Illum previous editions

illum 14 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

illum | Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 Opinjoni 20 L -aħħar ċensiment, li sar fl-2011 u li r-riżultati tiegħu kienu ppubblikati lejn l-aħħar tal-2014, kien żvela li fil- gżejjer Maltin hi biss 68.2% tal-propjetà residenzjali li hi okkupata b'mod regolari. Il-bqija hi jew vojta (18.4%) inkella użata għal villeġġatura inkella għal xi użu ieħor sekondarju (13.3%). Jekk inħarsu lejn l-informazzjoni fuq livell ta' reġjuni, l-affarijiet ikunu ferm iktar ċari. L-ammont ta' proprjetà residenzjali użata tvarja bejn 79.5% fir-reġjun tal-Punet [bejn Ħad-Dingli, is-Siġġiewi u Ħal Balzan] u 46.4% fir-Reġjun ta' Għawdex. L-informazzjoni kollha hi miġbura fit-Tabella Nru 1. Il-proprjetà vojta min- naħa l-oħra tvarja minn minimu ta' 16% fir-reġju tat- Tramuntana [bejn in-Naxxar u l-Mellieħa] sa massimu ta' 23.9% f 'Għawdex, kif jidher fit-Tabella Nru 2. Fl-aħħar, il- proprjetà li hi użata għall- villeġġatura inkella għal xi użu sekondarju tvarja minn persentaġġ insinifikanti ta' 3% fir-reġjun tal-Port Nofsinhar [Belt sax-Xgħajra, sar-Raħal Ġdid u Ħal Luqa] għall-persentaġġ sostanzjali ta' 29.7% f 'Għawdex, bir- reġjun tat-Tramuntana [bejn in-Naxxar u l-Mellieħa], b'25.9% ikun viċin ħafna, kif inhu indikat fit-Tabella Nru 3. Din l-informazzjoni nġabret mir-rapport finali taċ-Ċensiment, paġni 221 u 222. Din l-informazzjoni tfisser li l-ammont sostanzjali ta' 31.8% tal-proprjetà residenzjali fil-gżejjer Maltin hi vojta inkella ma tantx hi użata. Dan ifisser ukoll total ta' 71,080 biċċa proprjetà kif stabbilit f 'Novembru 2011 meta sar iċ-Ċensiment. Illum, wara iktar minn ħames snin, din iċ-ċifra hi bla dubju ikbar, probabbilment viċin it- 80,000. Dan ifisser medda ta' art madwar għaxar darbiet id-daqs ta' B'Kara. Jiġifieri meta tiġbor flimkien dawn il-proprjetajiet kollha, dawn jammontaw daqs għaxart ibliet daqs B'Kara vojta. B'Kara hi l-lokalità bl-ikbar popolazzjoni fil-gżejjer Maltin. Dan ifisser sparparjar kbir ta' fondi pubbliċi għax bħala minimu jfisser li l-infiq fl-infrastruttura (toroq, elettriku, ilma, drenaġġ, telekomunikazzjonijiet) għal dawn l-għaxat ibliet vojta seta, bi ftit ħsieb u għaqal ġie evitat. Sadanittant, waqt li għandna din il-proprjetà residenzjali kollha vojta jew ftit użata, l-industrija tal-kostruzzjoni tkompli għaddejja żżid mal- problema. Dan isejħulu progress kif ukoll kontribut sinifikanti għall-ekonomija. Kemm Alternattiva Demokratika kif ukoll l-għaqdiet ambjentali f 'Malta semmgħu leħinhom sewwa dwar dan "l-iżvilupp" esaġerat tul is-snin. Imma l-problema xorta baqgħet tikber. Kemm il-Partit Laburista kif ukoll il-Partit Nazzjonalista t-tnejn ġew jaqgħu u jqumu mill- konsegwenzi. Flok ma indirizzaw il- problema, il-Gvern immexxi mill-PN żied iż-żona tal- iżvilupp permezz tal-iskema ta' razzjonalizzazzjoni li biha artijiet kbar saru tajbin