Illum previous editions

illum 18 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 Sports 34 Kif għażilt l-isparar fost numru ta' sport ieħor? Minkejja li m'għandi lil ħadd dilettant ta' dan l-isport jew tal-kaċċa fil-familja tiegħi, dejjem kelli xi ħaġa ġewwa fija bħala xewqa li nagħmel xi sport differenti. Ta' tifel li kont, kont nipprattika l-futbol imma qatt ma kont nagħmlu b'qalbi, pjuttost kont immur bid-dwejjaq. Kont naf li l-futbol ma jgħoddx għalija. Iktar ma kbirt u bdejt naqra u ninteressa ruħi fl-armi aktar bdejt nitħajjar biex nibda l-isport tal-isparar, avolja ma kontx naf eżatt għalxiex kont dieħel. Ta' 12-il sena waqaft nipprattika l-futbol u flimkien ma' missieri bdejna nistaqsu u nfittxu fejn, kif u x'fatta hu l-isport tal-isparar eżatt. Sentejn wara, għaliex il-liġi hekk tirrikjedi, sparajt l-ewwel tir b'senter ta' 14-il sena. Minn dakinhar 'l hawn ma ħaristx lura. Irrakkontalna l-esperjenza indimentikabbli li kellek li rbaħt il-midalja tad-deheb waqt il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f 'San Marino? Għall-ewwel, meta sparajt l-aħħar żewġ tiri u n-nies bdew iċapċpu u jgħajtu, ma kontx konvint li rbaħt id- deheb. Jien kont tal-fehma li d-distakk bejni u ċ-Ċiprojott kien akbar imma meta ċ-Ċiprijott spara l-aħħar żewġ tiri u rajt lill-kowċ tiegħi, flimkien mal-kumplament tal-kontinġent Malti, ġejjin jiġru fuqi rrealizzajt li kont irbaħt. Irnexxieli nikseb it-tielet midalja tad- deheb għal Malta u rnexxieli nżomm id-dominanza Maltija fid-dixxiplina tad- Double Trap. Wara li ġew jerfgħawni, kważi kważi ma nafx kif se nsib kliem biex nispjega eżatt is-sodisfazzjon u pjaċir li ħassejt, però kont ferħan ħafna ħafna, speċjalment għall-fatt li kien hemm ukoll il-ġenituri preżenti hemmhekk. Hija xi ħaġa speċjali li tirbaħ u ġġib suċċess għal pajjiżek quddiem l-iktar nies importanti f 'ħajtek. Qatt kont tistenna li tirbaħ il-midalja tad-deheb f 'San Marino jew kienet sorpriża għalik? Qabel kif żvolgiet il-finali, kelli ħsieb kbir li jiena stajt nikseb midalja tal-fidda jew tad-deheb. Dan għaliex William u jien konna l-aħjar żewġ tiraturi biex nikkwaliffikaw fil-finali, u t-tnejn li aħna nafu li kellna livell biex naslu sal-aħħar tal-finali. Aħna konna beħsiebna li bejnietna nġibu kemm il-midalja tad-deheb kif ukoll tal-fidda. Però, kif inhuma r-regoli tal-finali, kull tiratur li jikkwalifika għall-finali jkollu l-istess skor mill-ġdid - b'hekk kulħadd ikun fuq l-istess livell. Meta William Chetcuti nqala' mill-finali, irrealizzajt li r-responsabbiltà li nwassal lil Malta għad- deheb kienet kollha fuqi. Qabel l-aħħar fażi tal-finali, iċ-Ċiprijott kien qed jispara tajjeb ferm u jien kont iddeċidejt li niġġieled biex nirbaħ il- fidda. Però, nistgħu ngħidu li d-deheb kienet kemm kemm ta' sopriza għalija fl-aħħar mill-aħħar. Dan għaliex jien kont minn taħt b'distakk ta' tliet plattini imma ċ-Ċiprijott donnu tfixkel fl-aħħar u rnexxieli ngħaddih u nirbaħ id-deheb. Int tispeċjalizza fid-double trap. Tina iktar dettalji rigward din id-dixxiplina u x'differenza tgħaddi bejn din u kategoriji oħra ta' sparar fosthom it- trap u l-iskeet? Fl-isport tal-isparar, hemm ħafna dixxiplini, skont jekk jinvolvux snieter, plattini, rifles, static targets eċċ. Fl- isparar tal-plattini, hemm tliet dixxiplini li huma magħrufin, u dawn huma li semmejt int - Trap, Double Trap u Skeet. Fit-trap, it-tiratur għandu plattina waħda x'jolqot. Din il-plattina toħroġ minn magna li tkun tinsab 15-il metru quddiem it-tiratur u toħroġ b'veloċità rapida, qegħdin ngħidu bejn 60 u 65 km fis-siegħa. Din il-plattina tvarja fid-direzzjoni, tista' toħroġ dritt, jew inklinata fuq ix-xellug u l-lemin. Fid- double trap, żewġ plattini jiġu mwaddbin f 'daqqa, imma dawn joħorġu b'velcoċità anqas, jogħlew aktar 'il fuq mill-art, u l-angolu tagħhom huwa aktar magħluq. Fl-iskeet, il-plattini ma joħorġux minn magni quddiem it-tiratur