Illum previous editions

illum 18 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

13 Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 | illum Aħbarijiet Jekk eletta, Dalli tkun it-tieni mara fit-tmexxija tal-PL mill-1920 Tkompli minn paġna 1 DALLI kienet eletta għall-ewwel darba fil-Parlament fl-1996 wara r-rebħa tal-Partit Laburista u dakinhar kienet maħtura Segretarja Parlamentari għad-Drittijiet tan- Nisa, biex imbagħad baqgħet tkun eletta f 'kull elezzjoni sa dik li saret ġimagħtejn ilu. Jekk eletta fil-kariga, Dalli tkun it-tieni mara li okkupat il-kariga ta' Deputat Mexxej tal-PL, hekk kif it-tliet l-ogħla pożizzjonijiet politiċi fil-Partit Laburista dejjem kienu iddominati mill-irġiel. L-ewwel u l-unika mara li kienet Deputat Mexxej tal-PL fl-istorja kienet Agatha Barbara bejn l-1976 u l-1981. B'hekk Dalli issa se tingħaqad mal- Ministru Chris Fearne li wkoll esprima l-interess tiegħu illi jikkontesta għal din il-kariga qabel l-elezzjoni ġenerali. Fearne kien elett għat-tieni darba fl- aħħar elezzjoni ġenerali u kiseb l-akbar numru ta' voti, fit-tielet u r-raba' distrett. B'10,098 vot huwa kien ukoll it-tielet l-aktar Deputat li kiseb voti wara ż-żewġ mexxejja politiċi. Lura fl-1996, it-trio Laburista kien magħmul minn Alfred Sant bħala Mexxej, George Abela bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit u George Vella, bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament. Fl-1998, wara r-riżenja ta' George Abela daħal floku l-Avukat Joe Brincat li baqa' Deputat Mexxej sal-2003. Intant bejn l-2003 u l-2008, il-PL għażel żewġ Deputati Mexxejja ġodda, Michael Falzon bħala Deputat Mexxej għall-Affarrijiet tal-Partit u Charles Mangion, għall-Affarijiet tal- Parlament. Mal-ħatra ta' Joseph Muscat, id- delegati tal-Partit Laburista għażlu lil Toni Abela u lil Anġlu Farrugia, li rreżenja ftit wara l-elezzjoni tal-2013 biex minfloku daħal Louis Grech. Grech u Abela, kienu parti mit- tmexxija rebbieħa tal-PL flimkien ma' Muscat, biex fl-2015 Abela rreżenja u minfloku kien elett Chris Cardona. Vot fuq it-tmexxija preżenti tal-PL Il-Partit Laburista lbieraħ ħabbar li se jkun qed jilqa' nomini għall-ħatra ta' Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament bejn nhar it-Tlieta, 20 ta' Ġunju fl-10.00am u l-Ħamis, 22 ta' Ġunju fis-6.00pm, wara li din il-ħatra tħalliet vakanti mill-eks Deputat Prim Ministru, Louis Grech. Matul l-istess perjodu se jintlaqgħu nomini għallkarigi kollha eletti tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, hekk kif mitluba mill- istatut tal-istess partit. Dawn huma l-karigi ta' President, Viċi President, Segretarju Organizattiv u Segretarju Internazzjonali. Barra minn hekk, irid isir vot sigriet ta' fiduċja fil-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, u fid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal- Partit, Chris Cardona, hekk kif mitlub mill-istatut tal-Partit. Il-votazzjonijiet se jsiru waqt Konferenza Ġenerali Straordinarja li se tibda titlaqqa' l-Ħamis, 13 ta' Lulju, fejn se jkun hemm diskors mill-Prim Ministru, li mistenni jniedi l-prijoritajiet ta' ħidma tal-Gvern Ġdid għall-ewwel parti ta' din it-tieni leġiżlatura. Il-votazzjonijiet kollha għal dawn il-ħatriet se jkunu qed isiru dakinhar u