għall-bini. Il-Partit Laburista fil-Gvern, min-naħa l-oħra ilu 4 snin jinkoraġixxi kull xorta ta' żvilupp b'mod li l-problema kompliet tikber. F'Marzu li għadda kelli l-opportunità li nirrappreżenta numru ta' residenti Mostin li kienu qed jopponu applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal- Ippjanar biex art f 'Tad- Durumblat il-Mosta jkun deċiż kif tista' tiġi żviluppata. Din hi waħda mill-meded kbar ta' art, f 'dan il-każ tal-qies ta' 38,600 metru kwadru li fl-2006 b'deċiżjoni ta' Gvern immexxi mill-PN saret tajba għall-bini. Il-Mosta għandha ammont mhux żgħir ta' proprjetajiet vojta jew użati ftit. F'Novembru 2011 dan kien jammonta għal 19.4% tal-proprjetà residenzjali kollha fil- Mosta. Il-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar aċċetta l-argumenti tiegħi u rrifjuta l-applikazzjoni. B'dan il-mod, tal-inqas temporanjament, din l-art ġiet salvata minn forzi tal- qerda ambjentali. F'din is-sitwazzjoni, Alternattiva Demokratika jidhrilha li ammont ta' proprjetajiet vakanti f 'kull lokalità għandu jkun kriterju importanti biex ikunu deċiż applikazzjonijiet għal żvilupp sostanzjali. Anke meta jkunu kkunsidrati l-artijiet li l-PN fil-Gvern daħħal fiż-żona ta' żvilupp, m'għandux jinħareġ permess jekk fil-lokalità jkun hemm kwantità sostanzjali ta' proprjetajiet vojta. Wasal iż-żmien li din is- sitwazzjoni tkun indirizzata u għal dan l-iskop il- manifest elettorali ta' Alternattiva Demokratika qiegħed jagħmel din il- proposta speċifika: f 'dawk il-lokalitajiet fejn in-numru ta' proprjetajiet vakanti hu sostanzjali ma jinħarġux permessi ta' żvilupp għal proġetti li jipproponu l-bini ta' numru kbir ta' residenzi addizzjonali. Dan għandu jkun l-ewwel pass biex tkun indirizzat il-problema tal- ammont kbir ta' bini vojt fil-gżejjer Maltin kif ukoll tal-bini esaġerat li għaddej madwarna. L-awtur hu Viċi Chairman ta' Alternattiva Demokratika. cacopardocarm@gmail.com , http://carmelcacopardo. wordpress.com Skont Cacopardo... Proprjetà vojta "Il-Gvern immexxi mill-PN żied iż-żona tal-iżvilupp permezz tal- iskema ta' razzjonalizzazzjoni li biha artijiet kbar saru tajbin għall-bini. Il-Partit Laburista fil- Gvern, min-naħa l-oħra ilu 4 snin jinkoraġixxi kull xorta ta' żvilupp" CARMEL CACOPARDO Tabella 1: PROPRJETÀ OKKUPATA SKONT IRREĠJUN Reġjun NRU % Port. NOFSINHAR 29107 75.9 Port. TRAMUNTANA 46181 72.9 Xlokk 22279 71.6 Punent 19584 79.5 Tramuntana 23989 58.1 Għawdex/Kemmuna 11630 46.4 Tabella 2: PROPRJETÀ UŻATA GĦALLVILLEĠĠATURA JEW GĦAL XI UŻU SEKONDARJU, SKONT IRREĠJUN Reġjun NRU % Port.Nofsinhar 1113 3 Port.Tramuntana 6650 10.5 Xlokk 3294 10.6 Punent 633 2.6 Tramuntana 10692 25.9 Għawdex/Kemmuna 7444 29.7 Tabella 3 : PROPRJETÀ VAKANTI SKONT IRREĠJUN Reġjun NRU % Port.Nofsinhar 8126 21.2 Port.Tramuntana 10556 16.7 Xlokk 5552 17.8 Punent 4420 17.9 Tramuntana 6582 16.0 Għawdex/Kemmuna 5996 23.9

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 May 2017