Illum previous editions

Illum 4th June 17

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/832506

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 04 ta' Ġunju 2017 Elezzjoni2017 2017 'Il-ħaddiem tradizzjonali jista' jsir parti mill-ekonomija FLUNJONI Ewropea kull sena tiġi organizzata konferenza msejħa l-'Green Week' u din is-sena kienet organizzata l-ġimgħa li għaddiet u ntemmet nhar il-Ġimgħa. Il-Kummissarju Ewropew, il-perit Karmenu Vella, hu l-kap għal din il-konferenza billi taqa' taħt id-dekasteru tiegħu u l-magazine 'The Parliament'. Dan joħroġ kull ħmistax u jitqassam f 'kull lukanda fi Brussell. Fih dehret intervista tajba mal-kummissarju Ewropew u l-ILLUM qed iwassal siltiet minnha. Il-konferenza ffukat fuq l-importanza għall-miri ambjentali fit-tul. Għax 'EU Green Week' hi ħafna aktar minn konferenza. Hi ġimgħa sħiħa ta' attivitajiet u dibattiti madwar l-Ewropa li jħallu lill-atturi ewlenin ibiddlu l-ideat u jippromwovu l-esperjenzi tagħhom. U bla dubju din id-darba ffukaw ħafna dwar il-potenzjal ta' impjiegi fis-settur 'aħdar'. L-Unjoni Ewropea kkomettiet ruħha li tiġġieled il-bidla fil- klima u li tippromwovi l-ekonomija. Livelli għolja ambjentali jistgħu jikkreaw opportunitajiet għal impjiegi 'ħodor'. Għalhekk din il-konferenza qed tiffoka dwar il-bżonn li jkun hemm biżżejjed ħiliet biex iwasslu għal aktar xogħol. Ejja nieħdu eżempju fis-settur tal-bini: perit jiddisinja d-dar 'eco' perfetta, iżda biex din tinbena hemm bżonn in-nies bħal joiners, electricians u plumbers li jkunu jafu eżatt kif jinħadem dak li l-perit iddisinja. It-teknoloġiji ambjentali li jkun iddisinja l-perit ikollhom bżonn manteniment professjonali b'nies kapaċi. U hekk taħdem din il-konferenza dwar l-ambjent biex twassal għal aktar xogħol fil- qasam tal-ambjent. Għax nies b'ħiliet fuq l-ambjent huma element sosetnibbli għall-ekonomija. Imbagħad fil-konferenza prinċipali ġie diskuss il-kreazzjoni ta' xogħol f 'dak li hu ilma, marittimu u l-ibliet. Iżda kif se jinħqolu dawn l-impjiegi? Li hu żgur li b'hekk se jinħolqu impjiegi ġodda u oħrajn li jinbidlu minn dawk tradizzjonali għal dawk aktar diretti għal dinja ambjentali. Eżempju fejn jidħol l-ilma: ilma tax-xorb, ilma li ninħaslu bih u l-ilma tad-drenaġġ; għenu biex l-Ewropa tlaħħaq mal- livelli li qed titlob inħolqot industrija ġdida f 'dan ir-rigward u nħolqu aktar impjiegi. "L-Unjoni Ewropea hi kommessa li tibdel l-isfidi tas-settur marittimu f 'opportunitajiet," qal Karmenu Vella meta ġie biex jitkellem fuq dan is-settur. "Mill-2007 l-kummissjoni Ewropea ħolqot viżjoni dwar l-affarijiet marittimi fejn bdejna bi ġlieda kontra s-sajd illegali. Bdeja niffukaw fuq il-mappa oċeonografika u x-xjenza marina u l-konservazzjoni tal-abitat." Il-kummissarju dwar l-ambjent qal ukoll li llum l-ibħra u l-oċeani huma l-akbar riżorsa tal-pjaneta u huma dawk li jixprunaw l-ekonomija Ewropea. "Illum l-ekonomija 'bluna' qed tagħti €1.3 triljun. Hu previst li sal-2030 tirdoppja. Din qed tippreżenta opportunità kbira għall- Ewropa. L-akbar potenzjal f 'din l-eknomija 