Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708
illum | Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 Aħbarijiet TLABTNA NELIMINAW RESTRIZZJONIJIET FUQ ONLINE SUBSCRIPTIONS WETTAQNA DAK LI XTAQT Inpoġġuk fil-qalba tal-Ewropa L-istrateġija tagħna tas-suq uniku diġitali tiżgura li mill-2018 ser tkun tista' tara u tisma' l-kontenut online favorit tiegħek fl-UE kollha, bħalkieku qiegħed id-dar. 10,000 żjara fid- djar tal-pazjenti minn Urology Outreach MINN meta beda s-servizz ta' Urology Outreach f 'dawn l-aħħar snin, fil-komunità saru 10,000 vista fid-djar, ħabbar il-Ministru għas- Saħħa Chris Fearne lbieraħ waqt żjara għand pazjent li jibbenifika minn dan is- servizz. Il-programm ta' outreach jittratta persuni bi problemi ta' mobbiltà jew problemi relatati mal-uroloġija, u fosthom hemm pazjenti li għandhom catheter li jkun jeħtieġ jitnaddaf. "Dan hu wieħed mis- servizzi li noffru fid-djar tal- pazjenti tagħna li qed ikun ta' benefiċċju kbir kemm għall- pazjent kif ukoll għall-qasam tas-saħħa. Għall-pazjent dawn is-servizzi jfissru inqas skariġġ u inqas riskji. Min-naħa l-oħra hu servizz li qed iwassal biex inqas nies jirrikorru l-isptar, ma jitilfux appuntamenti, u b'hekk jonqsu l-kumplikazzjonijiet għall-pazjent," spjega l-Ministru Chris Fearne. Il-Ministru għas-Saħħa żied jgħid li minbarra Urology Outreach hemm servizzi simili fil-qasam tal- ortopedija, u servizzi fid-djar minn midwives, kif ukoll home antibiotic outreach għal dawk il-pazjenti li qabel kienu jiddaħħlu l-isptar għal għadd ta' ġimgħat biex jingħataw injezzjoni ta' antibiotics. Frans Farrugia – pazjent li llum għandu diżabilità fiżika wara inċident tat-traffiku – qal li dan is-servizz għamillu differenza għax qed jinqeda fi kwarta fil-kumdità ta' daru. "Jien qattajt tmien xhur u nofs l-isptar, nitwerwer nersaq 'l hemm, u meta jiġu jimmedikawni hawn narahom anġli. Il-kelma ta' faraġ li jgħidu ttellagħni s-sema," qal is-Sur Farrugia. Il-Ministru Chris Fearne rringrazzja lill-infermier Kevin Holmes li jmexxi dan il-programm u lit-tim tiegħu għax-xogħol u għad- dedikazzjoni tagħhom. Żieda ta' 24% fit- turisti li ġew pajjiżna fl-ewwel tliet xhur tal-2017 Lukandi ta' 5 stilel jirduppjaw il-qligħ għal kull kamra LEWWEL tliet xhur tas-sena 2017 raw żieda kbira ħafna fin-numru ta' turisti li ġew pajjiżna. Fil-fatt ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru illi fix-xhur meqjusin bħala kwieti f 'dan il-qasam iż-żieda fit-turisti li żaru pajjiżna kienet ta' 24%, meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2016. L-istudju li sar minn Deloitte għall-Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA) juri illi kien hemm żidiet fl-okkupanza fil-kategorija kollha ta' lukandi, bl-akbar żiediet rreġistrati f 'lukandi ta' 4 stilel b'12.3%. Minkejja dan lukandi ta' 4 stilel kienu l-uniċi li raw tnaqqis fir-rata mitluba għall-kmamar tal-lukandi bi tnaqqis ta' 0.7%. Il-lukandi ta' 5 stilel żiedu r-rata b'12% filwaqt li lukandi ta' 3 stilel żieduha b'11%. Id-dħul totali għal kull kamra żdiedet f 'kull kategorija ta' lukandi bil-lukandi ta' 5 stilel u 4 stilel, jaraw żieda ta' 14.1% u 9.7% rispettivament. Il-lukandi ta' 5 stilel raw il-profitt minn kull kamra jirdoppja biex b'hekk minn €815, fl-ewwel tliet xhur tas-sena dan żdied għal €1,684.