Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776
illum | Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 Minn Brussell 14 Minn Brussell...għal Malta...u GĦALKEMM bħalissa f 'Malta għaddejja l-kampanja elettorali xorta sibna mod kif inżewġu l-politika fi Brussell mal-politika Maltija għax żewġ politiċi li kienu ddeċidew li jkomplu l-karriera tagħhom fil-Belġju, sabu ruħhom f 'daqqa waħda jikkontestaw għal post fil- parlament Malti u b'hekk jagħtu l-addio l-ħajja fi Brussell. Sew il-membru parlamentari Ewropea Tħerese Comodini Cachia kif ukoll il-kelliem uffiċjali tal-Partit Popolari Ewropew David Stellini qed jikkontestaw mal-Partit Nazzjonalista biex it-tnejn jippruvaw jirbħu siġġu parlamentari. Comodini Cachia tikkontesta f 'Malta, Stellini f 'Għawdex. Għalhekk iddeċidejt li nistaqsihom x'biddilhom fehmithom? U dettalji ta' dak li qed jisperaw għalih u x'qed jisimgħu min-nies li huma qed iżuru fil- kampanja. Staqsejthom ukoll jekk jixtiqux jaraw politika differenti li tqarreb aktar lil dik ta' Brussell fejn huma magħġunin it-tnejn li huma. Il-MPE Nazzjonalista Comodini Cachia sa ftit ġimgħat ilu staqsejtha ċar u tond jekk hux fi ħsiebha tikkonesta l-elezzjoni ġenerali u kienet weġbitni mingħajr eżitazzjoni ta' xejn, 'Żgur li le'. Sadattant toħroġ l-aħbar li se tikkontesta fuq żewġ distretti, "Ġara li l-kuxjenza ma tatnix li ma nagħmilx kulma nista' biex verament ikollna ċans li nnaddfu l-politika f 'Malta" qalet Comodini Cachia. "Sibt ruħi f 'sitwazzjoni fejn pajjiżi qed jiġi mmexxi minn gvern mifni f 'allegazzjonijiet ta' korruzzjoni mill-aktar serji. Jien qed nara żewġ affarijiet li huma kontradittorji: gvern li jgħid nofs il-verità b'daħqa fuq wiċċu u nies irrabjati għax iħossuhom traduti. Qegħdin f 'sitwazzjoni fejn politiku kellu s-setgħa li jmexxi lil Malta 'l quddiem, u minflok għażel lin-nies jidher li għażel lil sħabu biss. Għalhekk se nikkontesta l-elezzjoni ġenerali fuq ir-4 u t-8 distretti elettorali. Jiena lesta li nkun hemm biex il-politika f 'Malta tkun waħda li tindirizza d-diffikultajiet tan- nies u toffri soluzzjonijiet." Comodini Cachia semmiet ukoll dak li qed tisma' mingħand il-kostitwenti li qed iżżur fi djarhom, "L-aktar ħaġa li jippretendu hija s-serħan tal-moħħ li ma ssibx tfixkil fil-ħajja tiegħek u li meta jkollok bżonn għajnuna ssibha. Ilni xhur issa niltaqa' man-nies bħala MEP u l-aktar ħaġa li jistaqsuni hija dwar il-korruzzjoni. In-nies jippretendu stil ta' tmexxija aħjar, waħda li ma ċċaħdekx milli tkun kburi għall-kultura tagħna. In-nies qegħdin iffittxu mexxej biex filwaqt li jerġa' jagħtihom sens ta' kburija b'dak li hu Malti, ikun jista' wkoll jindirizza dak li huma għandhom bżonn. "Sal-ġimgħa l-oħra n-nies kienu aktar isemmu l-korruzzjoni u meta jitkellmu dwar dan is-suġġett tħoss qisu sens ta' mistħija fihom. Issa din il-ġimgħa Dr Simon Busuttil qiegħed iħabbar ħames proposti kuljum u beda bi proposti soċjali. Issa l-konverżazzjoni qed tinbidel. Jibdew minn dik tal-korruzzjoni u jgħaddu biex jistaqsu xi ħaġa fuq il-proposti u għal aktar dettalji." Mitluba tgħid għaliex taħseb li l-poplu se jdur bi ħġaru għall-Partit Nazzjonalista, Comodini qalet li kull meta l-poplu Malti kellu politiċi li ma jżommx l-interess tan-nies f 'qalbu u f 'għemilu, il-poplu dejjem ingħaqad u vvota partit alternattiv. "Inħoss li bħali ħafna nies issa qed jgħidu dik il-frażi famuża 'Issa daqshekk!'