Illum previous editions

illum 14 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 Sports 28 Manchester City jegħlbu lil Leicester City u jersqu iktar qrib taċ-Champions League Hamilton jgħaddi bi ftit lil Vettel u jikseb il-pole tal-GP ta' Spanja LEWIS Hamilton għadda bi ftit lil Sebastian Vettel eżattament b'0.051 sekondi biex rebaħ il-pole position tal-GP ta' Spanja. Intant, sħab Hamilton u Vettel, Valtteri Bottas u Kimi Raikkonen fuq Mercedes u Ferrrari rispettivament temmew fit- tielet u r-raba' post. Intant, iż-żewġ Red Bulls misjuqa minn Max Verstappen u Daniel Ricciardo spiċċaw fil-ħames u s-sitt post rispettivament, bl-eroj lokali f 'dan iċ-ċirkwit Fernando Alonso jikseb post rispettabli hekk kif temm fis-seba' post. Il-Force Indias misjuqa minn Sergio Perez u Esteban Ocon diviżi minn Felipe Massa fuq Williams ikkompletew il-gradwatorja tal-ewwel 10. MANCHESTER City għebu lil Leicester City bl-iskor ta' 2-1 biex b'hekk resqu iktar qrib li fi tmiem l-istaġun jiksbu l-passaport għall-UEFA Champions League. Il- gowls għal Manchester City waslu minn David Silva u minn penalty ta' Gabriel Jesus. Min-naħa l-oħra l-gowluniku għal Leicester City wasal minn Shinji Okazaki fit-42 minuta. Ta' nota huwa l-fatt li l-Foxes fallew penalty mogħti minn Riyad Mahrez fit-78 minuta. AFC Bournemouth ġewwa darhom għelbu lil Burnley bl-iskor ta' 2-1 bil- gowls għalihom jaslu minn Junior Stanislas u Joshua King. Min-naħa l-oħra Sam Vokes ġab id-draw momentarju għal Burnley fit-83 minuta. Bl-istess skor intemmet il- partita bejn Middlesbrough u Southampton, bis- Saints ikunu huma li joħorġu rebbieħa bil-gowls għalihom jaslu minn Jay Rodriguez u Nathan Redmond, bil-gowl uniku għal Middlesbrough jasal minn Patrick Bamford fit-72 minuta. Ta' nota huwa l-fatt li Southampton tilfu penalty mogħti minn Shane Long fl-64 minuta. Swansea Cty barra minn darhom għelbu lil Sunderland bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Fernando Llorente u minn Kyle Naughton fid-9 u fil-45 minuta rispettivament. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 13 ta' Mejju Man. City vs Leicester City 2-1 AFC Bournemouth vs Burnley 2-1 Middlesb. vs Southampton 1-2 Sunderland vs Swansea City 0-2 FIXTURES Il-Ħadd 14 ta' Mejju 13:00 Crystal Palace vs Hull City 15:15 West Ham United vs Liverpool 17:30 Tottenham Hotspur vs Manchester United It-Tnejn 15 ta' Mejju 21:00 Chelsea vs Watford Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 14 ta' Mejju 12:30 Inter vs Sassuolo 15:00 Bologna vs Pescara 15:00 Cagliari vs Empoli 15:00 Crotone vs Udinese 15:00 Palermo vs Genoa 15:00 Sampdoria vs Chievo V. 15:00 Torino vs Napoli 20:45 Roma vs Juventus David Silva jifraħ wara li skorja l-ewwel gowl għal Manchester City Mix-Xellug għal-Lemin - Sebastian Vettel, Lewis Hamilton u Valtteri Bottas

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 May 2017