Illum previous editions

Illum 4th June 17

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

ELEZZJONI 2017 FLISTORJA tal- elezzjonijiet ġenerali, uħud mit-tlettax-il distrett elettorali, għandhom tendenza li dejjem jivvutaw u jxaqilbu lejn partit jew ieħor. Għaldaqstant, numru ta' distretti jiġu meqjusin bħala 'fortizza' ta' xi wieħed miż-żewġ partiti. Fl-elezzjoni ġenerali tal- 2013, l-ewwel seba' distretti kellhom maġġoranza Laburista waqt li mit- tmien distrett sat-tlettax, il-maġġoranza kienet waħda Nazzjonlista. Fid-distretti tnejn, tlieta, erbgħa, ħamsa, u sitta, ġeneralment il-maġġoranza tal-voti jmorru għall-Partit Laburista. Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista, storikament gawda vantaġġ fid-distretti numru disgħa, għaxra u ħdax. Fl-istess waqt, id-distretti sebgħa, tmienja u tnax, huma kemxejn iktar diffiċli sabiex tikkategorizzahom hekk kif il-maġġoranza hawnhekk, sikwit tilgħab. Minkejja dan, minn kif inhuma mqassmin il- lokalitajiet f 'distretti, u r-riżultati miksuba fl- aħħar elezzjoni, is-seba' distrett probabbilment jara maġġoranza Laburista, waqt li t-tmien distrett minħabba li kien ferm viċin fl-aħħar elezzjoni, x'aktarx ikun mirbuħ b'maġġoranza Nazzjonalista. L-istorja fid-distrett numru tnax hija x'aktarx storja unika minħabba d-dinamika ta' dan id-distrett, bil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar li hi fost l-ikbar tal-pajjiż, tinkludi fiha numru kbir ta' persuni barranin, nies li mhumiex oriġinarjament minn hemmhekk, u għadd ta' nies oħrajn li ma jivvutawx jew saħansitra ma jiġbrux il-vot tagħhom. Minkejja dan, hemm probabbiltà li l-maġġoranza tal-voti f 'dan id-distrett, tmur għand il-Partit Nazzjonalista. Fuq in-naħa l-oħra, l-ewwel distrett elettorali u t-tlettax, jiġifieri dak ta' Għawdex huma iktar diffiċli sabiex wieħed ipoġġi subgħajh fuq in-naħa liem se tmur l-elezzjoni, prattikament sitwazzjoni ta' 'kaxxa magħluqa'. Għalhekk dawn iż-żewġ distretti jibqgħu l-aktar dubjużi, bit-tlettax- il distrett x'aktarx ixaqleb iktar lejn il-PN, dan meta tikkunsidra wkoll li fl-aħħar elezzjoni, teknikament il-PN rebaħ l-elezzjoni bl-ammont ta' voti, iżda l-PL rebaħ l-ammont ta' siġġijiet.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 4th June 17