Illum previous editions

illum 18 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 | illum Sports 31 Uċjali mid-Dipartiment tar-Refereeing jat- tendu Refereeing Assistance Programme (RAP) Course Andrè Arciola imkien ma' Paul Caruana. FILĠIMGĦAT li għaddew, l-Assistent Direttur tar- Refereeing Andrè Arciola u l-Head tar-Recruitment & Retention Unit Paul Caruana, attendew il-FIFA / UEFA Referee Assistance Programme (RAP) Course ta' erbat ijiem f 'Vilnius, il-Litwanja. Is-suġġetti diskussi fil-kors kienu jinkludu: L-aħħar Interpretazzjoni tar-Regolamenti tal-Logħba; Kontroll waqt set pieces; Offside; Football tan-Nisa; u l-Metodu li bih għandhom jingħataw l-istruzzjonijiet waqt il-laqgħat. L-informazzjoni, l-aħħar materjal ta' tagħlim u metodi prattiċi ta' istruzzjoni li ġew ippreżentati mir-rappreżentanti tar-RAP kienu interessanti mhux biss għall-parteċipanti iżda wkoll biex jitwasslu lir-referee instructors, referee observers u referees fil-pajjiżi tagħhom rispettivi. Seba' nurseries jieħdu sehem fil-Proġett Elite Academy tal-MFA SEBA' nurseries tal-futbol lokali qegħdin jieħdu sehem fil- proġett pilota tal-Elite Academy immexxi miċ-Ċentru Tekniku tal-MFA. DIN l-inizjattiva ġiet imnedija minn Robert Gatt, id-Direttur Tekniku tal-MFA u l-istaff taċ- Ċentru Tekniku bl-approvazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA. Fil-bidu, 14-il nursery urew interess li jipparteċipaw f 'dan il-proġett iżda nofshom biss ġew ikkonfermati. Dawn kienu dawk li kellhom il-potenzjal li jirristrutturaw in-nursery tagħhom biex ikunu konformi ma' dak li hu meħtieġ. L-akkademji li ssodisfaw il- kriterji ta' dan il-proġett huma Balzan FC, Birkirkara FC, Ħamrun Spartans FC, Mosta FC, St Andrews FC, Sliema Wanderers FC u Valletta FC. Il-kriterji kienu jinkludu investiment finanzjarju akbar sabiex jgħollu l-livell tal- amministrazzjonitagħhom,biex jingaġġaw staff tekniku aktar kwalifikat, u wkoll biex itejbu l-livell ta' faċilitajiet ta' taħriġ. It-timijiet ta' taħt it-13, taħt il-15 u taħt is-17-ilsena ta' dawn in-nurseries kienu meħtieġa jżidu s-siegħat ta' taħriġ u jkollhom logħba darba fil-ġimgħa. Dawn l-iskwadri għandhom ikunu komposti minn mhux aktar minn 23 player, li jinkludu goalkeepers, u ratio ta' kowċ għal kull għaxar players. Is-seba' akkademji huma mitluba li jibgħatu l-programm ta' taħriġ u logħob fuq perjodu ta' xahar liċ- Ċentru Tekniku tal-MFA fil-bidu ta' kull xahar. Staff miċ-Ċentru Tekniku tal- MFA se jkun qed jagħmel żjarat mingħajr avviż lil dawn l-akkademji biex jivvalutaw is-sessjonijiet ta' taħriġ bħalma hu mfisser fil- programm ta' kull perjodu. "L-għan ewlieni tal-ewwel parti ta' dan il-proġett pilota m'huwiex li jinbena tim rebbieħ imma biex jiġi ristrutturat u jogħla l-livell minn dak preżenti ta' nursery lokali għal dak ta' akkademja," Robert Gatt, id- Direttur Tekniku tal-MFA, qal lis- sit elettroniku www.mfa.com.mt. "Il-proġett pilota miexi kif inhu mistenni u fl-aħħar tal-istaġun iċ- Ċentru Tekniku se jħejji rapport b'rakkomandazzjonijiet lill- Kumitat Eżekuttiv tal-MFA." Fost il-kriterji stabbiliti biex in-nurseries jipparteċipaw f 'dan il-proġett pilota jitlob livell ogħla hemm:amministraturkwalifikat mill-MFA; head coach kwalifikat bħala UEFA 'A' Youth Elite; kowċ UEFA 'A' u assistant coach UEFA 'B' ma' kull tim tal-U-13, U-15, U-17; kowċ tal-goalkeepers, physical coach u fiżjoterapista tal-akkademja u full-size pitches bil-faċilitajiet kollha. Uħud mill-parteċipanti li ħadu sehem waqt il-Proġett Pilota MFA Elite Academy. Ritartt - Joe Borg / MFA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 June 2017