Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632
illum Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 Sports 30 TOPSPIN Table Tennis Academy għamlet unur kbir lill-membri tagħha fil-Kampjonat nazzjonali Malti tat-table tennis għas- sena 2016/2017. Dan hekk kif it-tim 'Malta University SSC Andro', kompost mill-Kowċ tal-Akkademja Edward Baldacchino flimkien ma' Daniel Bajada, Alex Soler u Ryan Tabone, irnexxielu jilħaq il-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni, u għar-raba' sena konsekuttiva ġie kkonfermat bħala r-rebbieħ tal- Kampjonat nazzjonali, liema kampjonat huwa organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tat-Table Tennis. It-tim temm l-aħħar logħba tiegħu għal dan l-istaġun permezz ta' rebħa fenomenali kontra HiTT Academy bi skor ta' 7-2. Barra minn hekk,fi ftit ġranet oħra, il-kontinġent Malti, fosthom Edward Baldacchino u Daniel Bajada mill-Akkademja Topspin, se jkun fi triqtu lejn Dusseldorf, il- Ġermanja,biex jieħu sehem fil-'Kampjonati Dinjija tat- Table Tennis'. Apparti dan, l-Akkademja se tkun qed terġa' torganizza xahrejn ta' skola sajf għall- istudenti ta' kull età, subien u bniet. Għal iktar tagħrif dwar l-Akkademja, wieħed jista' jaċċessa s-sit www. topspintabletennisacademy. com jew jikkuntattja lill- Kowċ Edward Baldacchino fuq 99470278. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu jmur għal Lara Michelle Camilleri li hija s-Segretarja u studenta ta' Topspin Table Tennis Academy. Swieqi Phoenix Volleyball jiksbu t-tieni 'treble' konsekuttiv DAK tal-2016/17 kien staġun tassew memorabbli għal Swieqi Phoenix Volleyball, hekk kif dan il-klabb irnexxielu jikseb it-tieni 'treble' suċċessiv billi rebaħ il-kampjonati nazzjonali tal-kategoriji Under-14, Under-16, u Under-18. U dan wara li kien kiseb dan kollu l-istaġun li għadda wkoll. L-istess grupp ta' plejers żgħażagħ ikkontribwixxa wkoll sabiex il-klabb jakkwistat-tieni post fl-Ewwel Diviżjoni tal-MVA. Il-president ta' Phoenix Sports Club Orlando Bonnici spjega kif ir- riżultati miksuba mill-klabb jirriflettu l-implimentazzjoni ta' proġett fit-tul maħsub sabiex tinbena bażi soda fil-livell ta' 'nursery'. Huwa qal li: "Il-filosofija tagħna, hekk kif imwettqa mill- Head Coach Leonard Zammit Munro u t-tim tiegħu, hija li niffokaw l-investiment u l-enerġiji tagħna fuq l-iżvilupp tal- plejers żgħażagħ. Il-fatt li rbaħna tmien titli f 'livell ta' 'juniors' fl-aħħar tliet snin - tlieta Under-14, tlieta Under-16, u tnejn Under-18 -itina l-mistrieħ tal-moħħ li qegħdin fit-triq it-tajba. Dan l-istaġun irnexxielna wkoll indaħħlu żewġ timijiet fil-kategoriji Under-18 u Under-16. Ta' min jisħaq ukoll il-fatt illi din is-sena it-timijiet rebbieħa tagħna saħansittra ma' tilfu la logħba u l-anqas set wieħed fil-logħob tal-katergoriji kollha." Għal aktar informazzjoni dwar in-'nursery' ta' Swieqi Phoenix Volleyball wieħed jista' jikkuntattja lil Phoenix Sports Club fuq 79449359 jew 99473395. Swieqi Phoenix Volleyball Club bit-Trofew ta' Champions. L-Akkademja Topspin Cham- pion tal-Kampjonat tat-Table Tennis tal-Ewwel Diviżjoni L-erba' membri tat-tim 'University SSC Andro'. Ritratt - Rodney Cassar Hannah Pace tikseb rebħa prestiġġjuża ġewwa Sqallija IĊCHAMPION nazzjonali attwali tat- Triathlon Hannah Pace għadha kemm rritornat minn Sqallija fejn hi kellha prestazzjoni tajba ħafna li rriżultat f 'rebħa prestiġjuża fit-tielet tellieqa tas-Serje Sicily Triathlon tal-2017, li saret ġewwa Cefalu. L-istaġun ta' Pace raha tikkompeti prinċipalment fil-Grand Prix F.F.TRI. de Duathlon fi Franza, fejn hija ttellaq mat-tim Franċiż, Brive Limousin Triathlon. It-tellieqa, li kienet tad- distanza Sprint, bdiet b'għawma bil-wetsuit. Għalkemm din ix-xitwa, Pace tat enfasi partikolari lit-tlielaq duathlons, hija xorta waħda kellha għawma tajba. Pace kienet it-tielet mara li daħlet fiż-żona tat- transizzjoni, minuta wara l-ewwel mara. Il-kunfidenza li kellha fuq ir-rota rriżultat b'Pace tilħaq lit-tieni mara immedjatament, u mat-tielet dawra, mis-sitta meħtieġa, Pace sabet postha fuq quddiem. L-isforz iebes li għamlet Pace fuq ir-rota ma rriżulta f 'ebda ostakli fit-taqsima tal-ġirja sabiex tibqa' fl-ewwel post u tirbaħ it-tellieqa. "Din is-sena biddilt l-istruttura tat-taħriġ ġenerali tiegħi, fejn tajt attenzjoni partikolari lid- duathlons u għadni qiegħda nadatta għal din il-bidla. Minħabba f 'hekk ma kontx ċerta x'kelli nistenna mill- għawma. Din it-tellieqa kienet definittivament bidu tajjeb għall-istaġun li ġej, u issa nkompli nibni t-taħriġ madwar il-Kampjonati Ewropej li se jsiru f 'Ġunju li ġej fejn se nkun qed nikkompeti fid- distanzi Sprint u Standard," ikkummentat Hannah Pace. "Nixtieq nirringrazzja lil Garmin Malta, Go & Fun Malta, Team Barry Malta International Challenge Marathon u l-Federazzjon tat-Triathlon ta' Malta għall- appoġġ kontinwu li jtuni." L-atleta, Celine Pace, li għamlet id-debutt tagħha fit-triathlon riċentament, ħadet sehem ukoll fit- tellieqa u kklassifikat fl-ewwel post fil-kategorija tal-età tagħha. Hannah Pace tifraħ wara li rebħet it-tielet tellieqa tas-Serje Sicily Triathlon tal-2017