Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708
5 Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 | illum Aħbarijiet B'saħħtu imma qed jidhru l-ewwel xquq dan u taw l-ewwel rebħa b'distakk ta' 35,000 lill-PL immexxi issa minn Joseph Muscat. Il-PL se jkollu joqgħod attent biex sentejn oħra, fl-ewwel appuntament elettorali fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew meta l-PN mistenni jkun immexxi minn Kap ġdid, ma jiffaċċjax emoraġija mingħand dawk li ġimagħtejn ilu vvutaw PL, primarjament biex iżommu lil Busuttil u lill-PN fil-forma preżenti tiegħu 'l bogħod minn Kastilja. 4) - 'Jiena se nivvota lil Muscat għax wettaq dak li wiegħed' Minnha nnifisha din hija xi ħaġa pożittiva u dawk li vvutaw fuq din il-premessa probabilment laħqu l-eluf kbar. Għalhekk, ir-riżultat huwa ċertifikat pożittiv għall-Partit Laburista u Joseph Muscat, li huma aktar fdati biex imexxu lill-pajjiż fuq programm u pjan elettorali partikolari. Minkejja dan, il-manifest elettorali mniedi mill-PL fil- kampanja elettorali li għadha kif għaddiet huwa wieħed ambizzjuż ħafna. Tallinja card mingħajr ħlas għall-istudenti u l-pensjonanti kollha, WiFi b'xejn lill-istudenti kollha, child care filgħaxijiet, bonus żejjed lill-ħaddiema kollha, l-introduzzjoni lura tal-festi pubbliċi li jaqgħu fuq ġurnata fi tmiem il-ġimgħa, żieda fil-pensjoni u bosta oħrajn. Imbagħad hemm proġetti kbar u li se jfissru ħafna xogħol, ħafna flus u ħafna inkonvenjent...primarjament il-wegħda li jsiru t-toroq kollha ta' Malta f 'seba' snin, trasport tal- massa u l-mina bejn iż-żewġ gżejjer. Meta għamel dawn il-wegħdi kollha, uħud minnhom pjuttost spettakolari, il-PL u Muscat kienu qed jgħolli l-aspettattiva u l-fatt li, kif kien jistqarr Muscat stess, in-nies jemmnu li l-PL iwettaq il-wegħdi tiegħu l-apsettattiva illi dawn il-wegħdi se jimmaterjalizzaw hija akbar. Pożittiva? Dażgur. Imma meta l-aspettattiva tkun għolja ħafna, jikber ukoll ir-riskju li kwalunkwe ħaġa taħt dik l-aspettattiva se tkun riġettata. U l-istorja politika-soċjali riċenti wriet dejjem li l-akbar diżastri fi proġetti u f 'eżerċizzji ta' relazzjonijiet pubbliċi seħħew meta r-realtà ma laħqitx l-aspettattiva. Kif kien innota wieħed mill- artikolisti tal-gazzetta ILLUM Michael Grech l-ebda partit, lanqas il-PL, ma fassal manifest elettorali li jieħu inkwantu tibdil fir-rotta ekonomika ta' pajjiżna, forsi l-aktar minħabba xi kriżi minn barra. Jekk, allaħares qatt jiġri dan, jista' jkun li ċerti wegħdi ma jitwettqux għax ma jkunx għadu possibbli u l-Gvern jinqabad xi ftit jew wisq fuq sieq waħda. 5) – '...u le ħaqqu ċans ieħor' Kien hemm bosta votanti li ħassew, tajjeb jew ħażin, li Gvern Laburista u Joseph Muscat kellhom jingħataw ċans ieħor u li kien għadu kmieni wisq biex jitneħħa u jerġa' jitpoġġa minfloku l-PN, fil-Gvern. Dan huwa sentiment li l-PL jeħtieġ joqgħod attent minnu, għax huwa l-ewwel sinjal ta' xquq fil-'fortizza tal-fiduċja' fih. Huwa fatt li din id-darba kien hemm ħafna voti 'ħomor' li kienu xi ftit jew wisq riluttanti jew inqas ħerqana li jivvutaw PL milli fl-2013. Ħafna minn dan is-sentiment jorbot l-aktar mal-kwistjoni tal- governanza, nuqqas ta' trasparenza u l-intenzjonijiet li kien hemm min seta' kellu intenzjonijiet ħżiena. Dan ifisser li l-PM se jkollu joqgħod ħafna aktar attent u jkun ħafna aktar iebes fejn jara li hemm ċerta laxkezza, jew iktar minn hekk ksur sfaċċat tal-kodiċi tal-etika mill-Ministri tiegħu. Faċilment, settur ta' votanti li jista' jlaħħaq l-eluf jista' jabbanduna lill- PL jekk jara illi f 'din il-leġiżlatura qed iseħħu l-istess żbalji jew qed jerġgħu jirxoxtaw ċerta elementi ta' rgħiba. L-poplu dejjem dejqitu l-korruzzjoni u qatt ma vvota favuriha. Imma vvota kontriha biss meta kien hemm allaċċjament ċar mal-but