Illum previous editions

illum 21 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Il-Governanza I l-Gvern u speċikament Joseph Muscat, ammetta illi jekk xejn dan il-Gvern kellu problema bil- governanza. Iddiżappunta, ma laħħaqx mal-aspettativi tal-poplu u ma ġabx il-bidla li xtaq. Ammettieha għal darba, darbtejn. Fil-fatt, hekk hu. Wara 25 sena ta' Gvernijiet Nazzjonalisti kważi mingħajr waqfien il-pajjiż, jew dawk li fil-pajjiż ma jarawx biss blu jew aħmar huma ferm diżappuntati li f 'din l-elezzjoni ħafna se jkollhom jerġgħu jagħżlu 'l-aħjar mill-agħar'. Wara erba' snin fil-Gvern u snin twal fl-oppożizzjoni hija kważi traġika li ħafna fil- pajjiż se jerġgħu jivvutaw lil partit partikolari biex ineħħu partit mill-Gvern jew inkella biex iżommu milli jitla' partit ieħor fil- Gvern. Meta suppost illum qed niddiskutu l-kisbiet ekonomiċi kbar li għamel dan il-pajjiż f 'erba' snin, meta suppost qed niddiskutu l-bidliet radikali introdotti minn dan il-Gvern, meta suppost qed niċċelebraw ir-rieda ta' Gvern Laburista li jwettaq fejn ma twettaqx, minflok qed niddiskutu kontijiet li Ministru fetaħ f 'ġurisdizzjoni dubjuża. Minflok qed niddiskutu min fetaħ kont fejn u kemm tefa' fejn u għal xiex l-istess kontijiet setgħu nfetħu. Dażgur, kif hemm min jgħid li din hija l-aġenda tal-PN. Dażgur, kif hemm min jgħid li dan huwa l-unika mod kif l-Oppożizzjoni tista' tneħħi jew tnessi parti mill-ġid li għamel dan il-Gvern u s-suċċessi ekonomiċi li kiseb. Imma jekk dan huwa minnu, daqstant huwa minnu wkoll illi l-kontijiet fil-Panama mhux il-PN fetaħhom, imma fetaħhom min suppost kellu iktar għaqal, iktar rispett għall- kariga tiegħu u iktar sensittività għall-opprobriju li fil-fatt qala' l-partit li qiegħed fih u l-Gvern li jagħmel parti minnu. Din il-gazzetta kienet wissiet lill-PM Muscat illi l-agħar ħaġa li jista' jagħmel huwa li jżomm ma' djulu nies li anke jekk ta' suċċess fl-immaniġġjar ta' proġetti jew Ministeri, għandhom jitneħħew għax għandhom sħaba sewda fuqhom. Imma ma semax minna għax forsi aħna gazzetta żgħira, u ma tafx int xi ftit insinifikanti. Imma fi kliemna ġie! Bix-xogħol ħabrieki li għamel hu stess u l-maġġor parti tal-Ministri Laburisti, leali dejjem lejn l-ideal tal-partit tagħhom u leali dejjem lejn il-partit innifsu u fl-istess ħin mill-aktar kompetenti, dan il-pajjiż missu qed jiddiskuti kemm se jkun kbir id-distakk, mhux jekk se jkun hemm distakk bejn il-partiti. Missna llum qed niddiskutu s-suċċessi li ħafna Nazzjonalisti qatt ma basru li Gvern Laburista jista' jikseb, milli niddiskutu l-kuntratti li damu biex kienu ppubblikati u li partijiet minnhom baqgħu qatt ma kienu ppubblikati. Imma, il-PL ħasibha mod ieħor. Ta l-qasba dirett f 'idejn il-Partit Nazzjonalista fuq platt sabiħ u ħelu tal-fidda biex joqgħod jieħu pjaċir jissawwat biha. Jekk il-Partit laburista jirbaħ ikun għax is- suċċessi ekonomiċi u l-miżuri soċjali li wettaq dan il-Gvern kienu kisbiet liema bħalhom. Tkun rebħa, minkejja li kien hemm min ħaseb għalih u għalih biss. X'ħasra li r-rgħiba tal-ftit tefgħet dell, fuq ix-xogħol tal-ħafna. X'ħasra li xogħol stellari tgħatta taħt mantell ta' min il-Partit Laburista, forsi użah biex ipassi. U jista' mhux ikun hawn min jieħu għalih, għax iddejqu l-verità. Il-Verità konna ngħidu u l-verità se nibqgħu ngħidu. U min ifittex u jgħarrex sew fl- għeruq tal-Partit Laburista isib li dan l-editorjal mhux talli mhux ħanqa ta' ħmar, imma talli huwa sentiment reali. Jalla min għamel is-sewwa jerbaħ u min le jibqa' l-art. Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 May 2017