Illum previous editions

illum 14 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 | illum Minn Brussell 15 jgħixu imma anke fil-mod kif naħsbu u naġixxu." Mitlub jikkumenta xi stil ta' politika sab jistennieh f 'Malta meta hu mrawwem fi Brussell, Stellini qal li Brussell għandu jirrifletti dak li jħossu l-familji Maltin u Għawdxin. "Il-politika ta' Brussell trid tkun waħda li tolqot u tindirizza l-problemi u l-isfidi li familji, żgħażagħ u anzjani fl-irħula sbieħ li għandna ġewwa Għawdex, iħossu u jesperjenzaw. Fi Brussell forsi hemm inqas għajjat u iktar burokrazija imma x-xena politika f 'Għawdex fiha s-sabiħ tagħha għax hemm l-imħabba ġenwina ta' kull Għawdxi u Għawdxija li jridu jaraw Għawdex aħjar għal uliedhom. Bosta anzjani li ltqajt magħhom jgħiduli li l-ewwel interess tagħhom huma t-tfal u neputijiet tagħhom. Ivvutaw biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea biex uliedhom u n-neputijiet tagħhom igawdu minn din l-opportunità. Issa se jivvutaw biex l-istess uliedhom u neputijiet tagħhom igawdu minn politika nadifa u onesta mmexxiha minn Dr Simon Busuttil." Is-salarju fi Brussell ta' David Stellini hu wieħed għoli mmens u jekk isir membru parlamentari dan se jitlef ħafna flus, allura x'kienet ir-raġuni li jagħżel Malta u mhux Brussell? "Il-ħajja mhux flus biss. Il-ġenituri tiegħi għallmuni li hemm affarijiet ferm iktar importanti mill-flus. Il-flus iġibu affarijiet materjali u huma mportanti imma m'hemm xejn isbaħ mis-saħħa u li tara lill-familja tiegħek kuntenta. Flimkien ma' dawn, inżid li s-sodisfazzjon li tara l-gżira fejn twelidt u għext timxi 'l quddiem ma għandux prezz. Li kelli niddeċiedi biss dwar flus, kont nibqa' Brussell. Illum Malta u Għawdex għandhom bżonn tassew li nagħlqu dan il-kapitlu ta' korruzjoni u nibdew paġna ġdida fejn int min int, tasal fil-ħolm tiegħek mhux għax lil min taf, imma għax int kapaċi." Mitlub jgħidilna xi jridu l-Għawdxin eżatt qal, "L-Għawdxin huma nies ħabrieka, nies beżlin, nies li ma tpoġġilhomx bżieq fuq imneħirhom. Iridu onesta, iridu min jismagħhom u fuq kollox iridu min jistmahom. Ma jridux sptar immexxi minn barranin li ħadd ma jaf min huma. Ma jridux toroq imkissra. Ma jridux jittalbu biex jieħdu dak li ħaqqhom. Ma jridux il-parrinu biex forsi jieħdu dak li bi dritt hu tagħhom. Ma jridux li jkollhom jheddu bil-vot biex uliedhom isibu xogħol. Dan mhux sew. Ħadd ma għandu jitkarrab. Qed jippretendu dak li jgħid is-sens komun. Qed jippretendu s-sewwa. Irrid naħdem biex dan l-għan jintlaħaq." Stellini qal ukoll li l-PN ma għandux id-dritt divin li jiggverna. "Il-poplu xtaq bidla. Xtaq bidla għall-aħjar. Waqt li nirrikonoxxi li kien hemm bidliet għall-aħjar, għax it-tajjeb ma tistax tgħidlu ħazin, l-impatt enormi tal-iskandli tal- Panama, l-Ażerbajġan u l-passaporti bellgħu lil kulħadd. Il-bidla li l-poplu xtaq kienet waħda qarsa fejn jidħol meritokrazija, trasparenza, kontabilità. Il-wegħda ta' "Malta tagħna lkoll" saret gidba prima klassi. Dan jgħiduh ukoll Laburisti ġenwini. Jien għandi bosta ħbieb ta' fehma politika differenti minn tiegħi. Konvint li anke huma jaqblu ma' dan. Min għandu moħħ biex jaħseb, widnejn biex jisma' u għajnejn biex jara, jaf li l-klikka korrotta ta' Kastilja ħakmet lill-Partit Laburista u ramiet mit- tieqa l-valuri Soċjalisti. Dan mhux qed ngħidu jien. Dan qaluh Deputati Laburisti stess li kellhom l-kuraġġ iqumu u jitilqu 'l barra. Simon Busuttil, minkejja li jkun hemm min jipprova jirredikolah, huwa politiku onest, intelliġenti u nadif. Hu jista' jwassal biex pajjiżna jirbaħ l-kredibbilità li tilef fl- aħħar xhur. Jien lest ngħinu jagħmel dan jekk l-Għawdxin ikollhom fiduċja fija. Inħoss li l-Għawdxin fehmu li kien hemm min daħak bihom. Kien hemm min użahom u ramihom. Kien hemm min ukoll ħadem u stinka biex għamel li seta' imma kien hemm bosta każijiet li dejqu u kissru t-tajjeb li għamel min mexxa lil Għawdex fl-aħħar snin. L-għan tiegħi mhux li l-PN jirbaħ Għawdex iżda li naħdem biex fl-elezzjoni ġenerali l-poplu Għawdxi jagħżel lil min tassew iħobb lill-gżira tagħna u lest iservi u mhux jisserva. Jekk il-PN jirbaħx Għawdex jew le, jiddependi minn kemm l-Għawdxin, inkluż nies bħalek minn Malta li llum jgħixu fid-djamant f 'nofs il-Mediterran, lesti jkunu umli biżżejjed u jirrikonoxxu li pajjiżhom jiġi l-ewwel u qabel kollox." Stellini temm jgħid li min jafu jaf li l-ħbiberija m'għandhiex kuluri politiċi. Il-kuluri mhux qegħdin hemm biex jifirduna iżda qegħdin hemm biex jgħaqqduna u noffru l-aħjar kwalità ta' ħajja possibbli lill-Għawdxin li jgħixu f 'Għawdex u lil dawk l-eluf ta' Maltin u turisti li jżuruna. Min irid jinvesti bis- serjetà għandu jagħmel dan f 'Għawdex għax iż-żgħażagħ Għawdxin kapaċi ferm u għal daqstant għandna naħdmu għal dan il-għan." Malta...u għal Għawdex Neħħejna t-tariffi tar-roaming. Mis-sajf li ġej, ivvjaġġa kullimkien fl-UE bla ma toqgħod tinkwieta fuq kontijiet bla kontroll. Aċċertajna wkoll suq iktar kompetittiv billi llimitajna t-tariffi bejn operaturi internazzjonali tat-telekomunikazzjoni. TLABTNA NNEĦĦU GĦALKOLLOX IT-TARIFFI TAR-ROAMING WETTAQNA DAK LI XTAQT Inpoġġuk fil-qalba tal-Ewropa "L-Għawdxin ma jridux il-parrinu biex forsi jieħdu dak li bi dritt hu tagħhom " – David Stellini

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 May 2017