Illum previous editions

illum 14 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 Elezzjoni2017 2017 It-tieni ġimgħa tal-kampanja Waħda mill-proposti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista dwar miżuri tal-familja, imħabbra nhar it-Tnejn li għadda, kienet dik ta' childcare b'xejn, estiż għat-tfal kollha, irrelevanti minn jekk il-ġenituri jkunux jaħdmu jew le. Il-deputat Prim Minisitru Louis Grech, waqt li kien qed jitkellem f 'attività politika fl-Iklin, ħabbar li mhux se jikkon- testa għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, f 'mument diffiċli għalih. Ritratt: James Bianchi Il-Ministru tas-Saħħa, f 'konferenza tal-aħbarijiet ħabbar numru ta' proposti tal-Partit Laburista għall-elezzjoni, fosthom il-bini ta' sptar għas-saħħa mentali, u ieħor għall-omm u t-tarbija. Dan flimkien ma' tliet ċentri tas-saħħa madwar il-pajjiż u l-bini ta' parkeġġ ta' 5 sulari f 'Mater Dei. Ritratt: James Bianchi Matul din il-ġimgħa, il-mexxej tal-Partit Laburista insista li jekk dak li ġie allegat dwaru u dwar martu fil-konfront tal-kumpanija Egrant, ma kienx minnu, ikun qed jistenna li Busuttil jirreżenja, "għaliex dan kollu kien gidba faħxija fuqi u fuq marti". Ritratt: James Bianchi Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon f 'attività politika fiż-Żurrieq qal li "minħabba li l-Prim Ministru żamm u ddefenda l-korruzzjoni, ġabna f 'sitwazzjoni iktar dgħajfa sabiex niddefendu isem pajjiżna," u għalhekk sostna li hu lest li jmur fejn hemm bżonn fid-dinja biex inaddaf isem il-pajjiż. Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 May 2017