Illum previous editions

illum 21 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol BABA RAHMAN - Everton esprimew l-interess tagħhom biex jiffirmaw lid-difensur left-back ta' Chelsea Baba Rahman, għalkemm qed jissemma' wkoll li dan il-plejer jista' jirritorna ma' Schalke 04 fil-Ġermanja b'self. Rahman qatta' dan l-istaġun b'self ma' dan it-tim Ġermaniż iżda ċarrat il-ligamenti f 'Jannar li għadda meta kien qed jilgħab mal-Ghana fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani. ANDY ROBERTSON -Id-difensur ta' Hull City Andy Robertson aċċetta li jingħaqad ma' Liverpool. Dan il-plejer internazzjonali Skoċċiż se jkun qed jingħaqad bħala akkwist uffiċjali mit-team minn Anfield meta tinfetaħ it-tieqa tat-trasferimenti fil-ġimgħat li ġejjin, waqt li d-difesnur ċentrali Harry Maguire jista' jsegwih u jingħaqad ma' Liverpool huwa wkoll. Matul dan l-istaġun dehru diversi xquq fid-difiża ta' Liverpool, u Jurgen Klopp qed jagħmel minn kollox biex isaħħaħ id-difiża tiegħu. RIYAD MAHREZ U BEN GIBSON - Arsenal mistennija jonfqu s-somma ta' £55 miljun biex jakkwistaw lil Riyad Mahrez u Ben Gibson matul is-sajf li ġej. Arsene Wenger huwa mistenni li jibqa' jmexxi lil Arsenal u jrid lill-winger ta' Leicester City u lid-difensur ta' Middlesbrough biex ikunu parti mill-akkwisti tiegħu għal matul l-istaġun li gej. Għadu mhux magħruf kemm Arsenal se jkunu qed joffru għal dawn iż-żewġ plejers. PHILIPPE COUTINHO -Il-futur tal-plejer ta' Philippe Coutinho ma' Liveprpool qed jidher bħala wieħed inċert għall-aħħar, waqt li huwa kkonferma li rċieva offerti mingħand Barcelona għall-akkwist tiegħu. Madankollu, huwa saħaq li bħalissa jinsab konċentrat 100% fuq il-wirjiet tiegħu ma' Liverpool waqt li qed jaspira li r-Reds ikollhom tmiem pożittiv għall-istaġun. Riċentament il-fenomenu Arġentin ta' Barcelona Lionel Messi li huwa ħabib ta' Coutinho stqarr ix-xewqa tiegħu li jilgħab ma' dan il- pplejer liema xewqa tidher li tista' tiġi mmaterjalizzata fil-ġimgħat li ġejjin. KELECHI IHEANACHO - Il-plejer ta' Manchester City, Kelechi Iheanacho, jista' jħalli lil Manchester City matul is-sajf li ġej, b'rapporti qed jindikaw li Borussia Dortmund jinsabu interessati f 'dan l-attakkant Niġerjan. Dan il-plejer tilef postu minn mal-Blues għas-spejjeż ta' Gabriel Jesus u Sergio Aguero u għalhekk l-opportuniajiet tiegħu ma' Manchester City jistħhu ikunu limitati. Huwa jinsab frustrat bis-sitwazzjoni tiegħu mal-Blues fejn jidher li se jkun qed iħalli lill-club mill-Etihad Stadium. MANUEL LANZINI - Everton jinsabu lesti li jagħmlu offerta għall-plejer ta' West Ham United, Manuel Lanzini. B'Ross Barkley jidher li se jkun qed jirrifjuta kuntratt ġdid mat-tim minn Goodison Park, il-manager ta' Everton, Ronald Koeman qed ifittex għażliet kreattivi biex jimla dan il-vojt u qed iqis lil Lanzini bħala sostitut ideali. Għadu mhux magħruf kemm Everton jinsabu lesti joffru għall-akkwist ta' dan il-plejer. DIEGO COSTA - Il-manager ta' Shangai Shenhua Gus Poyet saħaq li jixtieq li jiffirma lil Diego Costa mingħand Chelsea. Dan l-attakkant Spanjol jidher li se jħalli lil Chelsea fi tmiem l-istaġun biex jibda avventura ġdida fiċ-Ċina. Shangai Shenhua diġà għandhom plejers ta' ċertu isem fosthom Obafemi Mertens, Fredy Guarin u Carlos Tevez u qed jaspiraw li jiffirmaw ukoll lil Diego Costa biex ikomplu jsaħħu l-iskwadra tagħhom. minn Cristian Antony Muscat ANTOINE GRIEZMANN - Rapporti minn Football Leaks li Zlatan Ibrahimovic qed jaqla' €368,000 fil-ġimgħa ma' Manchester United jistgħu iwasslu biex Antoine Griezmannn ma jingħaqadx mar-Red Devils matul is-sajf li ġej. Dan hekk kif dan tal-aħħar irid li jkun propju hu dak il-plejer li jsir l-aktar plejer imħallas mar-Red Devils u ried ammont ta' €300,00 fil-ġimgħa qabel ma saru magħrufa dawn ir-rivelazzjonijiet. B'hekk Griezmann irid li jkollu salarju iktar attraenti minn dak ta' Ibrahimovic għalkemm kollox qed jindika li I-Ibrahimovic se jkun qed iħalli l-klabb biex imur jilgħab fiċ-Ċina u għalhekk Griezmann ikun jista' jingħaqad liberament ma' Manchester United. MAMADOU SAKHO - Liverpool qed iqisu lid-difensur tagħhom Mamadou Sakho għall-valur ta' €30 miljun. Dan hekk kif ir-Reds jemmnu li huma se jirnexxielhm ibiegħu lil dan il-plejer hekk kif hemm bosta timijiet interessati fih. Barra minn Crystal Palace fejn Sakho jinsab misluf bħalissa, hemm ukoll interess minn West Ham United, Southampton u Napoli. Hekk kif Sakho jidher li se jkun qed iħalli lil Liverpool, Jurgen Klopp, qed jittama li jakkwista lid-difensur ta' Southampton Virgil van Dijk jew lil dak ta' Burnley Michael Keane matul is-sajf li ġej.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 May 2017