Illum previous editions

illum 21 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 Opinjoni 22 I l-familja Faniello niżżlet isimha (u isem Malta) fil-Eurovision tliet darbiet: darbtejn permezz ta' Fabrizio u din is-sena bis- sehem ta' oħtu Claudia. Wara tmien tentattivi, il-ħolma tat-tfulija ta' Claudia issa ssarfet f 'realtà bis- saħħa tal-kompożizzjoni Breathlessly. Ir-rivista mensili M (Mużajk) li jitqassam mal-gazzetta It-Torċa, kellha servizz tajjeb ħafna dwar il-pajjiżi parteċipanti, imħejji minn Deo Grech u Adrian Spiteri. Dawn l-awturi rabtu isimhom mal-paġna tal-Eurovision fans Malta (EFM). Huma l-produtturi / preżentaturi tal-programm Eurovision Radio fuq One u Celebrity Night fuq F Living. Il-programmi tagħhom huma aġġornati sew u jagħtuk gost tismagħhom. Għalkemm Faniello kellha titlu pjuttost tajjeb għall- Eurovision, m'għaddietx għall-finali. Dinja Miġnuna Bħalissa qed naqra d-djarju ġurnalistiku eċċitanti tal-ġurnalista anzjan tal-BBC John Simpson, li kien żar postijiet remoti (u perikolużi) tad-dinja flimkien mal-kollega tiegħu, fotografu eċċentriku Franċiż. It-tnejn ivvjaġġaw fil-Libja, il- Lebanon, l-Afganistan, il-Kolumbja u nħawi oħra li jħalltu dak li hu prekarju mal-kriminali u l-umanitarju. Fl- istess waqt, A Mad World (1988) joffri kapitli ta' qari divertenti. Ktieb ieħor li għandi f 'idejja jirrakkonta l-ħajja teatrali ta' John Osborne, l-awtur mingħajr apoloġiji ta' Look Back In Anger, Luther u drammi oħra li skussjaw ix-xena teatrali Londriża. Ta' spiss imqabbel mal-ikonokliżmu ta' Shaw jew Wilde, Osborne kien jobgħod lill-kritiċi u ħajtu kienet suġġett ta' kontroversja (iżżewweġ ħames darbiet), farsa u kunflitt anki ma' bintu stess. Fil-qiegħ nett, kif jgħid f 'din il- biografija John Heilpern, Osborne kien awtur melankoliku. Heilpern, li ħa l-edukazzjoni tiegħu f 'Oxford, illum jaħdem bħala kritiku tat-teatru għan-New York Observer. Imwiet fl-Ilma L-għarqiet fil-Mediterran, għalkemm m'għadhomx jaslu bil-frekwenza ta' ftit ilu, għadhom għaddejjin. It- traffikanti tan-nies qed jgħabbu medja ta' 150 passiġġier li qed iwasslu għal bosta għarqiet. Fl-Italja, bil-baħar, l-imigranti li waslu hemm żdiedu b'31% fuq is-sena 2016. Mill-qtil ta' Gaddafi 'l hawn, il-Libja ma sabitx tarf l-inkwiet li sabet ruħha fih, inkluż it- traffiku kriminali tal-persuni. Kollox Previst Ejjew ngħidu li Joseph Muscat jerġa' jirbaħ l-elezzjoni tat-3 ta' Ġunju. Dan ikun ifisser li minkejja l-istejjer kollha ta' skandli u korruzzjoni, il-Maltin ma jimpurtahomx minn stejjer bħal dawk sakemm ma jolqtuhomx direttament. Ma jinteressahomx blogging li jikxef l-għawwar tal-mexxejja politiċi. Il- koalizzjoni PN / PD lanqas ma jidher li tista' tbiddel ix-xenarju. L-elettorat hu wieħed bi status quo: jinbidlu l-uċuħ imma l-essenza tibqa' l-istess. Fejn kollox previst u antiċipat minn elezzjoni għal oħra. Dimostrazzjoni għall-UE Fl-ewwel anniversarju tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, fil-Belt kienet saret manifestazzjoni kbira, b'eluf ta' studenti, bnadar ċelesti u slowgans dwar il-valuri Ewropej. Dik id-dimostrazzjoni ma baqgħetx issir u tħassret paġna importanti mill- kalendarju kulturali / estetiku tagħna. Ir-Rebħa ta' Macron fi Franza Marine Le Pen kienet politikament qed tbeżża' 'l-Ewropa minħabba l-politika tal-lemin estrem għall- kontinent. Iżda Le Pen ħadet tkaxkira minn Emmanuel Macron, politiku ta' 39 sena, li r-rebħa tiegħu qed tkun interpretata bħala vot għall-għaqda Ewropea. Ir-rebħa tiegħu tfisser nifs għall-valuri liberali demokratiċi li mmarkaw 'l-Ewropa għal aktar minn nofs seklu. Kieku l-Franċiżi vvutaw għal Le Pen, is-solidarjetà tal-Unjoni kienet tkun f 'periklu gravi. Fjamma li ma tmut qatt Irrid nerġa' ninsisti. Fi Pjazza Kastilja, misraħ ewlieni fil-kapitali Maltija, xi ħadd qed jidhirlu li għandu jħallat l-eleganza sobrija u sinjorili tal- barokk ma' skultura biżarra u astratta. L-aħħar "formazzjoni" tixbah siġra tal-bajtar tax-xewk li suppost "qed tiċċelebra fjamma li ma tmut qatt." Il-fjamma ma nafx fejn tidher, imma naf li din "l-iskultura" swiet l-eluf il-kbar u qed tkerrah il-lokalità fejn tqiegħdet. Ma nafx għadhiex teżisti Kummissjoni li tiddixxerni dwar il-monumenti nazzjonali f 'inħawi prominenti. MARIO AZZOPARDI "L-elettorat hu wieħed bi status quo: jinbidlu l-uċuh imma l-essenza tibqa' l-istess" "Wara tmien tentattivi, il-ħolma ta' Claudia issa ssarfet f 'realtà bis-saħħa tal-kompożizzjoni Breathlessly" Faniello mill-ġdid

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 May 2017