Illum previous editions

illum 21 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Floriana .................... 2 Sliema W ................... 0 FLORIANA rebħu l-20 FA Trophy fl-istorja glorjuża tagħhom meta għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta' 2-0, bil-gowls għalihom jaslu minn Enzo Ruiz u minn Clyde Borg. Floriana fetħu l-iskor fl-ewwel azzjoni denja ta' nota li ħolqu wara biss erba' minuti meta minn freekick pinġut ta' Maurizio Vella, għola tajjeb Enzo Ruiz, li ra d-daqqa ta' ras preċiża tiegħu tintemm wara l-gowlkeeper Taljan tal- Wanderers Giuseppe Sarao. Fil-31 minuta, il-kowċ tal- Wanderers John Buttigieg kellu jaffettwa sostituzzjoni sfurzata hekk kif weġġa' għalihom l-attakkant Brażiljan Denni Rocha Dos Santos - xhieda ċara li huwa kien għadu ma rkuprax għal kolox mill-injury li sofra fis- semi-finali kontra Tarxien Rainbows. Minfloku daħal jilgħab John Mintoff. Żewġ minuti biss wara l-Greens għoddhom irduppjaw l-iskor meta Andrà Scicluna għadda pass fil-baxx u fit-tul lejn Mario Fontanella li ra x-xutt fil-baxx tiegħu jgħaddi ċentimetri barra mil-lasti difiżi minn Giuseppe Sarao. Floriana komplew fuq l-offensiva u fis-36 minuta, freekick insidjuż tal-awtur tal-gowl għall-Greens Enzo Ruiz ġie devjat f 'corner bi bravura minn Giuseppe Sarao. Fl-64 minuta qamet kommossjoni sħiħa fil- grawnd meta r-referee Glen Tonn deher indeċiż jikkonvalidax goal ta' Floriana meta Steve Pisani xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka iżda Mario Fontanella deher jostakola lill-gowlkeeper Giuseppe Sarao, biex b'hekk il-gowl ma ġiex ikkonvalidat. Sliema Wanderers tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs fl-74 minuta meta cross-shot fil-baxx ta' John Mintoff għadda jħakkek mal-wieqfa. Iżda kienu Floriana li ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tieni gowl fid-90 minuta meta Steve Pisani dar tajjeb ma' tliet plejers avversarji qabel serva fuq platt tad-deheb lis-sostitut Clyde Borg li permezz ta' xutt fil-baxx għeleb lil Giuseppe Sarao. Floriana Haber, Scicluna, Pepe, Ruiz, Pisani, Varela, Nayar, Vella (Cini 71'), Chiesa (Cl. Borg 87'), Fontanella, Camenzuli Sliema W. Sarao, Rocha Dos Santos (Mintoff 31'), Pearson, Muscat, Calixto Correa Duarte, Farrugia, Temile, Muchardi (Spiteri 82'), Scerri, Incorvaia (Xuereb 67'), Bianciardi Referi Glen Tonna ENZO RUIZ Skorja l-ewwel gowl għal Floriana f 'din il-finali. Huwa fost l-aqwa difensuri li jimmilitaw fil-futbol Malti. Kellu staġun mill-aqwa fil-qalba tad-difiża ta' Floriana. Floriana jikkonvinċu u jirbħu l-20 FA Trophy fl-istorja tagħhom Ritratt: Christine Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 May 2017