Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506
Elezzjoni2017 5 Il-Ħadd 04 ta' Ġunju 2017 | illum 2017 referendum li ntrebaħ mill- kamp favur is-sħubija ta' Malta fl-UE, il-PN rebaħ l-elezzjoni b'distakk ta' 12,080. Dan fil-fatt huwa distakk konsiderevoli, imma xorta inqas mid-distakk bejn il-kamp IVA u l-kamp LE fir- referendum. Fil-fatt id-distakk kien 19,468 jew 7,388 aktar mid-distakk tal-elezzjoni ġenerali ftit biss wara. Id-distakki tal-Labour Il-Partit kellu inqas rebħiet mill-PN, għalkemm kif diġà hawn imsemmi hawn fuq il- Partit Laburista kiseb l-akbar rebħa f 'termini ta' voti mill- 1964 sal-lum, taħt it-tmexxija ta' Joseph Muscat. Distakk ieħor favur il-PL kien fl-1996 meta l-partit, dak iż-żmien immexxi minn Alfred Sant kien qaleb distakk ta' 13,021 kontrih għal wieħed ta' 7,633 favurih. Dan ikun ifisser swing ta' 20,654 favur il-Partit Laburista. Dak iż- żmien kien mifhum li l-aktar illi xaqleb il-miżien favur il- labour kienet l-għoli tal-ħajja, it-taxxa tal-VAT li kienet attribwita għall-għoli tal-ħajja u l-introduzzjoni tal-cash registers. Dan apparti is-soltu kwistjonijiet ta' bżonn ta' bidla, arroganza, korruzzjoni u dak iż-żmien il-famużi 'barunijiet tad-droga'. Id-distakki l-oħrajn tal- Partit Laburista kienu fl-1971, hekk kif dak iż-żmien kien akkwista 85,448 jew 4,695 vot aktar mill-PN. Il-Labour, dak iż-żmien immexxi minn Dom Mintoff mexxa lill-pajjiż sal-1976 meta kien reġa' rebaħ it-tieni elezzjoni b'distakk ta' 6,303 voti. Minkejja li d-distakk kiber bi ftit, iż-żewġ partiti żiedu sew mit-toal ta' voti li kisbu. Id-distakk li qajjem rebus L-aktar distakk kontroversjali jibqa' dak tal-1981. Il-PN immexxi minn Eddie Fenech Adami kien rebaħ bil-vot popolari din l-elezzjoni b'distakk ta' 4,142 favurih. Minkejja dan il-Partit Laburista, dak iż-żmien immexxi minn Mintoff kien kiseb maġġoranza ta' siġġijiet parlamentari ta' 34, filwaqt li l-PN kiseb 31 siġġu parlamentari. Dan ir-riżultat wassal għal snin turbolenti fil-pajjiż, hekk kif il-PN m'aċċettax li jibqa' fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni meta kellu maġġoranza ta' voti. Dan ir-riżultat wassal ukoll għal riforma li permezz tagħha n-numru ta' siġġijiet parlamentari beda jkun aġġustat skont kemm il-partit ġab voti u skont l-istess distakk bejn il-partiti. Sussegwentement il-PN kien reġa' rebaħ l-elezzjoni ta' wara għalkemm b'distakk xi ftit jew wisq l-istess, jew ta' 4,785 vot. Il-Partit Laburista dak iż-żmien kien immexxi minn Karmenu Mifsud Bonnici. L-2013 ... straordinarju u uniku? Fil-kuntest kollu ta' dawn ir-riżultat jidher ċar illi s'issa, mill-Indipendenza d-distakk tal-2013 jista' jkun żewġ affarijiet. Jew distakk straordinarju u uniku li ġara darba u mhux se jerġa' jseħħ, jew inkella bidu ta' mewġa ġdida u akbar ta' votanti li lesti jbiddlu l-vot tagħhom skont l-esiġenzi tal-pajjiż, tal-familja tagħhom u anke tagħhom personali. Hu x'inhu dalgħodu ngħoddu fl-istorja distakk ġdid li se jkun ifisser ħafna u se jibgħat messaġġ politiku lill-klassi politika kollha. (Ara hawn taħt dak li jista' jfisser id-distakk minn din l-elezzjoni ġenerali) elettorali mill-Indipendenza Alfred Sant rebaħ l-elezzjoni fl-1996 bi swing ta' 20,000 vot favurih Eddie Fenench Adami, rebbaħ lill-PN fl-1981, 1992, 1998 u 2003 X'se jfisser? possibilità ta' rebħa pirrika. Distakk kbir favur il-Partit Laburista jitfa' lil Muscat lura fuq il-pedestall politiku u b'hekk ikun aċċertat u konfermat bħala l-aktar Mexxej Laburista li ġab suċċessi lill-partit tiegħu. Distakk żgħir favur il-PL (0-6,000) Teknikament, tkun rebħa għall-PL. Imma riżultat fuq dawn il-linji xorta jkun theżżiza kbira għal Muscat u kważi disfatta. Riżultat bħal dan ma jheddidx il-pożizzjoni ta' Busuttil li probabbilment jibqa' Kap tal-Partit Nazzjonalista u l-PN jibqa' jibbattalja kemm jiflaħ biex jiekol mill-maġġoranza żgħira, issa mnaqqsa minn 36,000 fl-2013. Dan ir-riżultat, anke jekk rebħa, ikun jeħtieġ ħafna ħin ta' riflessjoni min-naħa tal-PL u tat-tmexxija tal- partit. Ikun jeħtieġ analiżi xierqa ta' fejn u kif il-PL mar ħażin. Kwalunkwe vantaġġ favur il-PN Jekk ikun hemm vantaġġ favur il-PN u għalhekk dan jirbaħ l-elezzjoni, anke jekk ikun distakk minimu ta' 1,000 vot, ir-rebħa favur il-PN tkun waħda kbira, moralment. L-ewwel nett, dan ikun riżultat li l-ebda sondaġġ ta' kull nhar ta' Ħadd ma ppreveda, la tal-Maltatoday, tal- Independent u lanqas tat-Torċa. Imma aktar minn hekk, ikun ifisser li Busuttil irnexxielu jiekol il-maġġoranza mill-aktar komda li kellu l-PL u li tatu rebħa storika. Kwalunkwe distakk favur il-Partit Nazzjonalista jgħolli lil Busuttil fuq pedestall, fi status ta' Kap kbir u tar-rispett, determinat u li jagħti l-frott. Min-naħa l-oħra, dan ir-riżultat ikun diżastruż għall-PL. B'dan ir-riżultat, Muscat ikollu jagħmel dak li diġà qal li se jagħmel, jiġifieri jirreżenja, u l-Partit Laburista jieħu daqqa ta' ħarta kbira, simili għal dak li ġara fl-1998, meta tilef il-Gvern u dam 16-il sena biex reġa' kien elett.