Illum previous editions

Illum 4th June 17

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 04 ta' Ġunju 2017 | illum Sports 31 hemm din is-sena, il-kampjonat se jibqa' kompetittiv. Illum, kif inhu l-kampjonat, hemm tnax-il tim li kapaċi jtellef il-punti lil kulħadd. M'iniex nara xi distakk enormi bejn it-timijiet. Issa jekk dawk it-timijiet li jitilgħu jirnexxilhom jibnu tim kompetittiv, hemmhekk lili ma tagħmillix differenza. U 11-il plejer barrani? Skont x'livell ikollhom. Jiena nemmen biha ħafna. Hemm barrani u barrani. Ma naħsibx li klabb lokali jaffordja 11-il plejer barrani ta' livell għoli ħafna. Imbagħad trid tara wkoll il-klabb x'policies għandu. Jista' jgħidlek li hu jaffordja biss sitt barranin tajbin ħafna, u li mbagħad it-tim ikun komplet bil- Maltin li jkollu. Ikun jista' jilgħab bihom u jkun kompetittiv xorta. Bir-rispett kollu lejhom, biex jiġi barrani u ma jkunx ta' livell, nippreferi nilgħab b'tifel tal-minors u nagħtih iċ-ċans li jesprimi ruħu fil-grawnd. Il-problema tal-betting li hemm ċans teqred il-futbol mondjali, taħseb li tista' tissolva xi darba? Jiena nemmen li skont l-individwu. L-affarijiet ma jkunux imponuti imma jsiru għax ikun irid il-plejer, il-kowċ, il-membru tal-kumitat... Jekk xi ħaġa qiegħda hemm, hi deċiżjoni tiegħek tużahiex ħażin jew le. Kemm taħseb li se għinkom Aidan Jake Friggieri li ġibtu f 'Jannar? Aidan hu żagħżugħ promettenti, dedikat u naħseb li għen ħafna lill- klabb. Kienet għażla tajba li l-klabb iġibu jilgħab magħna. Xogħlok huwa fl-edukazzjoni. Kif jirnexxielek tlaħħaq bejn ix-xogħol u l-futbol? Jien għandi ħinijiet tajbin u fl-età tiegħi ma tantx tagħmilli tajjeb li nittrenja darbtejn kuljum. Fis-sajf inkun off u jirnexxili nagħmel pre-season sew. Il-fatt li naħdem ġo skola, il-ħinijiet huma favuriha. Taqbel mal-kummenti ta' Andrè Schembri li nagħmlu x'nagħmlu fil- futbol Malti m'aħniex se navvanzaw? Biex issir bidla, nemmen li l-bidla trid issir fil-klabbs. Il-klabbs ma jistgħux jibqgħu bil-mentalità ta' amateur, għax inkella diffiċli jsir l-avvanz li wieħed jixtieq. Aħna hawnhekk St. Andrews qed nippruvaw noħolqu sistema professjonali. Dik hija t-triq 'il quddiem u trid tibda miż-żgħar. Issa jekk plejer ma jridx joqgħod barra minn Malta minħabba raġunijiet differenti, x'nagħmlu? Nibqgħu sejrin li l-plejers ma jridux jitilgħu barra u nieqfu hemm? Fl-opinjoni tiegħi, aħna għandna ngħollu l-livell lokali tagħna ħalli t-tim tan-nazzjonal jitjieb. Għaddi messaġġ liż-żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera mill-futbol. Kemm jgħinek il-futbol fil-ħajja? L-ewwel nett kull sport jgħin għax iżommok fit u jżommok 'il bogħod mill-vizzji. Nemmen li biex tirnexxi trid tagħmel ħafna sagrifiċċji u trid tkun iddixxplinat. Ovvjament trid tgħix ħajja tajba għax kollox iħoll u jorbot. Ritratt: James Bianchi teknika fil-futbol Malti Twieled s-26 ta' Lulju 1981 f 'Tal-Pietà. Huwa l-captain ta' St Andrews FC. Għandu esperjenza wiesgħa l-futbol lokali fejn lagħab ukoll ma' Sliema Wanderers u Qormi. JOSEPH FARRUGIA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 4th June 17