Illum previous editions

illum 18 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 Opinjoni 16 F adal inqas minn ħmistax sal-ġurnata li fiha pajjiżna se jgħaddi t-tmun tal- Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea lill-Estonia. Inħares lura lejn is-sitt xhur li għaddew u ġenwinament u bl-iktar mod qawwi ngħid li l-Presidenza kienet suċċess enormi. Sa nhar il-Ġimgħa stess iltqajt ma' uffiċjali għoljin kemm mill-Unjoni Ewropea u kemm barra l-kontinent li qaluli li pajjiżna ssorprenda lil kulħadd għall-mod tajjeb immens li bih mexxa l-Kunsill tal-Ministri. Konvint li bil- ħidma tagħna isem pajjiżna mar 'il quddiem u kiber ħafna. Personalment kelli l-unur li mmexxi żewġ Kunsilli tal-Ministri – wieħed tal- Ġustizzja u l-ieħor tal-Kultura. Fil-kamp tal-Ġustizzja kellna ħafna xogħol x'nagħmlu li wettaqnieh tajjeb ħafna kemm fil-kamp kriminali u kemm fil-kamp ċivili. Biżżejjed wieħed isemmi l-progress li sar fejn tidħol il-liġi ġdida Ewropea dwar kuntratti diġitali u t-twelid tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew wara tant snin ta' stennija biex insemmi eżempju wieħed miż-żewġ branki ewlenin tal-liġi. Il-Kunsill tal-Kultura, kuntrarjament għal kif jistgħu jaħsbu ħafna nies, ukoll kellu l-isfidi iebsin tiegħu, mhux l-inqas fejn tidħol id-Direttiva l-ġdida dwar is-Servizzi Awdjoviżivi fejn hemmhekk irnexxielna nwasslu lill-Kunsill – wara votazzjoni – fuq pożizzjoni waħda komuni bejn il- Ministri tal-Unjoni Ewropea kollha. Din id-direttiva se jkollha l-għan li ddaħħal element ta' regolamentazzjoni fejn tidħol il-media online bħal, pereżempju, biex tiġi miġġielda l-hate speech u sabiex il-films Ewropej jingħataw għajnuna u opportunità. Dan biex ma nsemmux il-mijiet ta' konferenzi kemm Malta u kemm fl-Ewropa li l-esperti tagħna attendew u ħarġu bl-unuri. Sintendi, "aħna tal-Kultura" kellna wkoll ir-responsabbiltà li nieħdu ħsieb il-programm kulturali tal-Presidenza fejn hemmhekk ukoll eċċellajna u wettaqna ħafna affarijiet sbieħ. Il-kunċert tal-ftuħ f 'Malta, dak fi Brussell, il- wirja fil-Bożar…kollha kienu programmi li taw pjattaforma sabiħa mmens u li fl-aħħar mill-aħħar għollew isem pajjiżna 'l fuq. Grazzi minn qalbi lill- ħaddiema kollha li kienu involuti f 'dan is-suċċess bla preċedent. L-Istati Uniti Bħala Chairperson tal- Kunsill tal-Ministri tal- Ġustizzja kelli wkoll ir- responsabbiltà li mmexxi, mil-lat tal-Ġustizzja, il-laqgħat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti f 'dan is-settur. Sieħbi Michael Farrugia ħa ħsieb il-parti tal- Affarijiet Interni. Peress li taħt il-Presidenza Slovakka ltqajna Washington, kien imiss li l-laqgħa sussegwenti ssir f 'Malta. Ħadt gost immens għalhekk li l-Ħamis u l-Ġimgħa nilqa' f 'pajjiżna lill-Avukat Ġenerali tal-Istati Uniti Jeff Sessions li fis-sistema Amerikana huwa essenzjalment il-Ministru tal-Ġustizzja. Mal-AG Sessions tkellimna kemm fuq livell tekniku sabiex insaħħu l-ħidma bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea u kemm fuq livell informali fejn stabbilixxejna rapport tajjeb immens. Jien kont diġà ħdimt mal-Avukat Ġenerali preċedenti, Loretta Lynch, li kont sibtha interlokotur onesta u ġenwina. L-Avukat Ġenerali Sessions huwa ġentlom u bniedem li jħobb kemm lil pajjiżu u kemm is-saltna tad-dritt. Anke mal- Kummissarji Ewropej