Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708
Aħbarijiet 14 illum | Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 º 'Erġajt ġejt elett għax il-poplu ma kellux għażla Fabio De Masi lil Joseph Muscat fil-Parlament Ewropew, jiddiskuti l-Panama Papers... 46 membru preżenti minn 751 MATUL din il-ġimgħa fi Strasburgu fil-plenarja ġew diskussi l-Panama Papers. Suġġett li tant ħoloq għagħa f 'pajjiżna fl-aħħar kampanja tal- elezzjoni Ġenerali iżda li donnu li fil-Parlament Ewropew mhux daqstant suġġett popolari. Għal din is-seduta plenarja kien hemm preżenti madwar 46 membru parlamentari minn 751 li suppost kienu hemm. Fosthom kien hemm 5 rappreżentanti Maltin, barra Therese Comodini Cachia li għażlet li tibqa' Malta u żewġ presidenti biss mill-partiti politiċi rappreżentati fil-Parlament Ewropew li kienu Manfred Webber tal-PPE, u Sergio Cappitta tal-S&D. Ikkumentaw b'kollox 35 membru. Għal din is-seduta miftuħa mill-Ministru Helena Dalli, kien preżenti l-Prim Ministru Malti Joseph Muscat li wara li fetaħ id-dibattitu, bl- elenku ta' kemm għamel il-gvern tiegħu fejn tidħol trasparenza, bħal fil-każ tal- liġi finanzjarja tal-partiti, il-fatt li jekk politiku jkollu każ ta' korruzzjoni jista' jiġi proċessat tul għomru kollu, l-att tal-whistle blower u li l-ġudikatura tiġi magħżula minn nies newtrali mill- politika partiġġjana. Iżda dan waħdu ma kienx biżżejjed għal dawk il-ftit membri preżenti li dehru li marru hemm b'aġenda speċifika biex jattakkaw lil Malta, il-kredibiltà tas- servizzi finanzjarji tagħha u lill-Prim Ministru Joseph Muscat, inklużi wkoll magħhom iż-żewġ membri Parlamentari Nazzjonalisti David Casa u Roberta Metsola. "Dwar l-MPE Nazzjonalisti, illum dawn ikkonfermaw li ma tgħallmu xejn kien rekord assolut tan-nies li rrifjutaw dan id-diskors imma ma smajna xejn ġdid mingħandhom" wieġeb il-Prim Ministru wara s-seduta waqt li kien qed ikellem lill-ġurnalisti u b'referenza għar-riżultat tal- elezzjoni. L-interventi ta' Casa u Metsola kienu xi ftit differenti minn xulxin u għalkemm huma affermaw li għandhom għal qalbhom l-isem ta' Malta, David Casa kompla jattakka lill-Prim Ministru Malti, għax skontu issa għandu ċans ieħor biex ma jkunx gvern "favur il-korrotti." Casa spiċċa bil-kliem , "ara fiex ġibt lil pajjiżna." Roberta Metsola min-naħa l-oħra semmiet id-diversi inkjesti li qed isiru f 'Malta maħtura mill-Gvern. Qalet li hi se tibqa' tara li l-pajjiż ikun nadif iżda se tibqa' tiddefendi lil Malta kontra dawk li jsibu kull skuża bħal din tal-Panama 'biex ikissru s-servizzi finanzjarji f 'Malta li huma tant sodi.' Min-naħa ta' Miriam Dalli, Alfred Sant u Marlene Mizzi kellhom diskors iebes kontra l-MPE Maltin u l-'ħbieb tagħhom' li kienu preżenti li kellhom aġenda partiġġjana, 'jiġifieri li jagħmlu d-deni lil pajjiżna,' qalet Marlene Mizzi. Filwaqt li Dalli qalet li l-PN fil-kampanja elettorali għamilha ta' prosekutur, ġudikant u li kien għalih tefa' lil kulħadd il-ħabs b'allegazzjonijiet bla bażi, Sant semma' l-prosperità u t-tkabbir tal-ekonomija ta' Malta taħt il-gvern ta' Joseph Muscat. L-attakki fuq Muscat u Malta ngħataw in-nar mill-president tal-PPE Manfred Webber li agwura lill-Prim Ministru Malti għar-rebħa elettorali meta ffaċċja kompetizzjoni iebsa (ma nafx jekk kienx jaf eżatt ir-riżultat aħħari għax bħal speċi ta indikazzjoni li kienet xi rebħa 'photo finish'). Lil Muscat fakkru wkoll fil-fatt li fil-passat kien kontra d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. "Irbaħt l-elezzjoni iżda għad hemm ħafna mistoqsijiet," sostna Webber. John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt "Jien iddefendejt isem Malta u la kont aggressiv u lanqas pastaż" - Joseph Muscat