'bluna' se jkun xprunat b'teknoloġiji ġodda, prodotti, servizzi u mudelli ta' negozju. Ħafna minnhom ħarġu mill-fatt biex jipprovdu soluzzjonijiet għal sfidi oċeonografiċi bħal sajd bl-addoċċ, tibdil fil-klima, tniġġis tal-baħar. Is-sostenibbilità hi ċavetta oħra għall-innovazzjoni u tirrapreżenta opportunità globali." Karmenu Vella qal ukoll li issa li l-Ingilterra mhux se tagħmel parti mill-Unjoni Ewropea, xorta jemmen li għandu jkun hemm relazzjoni speċjali mal- Ingilterra, "u fejn jidħol il- futur marittimu u tal-oċeani John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt Konferenza 'ħadra' fl -Unjoni Ewropea 'Irridu nħallu baħar nadif u b'saħħtu għal uliedna u wlied uliedna' 'Il-Ftehim ta' Pariġi għadu jgħodd u se mmexxuh 'il quddiem' ANTONIO Tajani, il- President tal-Parlament Ewropew, irreaġixxa għat-tħabbira tal- President Amerikan, Donald J. Trump, li l-Istati Uniti se tirtira mill-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima. "Pacta sunt servanda. Il-Ftehim ta' Pariġi jrid jiġi rrispettat. Din hija kwistjoni ta' fiduċja u tmexxija", qal Antonio Tajani. Huwa żid jgħid li, "Dan il-Ftehim għadu jgħodd u aħna se nkomplu mmexxuh 'il quddiem flimkien jew mingħajr l-amministrazzjoni Amerikana." "Dawk li jagħżlu li jibqgħu fuq barra se jitilfu opportunità storika għaċ- ċittadini, għall-pjaneta u għall-ekonomija. L-Unjoni Ewropea se tkompli tmexxi sforzi kontra t-tibdil fil-klima u se tkun pilastru dinji li jiġbed lejh investiment, innovazzjoni u teknoloġija, joħloq impjiegi ġodda u jagħti spinta lill-kompettività," żied jgħid. Adina-Ioana Vălean, President tal-Kumitat għall-Ambjent ukoll tat ir-reazzjonijiet tagħha u qalet li jiddispjaċiha bil-kbir għal din id- deċiżjoni, u tittama li din hija biss "tislima għal darb'oħra" u mhux "tislima finali." "Biex niffaċilitaw it-tranżizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, jeħtieġ li nkunu pragmatiċi. Il-komunità dinjija hija impenjata għall-Ftehim ta' Pariġi. Is-sensibilizzazzjoni tas- soċjetà ċivili, tal-industrija u tal-pubbliku evolviet. L-Istati Uniti tikkondivi l-pjaneta magħna, u aħna intitolati li nittamaw li, lil hinn minn deċiżjoni ta' persuna waħda, anke jekk huwa l-President tal-Istati Uniti, l-Amerka fl-aħħar mill-aħħar, se terġa' tissieħeb magħna fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima," sostniet Vălean. Sadanittant, aħna għandna nkomplu mmexxu, flimkien maċ- Ċina u mal-Koalizzjoni ta' Ambizzjoni Għolja. Fid-dawl tat-theddida tat-tisħin globali, din hija ġlieda għal multilateriżmu, għall-kooperazzjoni, u għall-paċi. Għalina l-Ewropej, hija waħda eżistenzjali," hija kkonkludiet. Il-Parlament Ewropew bħalissa qiegħed jaħdem fuq tliet miżuri leġiżlattivi li jimplimentaw il- Ftehim ta' Pariġi: is-suq tal-karbonju ta' wara l-2020 (Skema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet), il-miri tal-2030 tar-Regolament dwar il-kondiviżjoni tal- isforzi u r-Regolament dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija. Il-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 4th June 17