Illum previous editions

illum 18 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 | illum Sports 27 minn Cristian Antony Muscat WAQT konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew fl-istabbiliment Eden Super Bowl f 'San Ġiljan, ingħataw l-aħħar dettalji rigward il-Malta Open tal-Bowling li nfetaħ nhar l-Erbgħa li għadda u jintemm propju llum il- Ħadd. Dan il-Kampjonat mifrux fuq ħamest ijiem qed jara madwar 100 ten- pen bowler jikkompetu għall-għotja finanzjarja minima garantita ta' €10,000 flimkien ma' vouchers mogħtija minn Casino Malta li jammontaw ukoll għal €10,000. Id-Direttur tal-Marketing tal-Eden Leisure Group Kate de Cesare inawgurat dan il-Kampjonat annwali nar l-Erbgħa stess eżattament qabel l-ewwel squad. Il-parteċipanti tal- Malta open ta' din is-sena jinsabu ġejjin minn xejn inqas minn 15-il pajjiż li huma l-Ingilterra, l-Isvezja, l-Irlanda, il-Belġju, id-Danimarka, Franza, in-Norveġja, l-Iżrael, l-Italja, il-Ġappun, il-Litwanja, l-Olanda, l-Isvizzera, Wales u Malta. Il-format ta' dan it-tournament beda permezz ta' rawnd ta' kwalifikazzjoni kompost minn 12-il partita, fejn 36 bowler ikkwalifikaw għall-istadji finali sussegwenti. L-aħħar erba' stadji finali se jkunu qed jintlagħbu llum il-Ħadd wara nofsinhar u se jkunu qed jiddeterminaw min se jkunu ż-żewġ bowlers li se jkunu qed jikkontestaw bejniethom il-finali tant mistennija li se tkun qed tintlagħab illum stess. L-edizzjoni tal-Malta Open ta' din is-sena qed tiġi organizzata b'kollaborazzjoni sħiħa mal-isponsors ewlenin Casino Malta u Simonds Farsons. L-ispettaturi huma mħeġġa li jattendu għal dan il-finali. SPORTSillum "Ninsab kuntenta ħafna bir-riżultat li ksibt l-Lit- wanja" - Amanda Zammit minn Cristian Antony Muscat NHAR is-Sibt 10 ta' Ġunju, il-mudella tal-isport Amanda Zammit ħalliet xtutna għal- Litwanja fejn hemmhekk ikkompetiet fid-WWF European championship fejn ikklassifikat fit-tieni post. Dan kien possibli għax rebħet l-klassi tal- Bikini u dik Overall fil-15 ta' Ottubru tal-2016 fin-NABBA WFF Malta li kienet organizzata mill-president ta' din l-assoċjazzjoni, Vince Balzan. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Amanda Zammit innifisha fejn tatna iktar dettalji rigward din l-esperjenza fil-Litwanja kif ukoll rigward il- preparamenti li hija kellha tagħmel biex tikseb suċċes f 'dawn il-Kampjonati. Hija qalet li: "Minn dakinhar li rbaħt il-Kompetizzjni tan-NABBA f 'Ottubru li għadda, jien komplejt nittrenja u żammejt dieta tajba u ħdimt aktar fuq 'shape' u 'condition'. Ġewwa l-Litwanja kkompetejt fil-kategorija ta' 'sports model' fejn ksibt it-tieni post wara li kont viċin ħafna tal-atleta Taljana li rebħet din il-klassi. Nirringrazzja lill- president Vince Balzan ta' din l-opportunità li tani u ma ninsiex lit-tliet persuni li għenu bis-sħiħ fit-taħriġ tiegħili huma Konrad Fenech , Keith Micallef u Clayton Micallef . Din kienet l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali tiegħi u ninsab kuntenta ħafna bir-riżultat li ksibt waqt li nħares lejn il- futur għal iżjed suċċessi li tant ili naħdem għalihom," temmet tgħid Amanda Zammit. Il-General Manager tal-Eden Super Bowl Renè Pace u l-assistent tiegħu Michael Gatt jindirizzaw lil dawk preżenti Kollox lest għall-finali tal-Malta Open 2017 tal-Bowling Amanda Zammit imkien mal-president tan-NABBA, Vince Balzan, l- Litwanja.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 June 2017