Illum previous editions

illum 14 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Elezzjoni2017 11 Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 | illum 2017 tal-kampanja f 'ritratti Il-Partit Nazzjonalista jibda l-ġimgħa b'Mass Meeting fil-qalba ta' Ħal Balzan. Ritratt: James Bianchi Il-Partit Laburista, fil-proposti tiegħu dwar it-trasport, wiegħed li se jkun qed jagħti trasport b'xejn lill-pensjonanti, persuni b'diżabbiltà, tfal u studenti. Dan filwaqt li jipprovdi trasport lejn l-iskola b'xejn lill-istudenti kollha tal-Gvern, tal-Privat u dawk Indipendenti, kif ukoll jipprovdi superviżjoni. Il-PN ukoll wiegħed din il-proposta għall-qasam edukattiv, waqt li kien diġà semmieha fid-dokument tiegħu dwar it-trasport L-eks whip u eks deputat Laburista Godfrey Farrugia, offra r-riżenja tiegħu mill-Partit Laburista kmieni s-Sibt filgħodu, biex ftit tal-ħin wara tefa' n-nomina tiegħu bħala kandidat tal-Partit Demokratiku, fuq il-lista tal-PN fl-elezzjoni li ġejja. Iktar tard, flimkien mal-kandidati tal-PD, mar fid-Dar Ċentrali tal-PN fejn deher emozzjonat mal-laqgħa ma' deputati tal-PN Ħaż-Żabbar kien ix-xenarju għat-tieni mass meeting tal-Partit Laburista, fejn tkellem dwar il-bżonn li fil-pajjiż tirrenja l-għaqda, u ma jkunx hemm diviżjoni bejn in-naħa ta' fuq u n-naħa ta' isfel tal-pajjiż. Ritratt: Chris Mangion Il-Partit Nazzjonalista, fi proposti tal-Partit dwar il-qasam tal-Housing qal kif Gvern Nazzjonalista se jkun qed jestendi l-iskema tal-first time buyers, anke lil dawk il-persuni li jkunu sseparaw jew iddivorzjaw, u qed ifittxu li jixtru proprjetà ġdida

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 May 2017