. Fl-istess ħin qegħdin jaraw lil Dr Simon Busuttil bħala mexxej li jifhem id-diffikultajiet tal-ħajja ta' kuljum. Dan qed jidher sew fil-wegħdiet elettorali li qed iħabbar." Sadattant qalet li ħi ma taqbel xejn mat-tgħajjir personali. "Ġieli nkun vittma ta' dan u noqgħod ħafna attenta biex ma nirritaljax bl-istess mod. Ma naqbilx ma' politika bbażata fuq nofs veritajiet, ħabi jew xi verità parallela. Irrid politika serja, ibbażata fuq il-verità u fuq il- fatti. Irrid diskussjoni politika bbażata fuq argumenti ċari li n-nies jistgħu jifhmu u jipparteċipaw fihom. Irrid politika li tkeċċi politiċi li jinqdew bil-poter għalihom infushom u tippromwovi politiċi li lesti jisimgħu u jagħrfu d-diffikultajiet tan- nies. Irrid ukoll politika li ma ssirx minn wara l-iskrivanija, iżda li ssir man-nies. L-istil ta' ħidma tiegħi dejjem kien wieħed li l-proposti politiċi naħdimhom man-nies, niltaqa' magħhom u nifhem dak li għaddejjin minnu u flimkien insibu soluzzjoni. M'iniex se nbiddel l-istil tiegħi, irrid li oħrajn fil-politika jagħmlu hekk ukoll." L-aħħar mistoqsija kienet jekk taħsibx hux se titla' jew le Comodini Cachia wieġbet hekk, "Ovvjament niġri kull tellieqa biex nipprova nirbaħha, iżda l-bandiera li nġorr hija dik ta' Malta." David Stellini wkoll kien qalli tliet xhur ilu f 'intervista li għamiltlu li hu ma kien se jitlaq Brussell qatt, anke jekk il- politika tinsab f 'qalbu. U wkoll biddel ħsiebu meta għażel li jikkontesta għal Għawdex. "Minn Brussell, ħassejt li s-sitwazzjoni tal-gvern Malti qed tiggrava sew u meta l-Kap Simon Busuttil qalli li l-Partit Nazzjonalista għandu bżonni ddeċidejt li naċċetta. Qabel m'għamilt dan il-pass tkellimt ma' marti u hi aċċettat. Però nixtieq ngħid li verament inħoss li għamilt deċiżjoni tajba. Waħda għax għażilt li ma nibqax ċass quddiem dan l-ikbar skandlu fl-istorja politika ta' Malta u Għawdex u l-oħra għax nixtieq anki jien nagħti kontribut lil Għawdex." Dwar l-istil ta' politika li qed joffri, Stellini qal, " Jien ma nwiegħed xejn ħlief li nkun ta' servizz u ngħin biex Għawdex tkun gżira aħjar. Aħjar fl- indafa, fix-xogħol, fl-ambjent li joffri, fil-kwalità tal-ħajja u fuq kollox gżira fejn il-korruzjoni ma toħnoq l-opportunitajiet lil ħadd. Min jafni, jaf li jien m'iniex persuna li nħares lejn l-uċuħ. Din il-mentalità li nħarsu lejn l-uċuħ trid tieqaf. Dik twassal biss għal firda u għal imħuħ magħluqa. L-Għawdxin iridu qabża ta' kwalità mhux biss fil-ħajja li John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt Comodini Cachia u Stellini jittamaw li jagħtu l-addio lil Brussell Il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni - Sejħa għall-Proposti Pre-Avviż ta' sejħiet għal proposti li jaqgħu taħt il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni 2014-2020 Id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi bħala l-Awtorita` Responsabbli għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni 2014-2020 tixtieq tavża li fl-aħħar ta' Mejju se tniedi sejħa għal proposti ta' proġetti li jaqgħu taħt il-Fond għall-Asil, il- Migrazzjoni u l-Integrazzjoni 2014-2020. Il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni 2014-2020 jippromwovi l-efficjenza fl-immaniġjar ta' l-imigrazzjoni se jkompli jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-politika komuni tal-Unjoni dwar l-asil u l-immigrazzjoni. Is-sejħa għall-proposti ta' proġetti li se tinħareġ hija mmirata lejn l-oġġettivi nazzjonali għall-Asil bil-għan li tissaħħaħ l- integrazzjoni ta' l-immigranti filwaqt li tingħata għajnuna materjali u servizzi addizzjonali lill-immigranti kif ukoll għajnuna għar-rinovazzjoni ta' ċentri miftuħa għall-immigranti immexija minn għaqdiet mhux governattivi. Taħt l-oġġettivi nazzjonali ta' l-integrazzjoni se jigu iffinanzjati miżuri li jipprovdu abbiltà lingwistika neċessarja u informazzjoni fuq il-kultura Maltija għal ċittadini ta' pajjiżi terzi, biex ikunu jistgħu jintegraw aħjar fis-soċjetà tagħna. B'kollox se jkun hemm disponibbli madwar €2,700,000 Fondi Ewropej. L-Awtorita' Responsabbli tirriżerva id-dritt li tirrevedi din l-allokazzjoni skont il-ħtieġa. Għal aktar informazzjoni żur s-sit tad-Diviżjoni tal-Fondi u Programmi https://eufunds.gov.mt/en/EU%20Funds%20Programmes/Migration%20Funds/Pages/News-and-Events.aspx Fond għall-Asil, Migrazzjoni u l-Integrazzjoni Rata ta' kofinanzjament: 75% Fondi UE: 25% Fondi mill-Benefiċarju Ġestjoni Sostenibbli ta' Migrazzjoni "Irrid politika li tkeċċi politiċi li jinqdew bil-poter għalihom infushom" – Comodini Cachia nn Brussell...għal Malta...u