); N.Grech (2-2); G.Abela (1-3); T.Borg (1-3). Gordon Stanmore u Martin Vella jiċċelebraw ir-rebħ tal-Kampjonat minn Kalkara SJ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 May 2017