Illum previous editions

Illum 4th June 17

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 04 ta' Ġunju 2017 Sports 28 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol RYAN SESSEGNON - Tottenham Hotspur jinsabu lesti li jagħmlu offerta ta' €12-il miljun għall-plejer ta' Fulham Ryan Sessegnon. L-Ispurs jinsabu ħerqana li jegħlbu l-isfida għal dan il-plejer minn Liverpool u Manchester City, li qed jiġi kkumparat mal-attakkant minn Wales ta' Real Madrid Gareth Bale. Dan id- difensur left-back kellu staġun mill-aqwa ma' Fulham. DEMARAI GRAY -Liverpool jinsabu lesti li jegħlbu l-isfida minn Everton u Tottenham Hotspur biex jakkwistaw lill-attakkant ta' Leicester City, Demarai Gray. Huwa mifhum li dan il-plejer ta' 20 sena għandu klawżola tar-release ta' €12-il miljun, bir-Reds jinsabu lesti li jħallsu din is-somma meta tiftaħ is- suq tat-trasferimenti f 'Lulju li ġej. MAX KRUSE - Tianjin Quinjian jinsabu ppreparati li jagħmlu offerta għall-attakkant ta' Werder Bremen, Max Kruse. Dan it-tim Ċiniż immexxi mill-kowċ u eks captain tat-tim nazzjonali Taljan Fabio Cannavaro jinsabu lesti li jħallsu s-somma ta' €13-il miljun biex jakkwistaw lil dan l-attakkant, li skorja 15-il goal waqt li pprovda seba' assists ma' Werder Bremen fil-Bundesliga matul dan l-istaġun. ALEXIS SANCHEZ -Iċ-champions tal-Bundesliga Bayern Munich jinsabu lesti li jaċċettaw offerti għall-akkwist ta' Alexis Sanchez. Il-Bavarjani jinsabu lesti li jirrinovaw l-iskwadra tagħhom meta li rtiraw Philipp Lahm u Xabi Alonso, u rapporti qed jindikaw li waqt li players bħal Joshua Kimmich u Kingsley Coman se jkunu qed jibqgħu mal-Bavarjani, il-klabb huwa lest li jkun miftuħ għall-possibiltà li jbiegħ kemm lil Douglas Costa kif ukoll lil Renato Sanches. DAVID OSPINA - Il-goalkeeper ta' Arsenal David Ospina jinsab f 'taħdidiet mat-Torok ta' Fenerbahce. Dan il-goalkeeper Kolumbjan jinsab frustrat għall-fatt li ftit li xejn ingħata ċans li jilgħab matul dan l-istaġun mal-Gunners għas-spejjeż ta' Petr Cech li kien hu l-goalkeeper titolari li ddefenda l-lasti ta' Arsenal b'konsistenza matul dan l-istaġun. THEO HERNANDEZ - Id-difensur żagħżugħ ta' Atletico Madrid Theo Hernandez se jkun qed jingħaqad ma' Real Madrid matul is-sajf li ġej għas-somma ta' €30 miljun li jfisser €6 miljun iktar mill-klawżola tar-release li kellu. Dan id-difensur diġà għadda minn test mediku. Fl-aħħar staġun huwa kien misluf ma' Alaves mingħand Atletico Madrid, fejn kellu staġun relattivament tajjeb. BALDE KEITA - Juventus ikkonfermaw l-interess tagħhom fl-attakkant ta' Lazio li tant impressjona matul dan l-istaġun, Balde Keita. Dan il-plejer ta' 22 sena skorja 16-il goal f '31 partita fis-Serie A matul dan l-istaġin. Id-Direttur Sportiv ta' Juvenstus Giuseppe Marotta kkonferma l-interess tal-Bianconeri f 'dan il-player għalekmm ma tax dettalji rigward kemm Juventus lesti joffru għal dan il-plejer. Keita fadallu sena oħra kuntratt ma' Lazio u għadu mhux magħruf jekk hux se jkun lest li jilqa' t-talba ta' Juventus dejjem jekk dawn jagħmlu offerta uffiċjali għalih. minn Cristian Antony Muscat MARVIN PLATTENHARDT -Bayen Munich qed ifittxu li jkomplu jkabbru l-kontiġent Ġermaniż tagħhom billi rreġistraw interess f 'Marvin Plattenhardt. Is-sit elettroniku uffiċjali ta' Adidas kien diġà ippublika ritratt ta' dan il-plejer liebes il-kit ta' Bayern Munich qabel imbagħad fi stqarrija uffiċjali għarrfu lill-pubbliku li dan kien żball ġenwin. Madankollu, kollox qed jindika li Bayern Munich se jkunu qed jakkwistaw lil dan il-plejer fil-jiem li ġejjin għas-somma ta' €14-il miljun. LEONARDO JARDIM - Arsenal identifikaw lill-kowċ ta' Monaco Leonardo Jardim bħala l-għażla ewlenija biex jieħu post Arsene Wenger dejjem jekk dan jagħżel li ahlli lill-Gunners matul is-sajf li [ej. Jardim se jkun qed jiddiskuti l-futur tiegħu fi tmiem l-istaġun waqt li jinsab ukoll fuq ir-radar ta' Inter, hekk kif il-coach Stefano Pioli qed tiżdiedlu l-pressjoni man-Neroazzurri wara sensiela ta' riżultati negattivi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 4th June 17