Illum previous editions

illum 14 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Tarxien R ....................... 0 Sliema W ....................... 3 SLIEMA Wanderers ikkonvinċew bis-sħiħ meta għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta' 3-0 biex b'hekk għamluha għall-finali tal- FA Trophy għat-42 darba fl-istorja u għat-tieni sena konsekuttiva. Sliema Wanderers fetħu l-iskor fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fit-22 minuta meta wara li rċieva minn freekick pinġut ta' Ricardo Calixto Correa Duarte, għola tajjeb Denni Rocha dos Santos li għalkemm ta' statura żgħira b'ċerta abilità tefa' l-ballun wara l-goalkeeper żagħżugħ tar-Rainbows, Andrea Cassar. Tarxien Rainbows wieġbu fil-35 minuta permezz ta' xutt angulat fil-baxx ta' Alex Nilsson li ġie milqugħ minn mal-art mingħajr wisq diffikultà mill-goalkeeper Taljan tal-Wanderers, Giuseppe Sarao. Iżda żewġ minuti biss wara, il-Wanderers irdsuppjaw l-iskor meta Ricardo Calixto Correa Duarte indirizza freekick preċiż lejn Leonardo Incorvaia li permezz ta' daqqa ta' ras mingħajr wisq diffikultà tefa' l-ballun fix-xibka. Fit-tieni taqsima kienu Tarxien Rainbows li ħolqu l-ewwel periklu fis-57 minuta meta Emerson Marcelina xeħet freekick lejn Ebiabowei Baker li ra d-daqqa ta' ras tiegħu tgħaddi tħakkek mal- wieqfa. Iżda Sliema Wanderers għamluhom tlieta fit-63 minuta meta Frank Temile għadda pass preċiż lejn Mark Scerri li avvanza tajjeb u għeleb lil Andrea Cassar. Il-Wanderers resqu viċin li jagħmluhom erbgħa meta s-sostitut Ryan Spiteri mill- viċin ra lil Andrea Cassar jinnewtralizza xutt fil-baxx b'saħħtu tiegħu. Tarxien R. Cassar, Baker, Marcelina, Ponce De Leon Garcia, Nilsson, Agius (Galea 60'), Feranandez Prendes (Azzopardi 75'), Zerafa, Da Paixao Alves (Micallef 88'), Zammit, Borg Sliema W. Sarao, Muscat, Rocha Dos Santos (Spiteri 45'), Xuereb, Incorvaia (Mintoff 71'), Scerri (Aquilina 85'), Muchardi, Calixto Correa Duarte, Pearson, Temile, Bianciardi Referi Malcolm Spiteri DENNI ROCHA DOS SANTOS Skorja l-ewwel gowl mit- tlieta ta' Sliema Wanderers f 'din il-partita. Kellu jinħareġ mill-grawnd fil-45 minuta minħabba injury li sofra f 'siequ. Huwa fost l-aqwa plejers barranin li qatt lagħbu fil- futbol Malti. Sliema Wanderers jikkonvinċu u jagħmluha għall-nali tal-FA Trophy Ritratt: Dominic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 May 2017