Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506
illum Il-Ħadd 04 ta' Ġunju 2017 Sports 24 Vinales jegħleb bi ftit lil Rossi u jirbaħ il-pole tal-Moto GP tal-Italja Iċ-Champions tal-ASMK għall-2016 onorati fil- Palazz Verdala NHAR is-Sibt 27 ta' Mejju 2017 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat is-serata Annwali biex tonora liċ- Champions u Runners-up ta' kull sezzjoni fi ħdan l-Għaqda fil-Palazz Verdala fil-Buskett. L-attività ġiet sponsjorjata minn General Soft Drinks Ltd, Delicata Winery, Nexos, S.Curmi & Sons, MFCC Ta' Qali u Sign it Ltd. Grazzi speċjali tmur lill-President ta' Malta, l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca li offriet il-Palazz Presidenzjali tal-Verdala biex tittella' din l-attività mill-ASMK. Fost ir-rebbieħa tal- karozzi ġew onorati Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo li rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali Autocross Modified, ir- Runner up Malcolm Borg fuq Opel Corsa, Deane Farrugia fuq Citroen AX li rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali Autocross Standard. Fil-Muturi ġew onorati Clayton Camilleri fuq KTM li rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali Motocross għal għaxar darbiet bir-Runner- up ikun ħuh Kyle Camilleri fuq KTM. Damon Bonello fuq Gas Gas rebaħ il- Kampjonat Nazzjonali tat- Trials segwit mir-Runner- up Rowen Bonello fuq Beta. Matthew Gauci fuq Sherco rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali Enduro għall- ewwel darba segwit mir- Runner-up Joseph Scicluna fuq KTM. Waqt id-diskors tiegħu, il- president tal-Assoċjazzjoni Frans Deguara awgura lir-rebbieħa kollha filwaqt li rringrazzja lill-isponsors kollha li wkoll kienu preżenti fis-sala. Filwaqt, l-Assoċjazzjoni stiednet lis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport l-Onorevoli, Chris Agius, iżda dan ma setax jattendi minħabba mpenji oħra. Preżenti wkoll kien hemm ukoll il-Kelliem tal- Oppożizzjoni għal l-Isport Onorevoli David Agius. L-Assoċjazzjoni irregalat tifkira ta' ringrazzjament lill-isponsors li għamlu is-sena li għaddiet suċċess fosthom l-isponsor ewlieni Pasta Poiatti, lill- Kumpanija Philip Agius & Sons u Central Asphalt Ltd li jagħtu l-għajnuna tagħhom ferm apprezzata b'makkinarju u xogħol lejn l-Għaqda. Ġew onorati ukoll il-Membri Onorarji li minkejjja li mhumiex fit- tmexxija tal-Assoċjazzjoni, xorta baqgħu jagħtu l-għajnuna tagħhom minn attività għal oħra. Dawn kienu l-eks Kaxxier tal-Assoċjazzjoni Edgar Xuereb, Eks membri tal- Kumitat Frans Azzopardi u Emanuel Pisani. Membri oħra li ġew onorati huma Lawrence Darmanin li huwa l-Projects Manager tal-Assoċjazzjoni u Dr David Camilleri li huwa l-persuna legali tal- Għaqda. Intant l-Assoċjazzjoni tinforma lill-pubbliku li minħabba l-Elezzjoni Generali 2017 l-attività li kellha ssir ilbieraħ it-3 ta' Ġunju 2017 ġiet ikkanċellata għal dati ġodda li se jitħabbru iktar tard mill-Kumitat Eżekuttiv. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni www.asmk. org.mt jew fil-paġni fuq Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel ukoll kuntatt bl-email fuq info@ asmk.org.mt jew permezz tal-Mowbajl fuq in-numru ċellulari 9942 5489. MAVERICK Vinales għeleb bi ftit lil Valentino Rossi biex rebaħ il-pole position tal-Moto GP tal- Italja fuq iċ-ċirkwit tal-Mugello. Din hija t-tielet pole għalih matul dan l-istaġun kif ukoll fil-karriera ta' dan is-sewwieq Spanjol ta' 22 sena. Dan wara li huwa diġà rebaħ pole postions fil-Qatar u fi Franza. Maverick Vinales kellu sfida denja minn Valentino Rossi li ħabbat bis-sħiħ lil Vinakes biex jikseb din il-pole iżda Vinales kien fl-aħjar forma biex irnexxielu jikseb din il-pole position u għalhekk se jkun hu li llum se jkun qed jibda mill-ewwel post tal- gradwatorja fl-Italja. Is-sewwieq Taljan Andrea Dovizioso se jkun qed jibda mit- tielet post waqt li Marc Marquez iddiżappunta hekk kif se jkun qed jibda biss mis-sitt post tal- gradwatorja. Maverick Vinales jifraħ wara li rebaħ il-pole tal-Italja l-Mugello. Clayton Camilleri imkien ma' ħuh Kyle jiċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat Nazzjonali Motocross. Ritratt - Charlton Buttigieg