Illum previous editions

Illum 4th June 17

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 04 ta' Ġunju 2017 | illum Sports 23 SPORTSillum Ritratt- Christine Borg u Dominic Borg MALTA kisbet suċċess fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar hekk kif rebħet erba' midalji tad-deheb. Dawn kienu dawk mirbuħa minn Charlotte Wingfield fl-atletika li tajjeb ngħidu kisbet żewġ midalji tad- deheb - waħda fil-100m u l-oħra fil-200m, mit-tim nazzjonali tan-nisa tal- basketball, u minn Gianluca Chetcuti fl-isparar double trap. Sparar - double trap Malta rebħet midalja tad-deheb li kienet it-tielet waħda għal pajjiżna permezz tat-tiratur żagħżugħ ta' 19-il sena, Gianluca Chetcuti, li rebaħ il-finali tad-Double Trap. Fl-istess kompetizzjoni ħa sehem ukoll William Chetcuti li spiċċa fir-raba' post. F'din il-finali, Chetcuti għeleb l-isfida ta' Leontiou ta' Ċipru billi laqat 69 plattina, waħda aktar mill-eqreb avversarju tiegħu. Fit-tielet post spiċċa ċ-Ċiprijott, Djovanis Savvides li laqat 48 plattina. Basketball nisa It-tim nazzjonali Malti tal- basketball tan-nisa re¬baħ il-midalja tad-deheb wara li rebaħ il-logħbiet kollha tiegħu. Dan ifisser ukoll li din kienet it-tielet midalja tad- deheb mirbuħa mill-Maltin meta ż-żewġ suċċessi l-oħra waslu fl-2003 (f 'Malta) u fl- 2009 (f 'Ċipru). Fl-aħħar logħbiet tiegħu, huwa għeleb lil-Lussemburgu bl-iskor ta' 52-50. Kienet logħba sofferta ħafna hekk kif wara li l-Maltin rebħu l-ewwel sessjoni 12-7, fit-tieni waħda kienu l-avversarji tagħna li ħarġu rebbieħa 20-4 biex daħlu jistrieħu f 'vantaġġ ta' 27-16. Minkejja li t-tielet sessjoni ntrebħet 16-13 biex il-Maltin naqqsu d-distakk għal 40- 32, l-aħħar sessjoni dehret ferm diffiċli għall-Maltin. Iżda huma kellhom ideat oħra hekk kif mhux talli ma rkuprawx l-iżvantaġġ ta' tmien punti iżda finalment ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 52-50. Atletika Kienet l-atleta, Charlotte Wingfield, li rregalat l-ewwel midalja tad-deheb lil Malta fil-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar, li saru f 'San Marino, meta, nhar it-Tlieta li għadda, rebħet il-finali tal- 100 metru tan-nisa. Hija rebħet f 'ħin ta' 11.63 sekondi biex għelbet l-isfida ta' Patrizia van der Weken tal-Lussemburgu (11.86 sek) u taċ-Ċiprijotta Paraskevi Andreou (12.04 sek.) Din kienet it-tieni midalja personali għal Wingfield f 'din id-dixxiplina wara li għamlet dan fil-Logħob ta' sentejn ilu li saru fl-Islanda. Hija rebħet midalja tad-deheb ukoll fil- kompetizzjoni tal-200 metru permezz ta' Charlotte Wingfield biex b'hekk rebħet it-tieni midalja tad-deheb f 'dawn il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar wara li diġà kienet rebħet midalja tad-deheb fil-kompetizzjoni tal-100 metru. Wingfield kisbet ħin ta' 23.78 li huwa rekord nazzjonali ġdid. Midalja oħra mirbuħa għal Malta fl-atletika kienet dik fil-100m irġiel minn Luke Bezzina li spiċċa fit-tielet post b'ħin ta' 10.96 sek, wara l-Islandiż Kolbeinn Hodur Gunnarsson (10.62 sek) u ċ-Ċiprijott Andreas Chatzitheori (10.79 sek). F'riżultati oħra, fil-javelin tan-nisa, Joanne Vella spiċċat fis-sitt post b'total ta' 40.39 punt. Din id-dixxiplina ntrebħet mill-Islandiża Asdis Hjalmsdottir (58.57) segwita miċ-Ċiprijotta Marielle Rousi (44.05). Fil-finali tat-800 metru tan-nisa, Francesca Borg temmet fil-ħames post b'ħin ta' 2:15.70. Din it-tellieqa ntrebħet miċ-Ċiprijotta, Natalia Evangelidou (2:06.62) segwita minn Vera Hoffmann tal-Lussemburgu (2:09.00) u Dayane Huerta Venet tal-Andorra (2:10.56). Fil-final tat-800 metru tal-irġiel, Matthew Croker spiċċa fit-tmien post b'ħin ta' 1:55.60. Din it-tellieqa ntrebħet miċ-Ċiprijott Christos Di-mitrou (1:50.45) quddiem Charles Grethen tal-Lussemburgu (1:50.70) u Pol Moya Betriu ta' Andorra (1:50.72). Fil-5,000 metru, Charlton Debono temm fir-raba' post meta rreġistra ħin ta' 14:57.88. Ir-rebbieħ kien iċ-Ċiprijott Amine Khadiri (14:21.35), segwit minn Pol Mellina tal-Lussemburgu (14:26.90) u Marcos Sanza Arranz ta' Andorra (14:41.04). Minn Cristian Antony Muscat minn San Marino Suċċess għal Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar Charlotte Wingfield fuq il-podju fl-ewwel post fil-kompetizzjoni tal-100m. Gianluca Chetcuti fl-azzjoni fid-Double Trap. Plejers tat-tim nazzjonali tal-basketball jifirħu wara li rebħu l-midalja tad-deheb.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 4th June 17