Illum previous editions

illum 21 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 | illum Sports 29 WARA biss tliet snin ta' sħubija sħiħa, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-plejers tal-Futbol, ġiet fdata biex torganizza kungress prestiġjuż għad-diviżjoni Ewropea tal-FIFPro. Bejn is-16 u 17 ta' Mejju 2017, delegati minn madwar l-Ewropa kollha, iltaqgħu Malta sabiex jiddiskutu passi li jmiss għall-Union Dinjija tal-plejers. Fid-diskors tal-ftuħ tiegħu, Bobby Barnes – President tad-diviżjoni Ewropea tal-FIFPro, irrimarka dwar ir-rabtiet bejn Malta u pajjiżu, l-Ingilterra. B'referenza għall-George Cross, mogħti lil Malta għall- qlubija, huwa ġibed paraguni mal-ġlieda qalbiena tal-FIFPro u MFPA għal dak li huwa sewwa. Is-Segretarju Ġenerali tal-MFPA – Carlo Mamo, tkellem dwar kif, l-esperjenzi kalċistiċi personali tiegħu wassluh għand FIFPro u għall- fundazzjoni tal-MFPA. Mamo semma l-progress li diġà sar kif ukoll dak li għad irid isir. Huwa rrefera għat-tneħħija tas-salary capping u l-qbil fuq kuntratt standard bir- rekwiżiti minimi, bħala suċċessi importanti, u t-tneħħija tal-Parametri u l-aċċess għal-Qrati nazzjonali bħala l-iktar affarijiet urġenti fuq l-aġenda tal-MFPA. Rapreżentanti mill- 'Heroes of Football' indirizzaw il-kungress. Fi preżentazzjoni li ispirat lil dawk preżenti, huma tkellmu dwar orjentazzjoni sesswali u identità tal- ġeneru bħala suġġett taboo fil-futbol. Preżentement ma hemm l-ebda plejer professjonali fl-Ewropa li ħareġ fil-pubbliku bħala omosesswali, minħabba t-tensjoni kbira li hemm madwar dan is-suġġett. plejers omosesswali jaffaċjaw il-biża' li ma jiġux aċċettati fil-locker room u li jiġu rrifjutati mis-sapporters. Il-Proġett 'Heroes of Football' qed jimmira li jbiddel il- mentalità billi jagħmel il- futbol eżempju ewlieni fit- triq għal soċjetà inklussiva. Id-diviżjoni Ewropea tal-FIFPro approvat dan il-proġett. Ritratt - Paul Zammit Cutajar Bjorn Kristensen bit-Trofew tal-MFA Plejer tas-Sena 2017 META nhar il-Ħadd li għadda ngħataw l-MFA Awards 2017, liema serata saret f 'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt Valletta, l-aktar unur prestiġjuż intrebaħ mill- midfielder internazzjonali Malti ta' Hibernians, Bjorn Kristensen hekk kif ġie dikjarat bħala l-Plejer tas- Sena. B'hekk huwa nkuruna staġun mill-aqwa fejn ġimgħa qabel rebaħ l-unur tal-Aqwa plejer fis-serata finali tal-MFPA Awards waqt li jumejn qabel kien rebah il-Kampjonat BOV Premier ma' Hibernians FC. Huwa ntgħażel minn ħames kandidati finalisti li kienu jinkludu wkoll lil Andrei Agius (Hibernians), Paul Fenech (Balzan) u ż-żewġ plejers ta' Birkirkara, Gareth Sciberras u Joseph Zerafa. Il-ġurnalisti, il-kowċis tal-klabbs u l-captains tagħ¬hom, kif ukoll il- kowċis taċ-Ċentru Tekniku tal-MFA, ħadu sehem fil- pro¬ċess tal-votazzjoni. B'kollox ingħataw 11-il unur fejn ġew ukoll ippremjati l-aqwa skorers ta' kull diviżjoni li kienu: Kampjonat Premier: Bojan Kaljevic (Balzan). I Diviżjoni: Juninho Cabral (Senglea A.). II Diviżjoni: Giovanni Galea (Qrendi). III Diviżjoni: Timothy Tho¬mas (Kalkara). I Diviżjoni Nisa: Ylenia Carabott (Hibernians). II Diviżjoni Nisa: Emma Moore (Swieqi U.). Ryan Scicluna rebaħ l-award tal-Isbaħ Gowl li ġie vvutat mill-pubbliku. Il-Fair Play Award intre¬baħ mit-tim tat-Tieni Di¬viżjoni, Swieqi United. Il-President's Award in¬għa¬ta lil Louis Agius li huwa l-fundatur tas-South End Core li din is-sena qed jiċċelebra l-10 anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Barra minn hekk, l-eks referi internazzjonali, Esther Azzopardi, ingħatat tif¬kira tas-servizz sublimi lil- logħba domestika. L-unuri mirbuħa huma: plejer tas-Sena: Bjorn Kristensen (Hibernians) Kowċ tas-Sena: Mark Miller (Hibernians) plejer Żagħżugħ tas-Sena: Jurgen Degabriele (Hibernians) plejer Barrani tas-Sena Bojan Kaljevic (Balzan) L-Aħjar plejer - I Diviżjoni Juninho Cabral (Senglea A.) L-Aħjar plejer - II Diviżjoni Giovanni Galea (Qrendi) L-Aħjar plejer - III Diviżjoni Ryan Sell (Kalkara) L-Aħjar plejer Femminili Stephania Farrugia (Birkirkara) L-Aħjar plejer tal-Youths Jan Busuttil (Pietà H.) GFA plejer tas-Sena Steve Sultana (Xewkija T.) Futsal plejer tas-Sena Jovica Milijic (Valletta) Bjorn Kristensen jinkuruna staġun mill-aqwa s-serata nali tal-MFA Awards 2017. FIFPro – L-Union Dinjija tal-plejers b'kungress f 'Malta Delegati tal-FIFPro f'Malta. Ritratt - Domenic Aquilina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 May 2017