Illum previous editions

Illum 4th June 17

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 04 ta' Ġunju 2017 Opinjoni 12 L -uffiċċju stampa tal-Vatikan ħabbar li l-Papa Bergoglio dan ix-xahar se jagħmel żjara privata fuq il-qabar ta' Don Lorenzo Milani, saċerdot li kellu viżjonijiet rivoluzzjonarji dwar l-edukazzjoni fost it-tfal u l-adoloxxenti ġejjin minn ambjenti fqar. Dwar Milani kienu saru studji twal f 'Malta mill-Professur Carmel Borg u Peter Mayo. L-Isqfijiet Ewropej b'sejħa lill- mexxejja tal-kontinent Il-qofol tal-messaġġ hu li l-Ewropa għandu jkollha konsensus ibbażat fuq il-valuri umani Insara, bħas- solidarjetà u s-sussidjarjetà fi spirtu ħieles mill-populiżmu u mill- egoiżmu. Mhux se negħilbu l-kriżi li għaddejja minnha l-Ewropa jekk ma neħilsux mill-populiżmu li qed jhedded li jordom lill-kontinent Ewropew. Un gol per l'Italia Fil-pjazza ewlenija ta' Norcia kien organizzat kunċert kbir li espona mużiċisti, gruppi u personalitajiet magħrufa u oħrajn li offrew it- talenti tagħhom biex jinġabru fondi għas-sopravissuti tat-terremot tas-sajf li għadda. Minbarra t-talent artistiku, il-kunċert wera l-ħila tar- RAI biex jippreżenta divertiment u spettaklu. It-Traġedja ta' Manchester It-terroriżmu Iżlamiku madwar bliet Ewropej baqa' għaddej. Din id-darba reġa' laqat mill-ġdid lil Londra, wara l-attakk magħruf bħala 7/7 li seħħ fis-7 ta' Lulju 2005, u iktar kmieni din is-sena l-attakk fuq Westminster Bridge. It-tpattija għal kif tneħħa Gaddafi għandha id twila ħafna. Dan l-aħħar kont qed nitkellem ma' Libjan li jiftakar meta fil-Libja kien hemm żminijiet progressivi u stabbilità fl-oqsma kollha: l-edukazzjoni, is-saħħa, l-ekonomija u l-infrastruttura. Fi żmien Gaddafi inħolqot il- Ġemaħirija li għaddiet il-poter f 'idejn il-Kunsilli Popolari. Min naħa negattiva, il-Libja sofriet mid-diversi tribujiet li finalment iggwerraw bejniethom u qatlu lill- mexxej Libjan, bl-indħil tal-Punent. Aktar letteratura mistika bil-Malti Qed tkompli tinħareġ aktar letteratura reliġjo-mistika. Xi snin ilu, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ħarġu traduzzjoni tad-djarju ta' Santa Elena Fawstina Kowalska li kienet santifikata mill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-2000. Fawstina Kowalska mietet bit-tuberkulożi, sebgħin pass 'l bogħod mill-kappella tal-kunvent fejn kienet tgħammar. Ħafna mill-passaġġi fid-djarju tagħha joffru djalogu intensiv u interlokuzzjonijiet "letterarji". Go TV Il-GO TV offra serje ta' riklami ta' x'juru fejn jidħol il-UEFA Champions League. Minbarra d-divertiment sportiv, il-GO iffoka fuq it-trasmissjonijiet dinamiċi tal-logħbiet li waslu għall-finali ta' Cardiff f 'Wales. F'Malta hawn eluf kbar ta' dilettanti i jsegwu dawn il-logħbiet, l-aktar dawk mil-league Ingliż, dak Taljan u l-Bundesliga. Kbar u żgħar għandhom l-eroj tagħhom, minn Messi sa Ronaldo u Neymar, fost tant oħrajn. Trump fil-Vatikan Mhux kulħadd qabel li l-Papa Franġisku laqa' lill-President Donald Trump fil-Vatikan. Kien hemm dawk li raw f 'din iż-żjara pubbliċità kbira għal Trump. Iżda oħrajn raw in-neċessità ta' proġetti komunikattivi bħal dawn. Iż-żjara ta' Trump fil-Vatikan waslet jiem wara ż-żjara tiegħu fl-Israel u fl-Għarabja Sawdita. Trump deher iżolat fis-Summit tal-G7 dwar il-klima. Imma r-Reuters taw lilu u lil martu, Melania, importanza kbira meta xandru ritratt tagħhom iħarsu lejn ix-xena spettakolari tal-kappella Sistina, bil-pittura famuża ta' Michelangelo. Min minn Trump u martu għandu l-aktar kariżma fejn tidħol l-arti u l-kultura? F'Giardini Naxos qrib Taormina, eluf ipprotestaw kontra l-pożizzjoni li ħa l-President Amerikan fejn tidħol il-klima li qal li "jrid jaħsibha" dwar il-pożizzjoni li għandu jieħu. MARIO AZZOPARDI "Trump deher iżolat fis-summit tal-G7 dwar il-klima" "Mhux se negħlbu l-kriżi li għaddejja minnha l-Ewropa jekk ma neħilsux mill-populiżmu li qed jhedded li jordom lill- kontinent Ewropew" Bergoglio fuq il-qabar ta' Milani

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 4th June 17