l-għada, il-Ġimgħa, 14 ta' Lulju. F'każ li jkun hemm aktar minn 2 kandidati għall-ħatra ta' Deputat Mexxej għall- Affarijiet tal-Parlament, u ħadd mill- kandidati ma jikseb 50%+1 tal-voti validi mitfugħa, issir votazzjoni oħra bejn iż-żewġ kandidati li jkunu kisbu l-ogħla numru ta' voti l-għada s-Sibt, 15 ta' Lulju. Agatha Barbara flimkien mal-eks Ministru Laburist Danny Micallef u l-Viċi Kap u Viċi PM Guido De Marco Joe Brincat, Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit (1998-2003) 'L-Ewropej faħħruna għal kemm konna tajbin fil-Presidenza' – Helena Dalli John Busuttil minn Strasburgu ILMINISTRU Helena Dalli nbidlilha l-portfolio tagħha li bis-saħħa t'hekk se tkun hi li tagħlaq il-Presidenza. Il-Ministru għall-affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza kienet diġà involuta f 'diversi laqgħat f 'din il-Presidenza bil-ministeru vast li kellha qabel, għalhekk diġà taf ħafna dwar il- Presidenza fl-Ewropa. "Mis-settur tiegħi konna involuti f 'ħafna affarijiet u kont kuntent li nhar l-Erbgħa stess l-Unjoni Ewropea ffirmat l-konvenzjoni ta' Istanbul, xi ħaġa li mbuttajna aħna. Kellna l-kwistjoni tal-posting of workers li konna mexjin sew iżda għandna xi diffikultajiet u issa se jkollna mmexxu verżjoni 'watered down' ħabba dak li ġara fi Franza u tlifna l-momentum ta' dak li konna qed naħdmu għalih. Iżda hemm bosta files li ġew magħluqa, kuntenta b'li sar f 'din il-Presidenza. Ilħaqna ftehim favur il- konsumatur u anke s-CPC li mexxejna 'l quddiem. "Kuntenta wkoll li se nkun jien li nagħlaq il-Presidenza għax għamilna biċċa xogħol tajba u rrid nieħu din l-opportunità biex nirrnigrazzjakom kollha, lil kulmin kien involut f 'din il-Presidenza, sew dawk li ħadmu kif ukoll dawk li wasslu din il-ħidma għand il-poplu." Bla dubju li hu fattur pożittiv li l-gazzetta ILLUM ġiet apprezzata li għal dawn l-aħħar sitt xhur kienet preżenti fi Brussell twassal dak kollu li kien qed isir mill-Presidenza Maltija u mill- ħaddiema f 'diversi oqsma fi Brussell. "Minkejja li aħna pajjiż żgħir mexxejna b'effiċjenza u r-reazzjonijiet li qed ikolli hawn hi li qed jgħidulna prosit u kemm konna tajbin;" temmet il-Ministru Dalli. L-ILLUM staqsejnieha kif ħaditha li ma kinitx preżenti fil-Gay Pride Parade li saret fi Brussell waqt il-Kampanja elettorali meta kienet hi li ħadmet biex għall-ewwel darba l-Presidenza Maltija ħadet sehem f 'din il-parata speċjalment li Malta kemm ilha Ministru hi akkwistat l-ewwel pożizzjoni mill-pajjiżi Ewropej kollha fejn jidħlu libertajiet ċivili. Il-ministru kienet ukoll se tattendi għal din il-parata fejn attendew għaliha 80,000 persuna iżda minħabba l-kampanja elettorali kellha tibqa' Malta. "Iddispjċini li ma stajtx nattendi għax kont qed inħares lejha b'ottimiżmu fejn vera xtaqt inkun preżenti. Iżda d-dover tiegħi did-darba kien Malta u mhux hawn. Gay Pride parades se jkun hawn ħafna u żgur li se nerġa' nkun mistiedna iżda elezzjoni tiġi darba kull ħames snin u nemmen li għamilt għażla tajba li nibqa' Malta, għax personalment kelli suċċess fejn żidt il-voti u tlajt minn żewġ distretti. Naħseb li kieku ġejt il-parata fi Brussell stajt nitlef distrett minnhom;" temmet il-Ministru Dalli b'daħka simpatika.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 June 2017