Jourova, Avramopoulos u King rajt sinerġija tajba u li tawgura għal iktar ħidma fil-futur. Hemm ħafna sfidi li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jridu jegħlbu flimkien fis-settur tal- Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. Kburi li ż-żerriegħa għal ħidma aħjar fil-futur f 'dan is- settur mal-Amministrazzjoni Trump inżergħet f 'pajjiżna. Prim Ministru impekkabbli Jien s'issa rrakkontajt l-esperjenzi tiegħi mill- punto di vista tiegħi. Però sintendi l-qofol tas-suċċess tal-Presidenza Maltija huwa l-Prim Ministru nnifsu illi kien impekkabbli kull meta mar fil-Parlament Ewropew u fil-laqgħat li ħa ħsieb ħareġ bl-unuri. Għadu fuq fomm kulħadd is-summit li kellna f 'pajjiżna tal-Mexxejja Ewropej li kien suċċess mill- bidu sal-aħħar. Żgur li Malta ħierġa mill- Presidenza bl-unuri u tgawdi ħafna u ħafna iktar rispett minn qabel bdejna l-Presidenza. Ħsara lil Malta Għalhekk iktar ma toqgħod taħseb iktar tistona l-pożizzjoni inaċċettabbli li ħa l-Partit Nazzjonalista kontra pajjiżna fil-fora Ewropej. Sakemm id-dibattiti – sħan u mqanqlin kemm huma sħan u mqanqlin – isiru Malta ħadd ovvjament ma għandu oġġezzjoni. Iżda meta dawk id-dibattiti jmorru barra minn pajjiżna hemmhekk il-ħsara tkun qed issir lill-pajjiż u lil kull wieħed u waħda minna. Issir ħsara għal żewġ raġunijiet: l-ewwel nett mingħandu interess itina gambetta, pereżempju minħabba s-suċċess finanzjarju li qed ingawdu – se tinżillu għasel opportunità bħal din. It-tieni nett, f 'dinja fejn il-ġurnaliżmu huwa immedjat, ħafna drabi bbażat fuq dak li jattira sensazzjoni u jinfirex f 'sekonda, se tkun qisek qbadt imħadda, qattajtha u frixt il-ġewwieni tagħha mal-erbat irjieħ mingħajr wisq jimportak x'se jkun l-effett. Mela allura għandna Prim Ministru u Gvern sħiħ jaħdmu biex jimbottaw isem pajjiżna 'l quddiem. Imbagħad għandna Oppożizzjoni li biex tiskorja punti politiċi tagħmel ħsara lil pajjiżna. Mhux ta' b'xejn l-elettorat reġa' qal BARRA b'mod enfatiku lit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Jidher però li għadhom ma tgħallmu xejn … Therese Commodini Cachia M'għandekx idea kemm imlietni b'rabja d-deċiżjoni li ħadet Therese Commodini Cachia li wara li l-poplu tellagħha fil-Parlament Malti qalet li se tibqa' fil-Parlament Ewropew "wara li tkellmet mal-familja tagħha." Ma nafx jekk f 'dawn it-taħditiet kienx hemm paraguni bejn il-paga tal-MPE u l-paga ta' MP f 'Malta. Wara ftit għamlet u-turn u biddlet kollox – sintendi għax fehmet li b'hekk kienet se ttemm il-karriera politika tagħha għax ħadd ma ried jisma' iktar biha. Issa din Therese kienet waħda mill-klikka ta' ġewwa ta' Simon Busuttil li erħilha tgħajjat li aħna korrotti. Ma nafx, imma dan l-aġir ta' min ikkonsidra attivament li jagħti dahru lill-poplu wara li eleggih fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż għax barra hemm paga aħjar, ma tantx għandu riħa ta' ġiżimini. Awguri Nieħu l-okkażjoni li nawgura lill-missirijiet kollha f 'Jum il-Missier u liż-Żwieten kollha fl-okkażjoni tal-festa ta' Santa Katerina. OWEN BONNICI Għandna Prim Ministru u Gvern sħiħ jaħdmu biex jimbottaw isem pajjiżna 'l quddiem. Imbagħad għandna Oppożizzjoni li biex tiskorja punti politiċi tagħmel ħsara lil pajjiżna Presidenza suċċess

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 June 2017