Illum previous editions

illum 14 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol SEBASTIAN CORCHIA - Arsenal xeħtu l-ħarsa tagħhom fuq id-difensur Franiċiż ta' Lille Sebastian Corchia bħala tragward potenzjali għal matul is-sajf li ġej. Dan il-plejer ta' 26 ena irriżulta bħala wieħed mill-aħjar difensuri right-back fil-Kampjonat Franċiż Ligue 1 għal diversi snin u jidher li l-Gunners se jkunu qed jagħmu offerta uffiċjai għalih. Corchia jidher li jinsab ħerqan li jingħaqad ma' Arsenal u jinsab lest li jħalli lil Lille sena qabel ma jintemmlu l-kuntratt ma' Lille. ALEXANDRE LACAZETTE -L-attakkant ta' Lyon Alexandre Lacazette għażel li jingħaqad ma' Atletico Madrid matul is-sajf li ġej. Dan il-plejer kien qed jissemma' li seta' jsieħeb lil Arsenal u b'hekk żgur li l-Gunners jinsabu diżappuntati b'din l-aħbar. Qed jiġi rrapurtat li Atletico Madrid se jkunu qed iħallsu s-somma ta' €40 miljun għal dan l-attakkant li tant impressjona ma' Lyon matul dan l-istaġun. M'hemmx dubju li dan l-attakkant se jkompli jsaħħaħ l-attakk ta' Atletico Madrid. PIERRE-EMERICK AUBAMEYANG - PSG qed isegwu l-progress tal-attakkant mill-Gabon ta' Borussia Dortmund, Pierre-Emerick Aubameyang iżda xorta waħda Alexis Sanchez jibqa' t-tragward numru 1 għaih f 'dak li għandu x'jaqsam ma' akkwisti għal matul is-sajf li ġej. Madankollu, jekk PSG jonqsu milli jakkwistaw lil Sanchez, il-forzi kollha jduru lejn Aubameyang li diġà lagħab fil-Kampjonat Franċiż Ligue 1 ma' Monaco, Lille u Saint-Etienne. Jidher li ċ-champions Franċiżi PSG diġà ltaqgħu ma' rappreżentanti ta' Aubameyang, fosthom ma' missieru stess iżda għadha ma saret l-ebda offerta uffiċjali għalih. VICTOR LINDELOF - Inter jinsabu lesti li jħallsu l-klawżola tar-release ta' €60 miljun li għandu l-plejer ta' Benfica Victor Lindelof, madankollu Inter qed jitolbu li jagħmlu dan fuq perjodu ta' ħames snin bil-Portugiżi iżda ma jaċċettawx hekk kif qed jitolbu lin-Neroazzurri biex jonoraw din il- klawżola f 'perjodu ta' tliet snin. Manchester United ukoll kienu interessati fl-akkwist ta' dan il-plejer, madankollu jidhru li mhumiex lesti li jħallsu iktar minn €45 miljun għal dan il-plejer li kellu staġun ferm pożittiv ma' Benfica. DAVID STOCKDALE - Chelsea qed ifittxu li jakkwistaw lill-goalkeeper ta' Brighton & Hove Albion, David Stockdale bħala goalkeeper li għandu jkun ta' riserva għal dak titolari Thibaut Courtois. Dan il-goalkeeper se jkun qed jintemmlu l-kuntratt tiegħu ma' Albion fi tmiem l-istaġun fejn għen lit-team immexxi mill-manager Chris Hughton jikseb il-promozzjoni għall-Kampjonat Premier. Chelsea qed ifittxu sostitut ghal Asmir Begovic, li jista' jingħaqad ma' AFC Bournemouth hekk kif huwa qed ifittex football iktar regolari. KASPER SCHMEICHEL - Manchester United jinsabu b'vantaġġ żgħir fuq Manchester City biex jakkwistaw lill-goalkeeper ta' Leicester City, Kasper Schmeichel minn Leicester City. Dan il-goalkeeper ta' 30 sena li jiġi iben l-eks goalkeeper leġġendarju ta' Manchester United Peter Schmeichel jidher favorit nett li jieħu post Davd de Gea li kollox qed jindika li se jkun qed jingħaqad ma' Real Madrid matul is-sajf li ġej. Għadha ma ssemmiet l-ebda somma ta' kemm ir- Red Devils lesti joffru għall-akkwist ta' Kasper Schmeichel. CESC FABREGAS AC Milan u Marseille jinsabu f 'taqtiegħa bejniethom biex jakkwistaw lil Cesc Fabregas mingħand Chelsea matul is-sajf li ġej. Matul dan l-istaġun Fabregas ftit li xejn kien utilizzat minn Chelsea, u b'hekk jidher li se jkun qed ifittex avventura ġdida barra minn Londra. Jidher li l-fatt li d-direttur sportivta' Marseille huwa l-eks goalkeeper ta' Barcelona Andoni Zubizareta li huwa ħabib kbir ta' Cesc Fabregas jista' jinstigah li jingħaqad ma' Marseille u mhux ma' AC Milan. minn Cristian Antony Muscat KYLIAN MBAPPE - Jidher li Kylian Mbappe jixtieq li jkun ikkowċjat minn Zinedine Zidane. Dan il-plejer żagħżugħ ta' 18-il sena li tant impressjona matul dan l-istaġun ma' Monaco kien qed jissemma' li seta' jingħaqad ma' Manchester United iżda jidher li dawwar ħarstu għal Spanja biex jibda avventura ġdida fil-Liga Spanjola. Madankollu, jidher li Real Madrid se jkollhom iħallsu s-somma ta' €100 miljun għal dan il-plejer hekk kif din hija s-somma li qed jitolbu għal dan il-plejer. NIKOLA KALINIC - Il-kowċ ta' AC Milan Vincenzo Montella xeħet ħarstu fuq l-attakkant Kroat ta' Fiorentina Nikola Kalinic għalkemm għadha ma ssemmiet l-ebda ċifra kemm AC Milan jinsabu lesti li joffru għal dan il-player. Ir-Rossoneri qed isegwu wkoll lil Pierre-Emerick Aubameyang kif ukoll lil Alvaro Morata, b'dawn it-tnejn jidhru li huma t-tragwardi prinċipali ta' AC Milan għal matul l-istaġun li ġej. Madankollu, jekk AC Milan jonqsu milli jakkwistaw lil wieħed minn dawn iż-żewġ plejers, huma jidhru li se jkunu qed jagħmlu offerta uffiċjali għal Nikola Kalinic.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 May 2017