Illum previous editions

Illum 4th June 17

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 04 ta' Ġunju 2017 | illum Sports 27 Uħud mill-istudenti li ħadu sehem -Isports Day l-komunità ta' Marsaskala Irmati ftehim ma' Sannat Lions u Xewkija Tigers ISSEGRETARJU Parlamentari għar- Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius kien preżenti meta kien iffirmat ftehim ma' żewġ timijiet tal-futbol Għawdxin - Sannat Lions u Xewkija Tigers, liema ftehim se jkun qiegħed jagħti s-somma ta' €50,000 lil kull klabb sabiex tittaffa ftit mill- ispiża finanzjarja għal żewġ proġetti li ż-żewġ klabbs se jimbarkaw fuqhom. Sannat Lions ser ikunu qed jużaw din l-għotja biex jibnu stand għall- ispettaturi. Filwaqt li Xewkija Tigers ser ikunu qed jużaw l-għotja biex ikopru l-ħidma li qed issir biex il-faċilità sportiva jkollha gym. Iż-żewġ Presidenti tat- timijiet Jeffrey Farrugia u Teddy Bajada, urew s-sodisfazzjon tagħhom għal din l-għajnuna finanzjarja li ser tkun qed ittaffi ftit mill-ispejjeż li l-klabb ikollu. Is-Segretarju Parlamentari qal li tul din il-leġislatura l-Gvern dejjem ħaseb biex itejjeb l-isport f 'Għawdex. Fil- fatt beda l-Gozo Sports Board u kienu estiżi l-programmi 'On the Move' f 'Għawdex fost l-oħrajn. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius qal li dan il-ftehim isegwi l-ftehim li kien iffirmat ftit tal-ġimgħat ilu meta kien iffirmat ftehim simili mal- Assoċjazzjoni tal-football Għawdxija. Ftehim li kien ikkunsidrat wieħed storiku hekk kif għall-ewwel darba l-Assoċjazzjoni ngħatat somma diretta ta' €100,000 li ser iservu għal manutenzjoni fl-Istadium Nazzjonali ta' Għawdex. Fost l-oħrajn ser tinbidel is-sistema ta' sound, tkun estiża l-VIP stand, bl-istess żona tiġi mdawra bi ħġieġ u tittejjeb is-sistema ta' seating fiż-żona. L-Onorevoli Chris Agius imkien ma' rappreżentanti ta' Sannat Lions u Xewkija Tigers. Organizzat b'suċċess seminar fuq light contact fil-klabb WuShuKy kickboxing ORGANIZZAT b'suċċess seminar fuq light contact fil- klabb WuShuKy kickboxing FTIT tal-ġimgħat ilu l-instructor 2nd Dan, Petr Tahal, rappreżentant tal- WUMA mir-Repubblika Ċeka, kien il-kelliem ewlieni waqt seminar fil-klabb WuShuKy kickboxing li jinsab il-Mosta. Is-seminar li kien fuq jumejn kellu t-tema tal-light contact. Din kienet opportunità anke għat-tfal. Fost l-oħrajn wara s-session dedikata apposta għalihom, l-iżgħar black belt li għandu il-WSK club, Emerson għamel sparring session miegħu. L-instructor Petr apprezza l-livell tajjeb ta' dan l-istudent li hu preparat biżżejjed biex jidħol f 'iktar kompetizzjonijiet. Fis- sessjonijiet tal-intermediate u beginners iffoka ħafna fuq techniques u endurance. Kemm Master Dale Hamilton kif ukoll l-assistant coach Leslie Camilleri, ukoll kellhom l-opportunità li jitħarrġu personalment u anke jagħmlu sparring session mal-kowċ Ċek. Fuq nota differenti, l-instructor Tahal, stieden lil Sensei Alan Borg, li huwa responsabbli mill-klabb WuShuKy kickboxing biex nhar il-Ħamis li għadda attenda għal seminar fil-coaching fi Praga. Il-klabb xtaq jirringrazzja wkoll lil SportMalta tal-għajnuna li tagħti lill-atleti Maltin. Petr Tahal, rappreżentant tal-WUMA mir-Repubblika Ċeka imkien ma' mem- bri tal-klabb WuShuKy kickboxing. Sports Day b'differenza fil-qalba tal-komunità ta' Marsaskala FLISKOLA primarja ta' Marsaskala fi ħdan il-Kulleġġ San Tumas Moore ġiet organizzata Sports Day b'differenza. Din l-iSportsDay kienet differenti minn oħrajn għax l-istudenti ħarġu jagħmlu l-isports barra mill-ħitan tal-iskola; fuq iz-zuntier, fil-ġnien u fil-parkeġġ ta' fejn l-iskola. Attività bħal din turi mhux biss l-importanza li l-iskola primarja ta' Marsaskala tagħti lill- isports imma twassal ukoll il-messaġġ ta' kemm hu importanti li kulħadd jagħmel l-eżerċizzju fiżiku L-għalliema tal-P.E. is- Sinjura Chetcuti u s-Sur Mifsud organizzaw bosta attivitajiet għall- istudenti mill-ewwel sar-raba' sena. Ta' min isemmi li l-materjal sportiv li ġie użat waqt dawn l-attivitajiet kien kollu magħmul minn materjal riċiklat bħall- fliexken tal-plastik, blalen magħmula mill- karti u tyres tal-karozzi qodma fost oħrajn. L-istudenti tal-ħames u s-sitt sena kellhom ċans jipprattikaw diversi dixxiplini sportivi fosthom rugby, basketball, netball, hockey, dance, football, basketball, karate, weightlifting u judo. L-istudenti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 4th June 17