Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632
Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 | illum Sports 35 jagħmel u issa naraw kif se tiżvolġi. U taqbel mal-proposta li sa mis-sena d-dieħla kull tim jista' jutilizza massimu ta' 11-il plejer barrani? Naħseb li se jonqos iċ-ċans għaż-żgħażagħ Maltin li jilagħbu fl-ogħla livell ta' Malta. Kif tikkumpara r-riżorsi fosthom grawnds li fihom tilagħbu f 'Malta ma' dawk li int lgħabt fihom barra minn Malta? Hemm diferenza, biss bl- investiment li sar dis-sena fuq il-grawnd ta' Ta' Qali naħseb li għandna grawnd tajjeb ħafna. Jekk tiġik opportunità li tħalli pajjiżna biex tmur tilgħab ma' xi klabb ieħor barra minn Malta. taċċetta mill-ewwel jew taħsibha darbtejn? Ovvjament li tilgħab barra minn Malta, hija ħaġa sabiħa imma mhux faċli. Madankollu, naħseb li jekk tiġi oppurtunità li nilgħab barra ma naħsibhiex darbtejn. X'sagrifiċċji u commitments jinvolvi l-futbol għal żagħżugħ bħalek? Sagrifiċċju kbir għax trid tegħleb kull ostaklu li jiġi quddiemek, pressjoni ta' ċerti logħbiet u fit- taħriġ trid dejjem tkun tajjeb biex tibqa' hemm. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jimbarkaw fuq karriera ta' suċċess fil-futbol. Messaġġ li nista' nagħti huwa li dejjem tibqa' taħdem anke jekk l-affarijiet ma jiġux kif trid. Ibqa' aħdem għalik personali u taqta' qalbek qatt. Fi kwalunkwe sitwazzjoni trid tibqa' temmen fik innifsek li int trid tasal. Ritratt: James Bianchi tat-Tim Nazzjonali ta' taħt il-21 sena Twieled -10 ta' Ottubru 1996 u kburi jgħid li huwa Bormliż. Huwa plejer li jista' jitqies bħala ġojjell kemm ta' Hibernians FC kif ukoll tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Ġie vvutat bħala l-aqwa plejer żagħżugħ kemm -Unuri mogħtija mill-MFA kif ukoll f 'dawk tal-MFPA. Ikklassika wkoll bħala t-tieni l-aqwa skorer overall tal-Kampjonat BOV Premier u l-ewwwl mill-plejers Maltin b'16-il gowl. JURGEN DEGABRIELE "Naħseb li kull logħba kienet sabiħa dan l-istaġun imma naħseb li meta bħala nazzjonal ta' taħt il-21 sena ksirna r-rekord ta' punti kienet l-isbaħ logħba ta' dan l-istaġun."