imma minn magna fuq ix-xellug u l-lemin, u dawn il-plattini joħorġu faċċata ta' xulxin. Fl-iskeet, id-distanzi huma iżgħar, però hija dixxiplina aktar veloċi. L-iskeet ukoll huwa kemmxejn uniku meta kkomparat mat-trap u d-double trap, għaliex is- senter ma jibdiex minn mal-ispallejn imma mill- qadd, allura hemm teknika speċifika kif trid terfa' u tispara f 'ħin qasir ħafna. Kif għenek u għadu jgħinek it-tiratur ewlieni Malti tad-double trap William Chetcuti? Peressli jien u William Chetcuti għandna l-istess kowċ, aħna nipprattikaw ħafna flimkien. Il-fatt li jiena nista' nispara frekwenti ma' tiratur tal-livell u l-klassi tiegħu, jgħinni ħafna għaliex inkun nista' nara u nitgħallem aktar għaliex qed nara t-teknika ta' tiratur stabbilit. William, kif ukoll seħibna Nathan Lee Xuereb, huma tiraturi fenomenali li bejniethom rebħu kull midalja possibbli, ħlief dik tal-Olimpjadi. Allura dejjem inħares lejhom bħala 'role- models' u bħala motivazzjoni biex nilħaq il-livell tagħhom u biex forsi nilħaq l-istess livell ta' suċċess tagħhom. William dejjem lest biex jgħin u jagħti pariri u nitgħallmu ħafna minn xulxin kemm meta nirbħu u anki meta nitilfu wkoll. Il-fatt li jien naf li hemm l-aqwa tiraturi maġenbi meta nkun qiegħed nipprattika, tagħtini dik il-motivazzjoni u kuraġġ biex nilħaqhom. X'tikkummenta fuq ix-shooting range tal-Bidnija? Din kif tikkumapra ma' shooting ranges li nsibu barra minnMalta fosthom dik li użajt f 'San Marino? Bħala post, inqisu bħala t-tieni dar tiegħi għaliex dejjem insib appoġġ u ħbiberija minn hemmhekk. Is-sens ta' federazzjoni tinħass sew u tispikka. Bħala range biex nipprattikaw u nisparaw fih, jista' jkun aħjar. U dan mhuwiex għaliex ir-ranges huma ħżiena, imma iktar għaliex fejn huma lokati. Ir-ranges tal-Bidnija huma misjubin eżatt fuq wied. Dan ifisser li l-plattini jiġu afftewati ħafna mill-klima tal-ġurnata. Meta tkun ġurnata bir-riħ, inbatu ferm għaliex ir-riħ jiġi minn taħt il-wied u jbiddel ir-rotta tal-plattini, ġieli tant li jkun impossibli biex tilħaq ċertu skor. Kif ukoll, peressli qegħdin nisparaw fuq wied, il-frak tal- plattini u ċ-ċomb jinżel għal ġol-wied, u dan mhuwiex l-aktar mod sostennibli għall-ambjent. B'kuntrast għar-ranges barranin, bħal dak f 'San Marino, ir- ranges huma mdawrin b'xibka għolja u wieqfa. Din ix-xibka qiegħda f 'forma ta' rampa fejn tilqa' ċ-ċomb, frak tal-plattini u wkoll twaqqaf ir-riħ milli jaffetwa ħafna l-plattini. Kif ukoll nistgħu ngħidu li din ir-rampa tnaqqas ftit il-ħoss tas- snieter. Taħseb li hemm bżonn li din tiġi mmodernizzata? Iva, naħseb li hemm bżonn li din ir-range tiġi mmodernizzata, kieku kienet possibli. Hemm tibdiliet li jistgħu jsiru biex ir-range tiġi mmodernizzata, però naħseb li hija kważi impossibli li ċerti affarijiet bħax-xibka, tista' tiġi implimentata fir-range tal-Bidnija minħabba l-fatt li qiegħda mibnija fuq tarf ta' wied. Taħseb li hemm bżonn li jinbnew iktar shooting ranges f ''Malta? Iva, naħseb li hemm bżonn li tinbena range kbira li tista' tilqa' u tkun sit ta' ħafna dixxiplini tal-isparar, speċifikament kif qed jipproponi l-Gvern li jsir ġewwa Ta' Kandja. Dan għaliex range modern ikun jista' jiġbor u jattira ħafna aktar nies għal dan l-isport, għaliex ħafna mir-ranges li hawn ġewwa Malta huma f 'postijiet imwarrbin. 'Hija xi ħaġa speċjali li tirbaħ Cristian Antony Muscat Gianluca Chetcuti - tiratur żagħżugħ li għad għandu biss 19-il sena, iżda li bla dubju kien ir-rivelazzjoni pożittiva waqt il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f'San Marino hekk kif rebaħ midalja tad-deheb storika għal Malta d-Double Trap. "Nistgħu ngħidu li d-deheb kienet kemm kemm ta' sopriza għalija fl- aħħar mill-aħħar. Dan għaliex jien kont minn taħt b'distakk ta' tliet plattini imma ċ-Ċiprijott donnu tfixkel fl- aħħar u rnexxieli ngħaddih u nirbaħ id-deheb."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 June 2017