Illum previous editions

illum 18 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/838708

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017 | illum Aħbarijiet L-ILLUM titkellem ma' Andrew Aguis Muscat dwar l-Air Malta u l-qasam tat-turiżmu bħalissa LASSOĊJAZZJONI Maltija tal- Lukandi u Ristoranti (MHRA) ilha tisħaq li fir-rigward tal-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta, il-Gvern għandu jibda billi jħares lokalment u jara jisseħibx ma' investituri lokali sabiex tissalva u tibqa' f 'idejn il-Maltin. Fil-fatt, din kienet l-għajta prinċipali tal- President tal-Assoċjazzjoni Tony Zahra meta kien qed jindirizza konferenza lil-lukandiera dwar ir-riżultati turistiċi miksuba fl- ewwel kwart ta' din is-sena. Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal- MHRA, Andrew Agius Muscat, f 'kummenti li ta lil din il-gazzetta sostna li fir-rigward tal-Air Malta, "ħafna drabi, il-problemi nikkumplikawhom iktar milli huma." Sosta li huwa essenzjali li qabel kull ħaġa oħra tiġi mfassla l-viżjoni ta' fejn trid tmur l-Air Malta. "Ladarba nkunu nafu kif irridu neħduha, imbagħad għandna naħdmu kif se nilħqu dak l-għan. Mhux qed nitkellmu dwar xi linja tal-ajru ta' xi 200 ajruplan hawn, imma linja tal-ajru żgħira ħafna. Mhix xi ħaġa ta' barra minn hawn biex issolvi l-problema, u ħafna drabi l-problema tkun li nintilfu naħsbu fil-kuntest micro mingħajr ma naraw fejn irridu naslu," sostna Agius Muscat. Meta mistoqsi dwar kemm huwa fil-verità vijabbli u realment possibbli li l-imsieħeb strateġiku jkun investiment lokali, Andrew Agius Muscat qal kif l-interess f 'dan il-qasam huwa verament reali, b'nies javviċinawh u jesprimu l-interess li jinvestu fil-linja nazzjonali tal-ajru. "Kien hawn persuna li ġiet u avviċinatni u qaltli li lest li jinvesti fl-Air Malta. Iżda ovvjament, ħadd mhu se jdaħħal idejh fil-but u jitfa' l-flus bl-addoċċ, jiġifieri jrid ikun hemm is-serjetà u wieħed ikun jaf eżatt fejn irid jasal, iktar u iktar f 'qasam diffiċli bħal dak tal-avvjazzjoni," saħaq Agius Muscat. 'Jekk tagħlaq l-Air Malta, illum ma tinħassx mill- aspett turistiku' Agius Muscat tkellem dwar il-fatt li f 'dan l-istadju, m'hemmx għażla dwar l-Air Malta, għaliex jekk ma jsir xejn, ifisser li se jkun wasal il- falliment għall-kumpanija. Insista li jekk il-linja tal-ajru tasal f 'punt li tfalli u tagħlaq, l-effett ma jinħassx b'mod immedjat. "Jekk tagħlaq l-Air Malta, illum ma tinħassx mill-aspett turistiku, għaliex jidħlu linji oħrajn għaliex bħalissa għandna r-riħ fil-qala. Il-problema tkun jekk jinqala' xi ħaġa u l-privat jiddeċiedi li jitlaq. Imbagħad hemmhekk, x'se tagħmel Malta? Se tivvinta Air Malta ġdida dak iż-żmien? " jistaqsi Agius Muscat. Iżid jgħid li jeħtieġ li jkun hemm struttura li tkun kummerċjali biżżejjed biex tevita li tidħol fin- nases politiċi tas-servizz pubbliku, imma fl-istess waqt, ikun hemm element ta' kontroll li meta hemm bżonn, l-Air Malta tkun tista' ġġorr ir-responsabbiltajiet tagħha bħala linja nazzjonali. Dwar is-sitwazzjoni ta' ristrutturar, Agius Muscat jisħaq li s'issa saru ħafna eżerċizzji ta' ristrutturar iżda mhux ċar fejn wieħed irid jasal. "Issa hemm biżżejjed informazzjoni miġbura, biex niddiskutu x'inhi t-triq 'il quddiem. L-isfida hija kbira u trid tkun bravu, imma nies bravi hawn ħafna." 'Is-suċċess fit-turiżmu ma nistgħux nieħduh bħal skontat' Is-CEO tal-MHRA ddeskriva s-suċċess li ilu jikseb pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin bħala 'djamant li jeħtieġ inkomplu nnaddfu u nsebbħu'. Fil-fatt, l-aħħar figuri dwar it-turiżmu f 'Malta juru li fl-ewwel tliet xhur tas-sena biss, jiġifieri fix-xhur xitwin ta' Jannar, Frar u Marzu, kien hemm żieda ta' kważi kwart fuq l-ammont ta' turisti li ġew fl-ewwel kwart tal- 2016. Agius Muscat, minkejja dan is-suċċess tal-preżent iwissi sabiex dan ma jitteħidx bħal skontat. "Irridu nkomplu naħdmu biex intejbu dak li għandna, u naħdmu fost l-oħrajn fuq swieq ġodda." Iżid jgħid, li minkejja s-suċċess wieħed ma jistax jieqaf jaħdem u sempliċiment jifraħ b'dak li nkiseb s'issa u tieqaf hemm, iżda jeħtieġ li dak li jkun jerġa' joħloq lilu nnifsu mill-ġdid u jara kif jibqa' innovattiv. 'L-infrastruttura tibqa' problema kbira' Agius Muscat jitkellem dwar l-infrastruttura bħala problema ewlenija li jħabbtu wiċċhom magħha l-bosta persuni li jkollhom x'jaqsmu mal-qasam tat-turiżmu. Jispjega kif fil-fatt, meta wieħed jitkellem dwar infrastruttura jkun qed jinkludi kull aspett li wieħed jiġi bżonn sabiex minn post jirnexxielu jasal f 'post ieħor, kemm toroq, trasport pubbliku u servizzi. "Meta qed nitkellmu fuq l-infrastruttura, mhux qed ngħidu li terġa' tagħti ftit tarmak lill-wiċċ tat-triq, imma li terġa' toħloq mod ġdid li bih wieħed jivvjaġġa u l-aċċessibbiltà tas-servizz kollu," qal Agius Muscat. Proġetti ta' tisbieħ permezz tal-eko-kontribuzzjoni Meta kien qed jitkellem imbagħad dwar l-eko-kontribuzzjoni li turisti jħallsu lil hinn mir-rati tal-lukandi, Andrew Agius Muscat sostna li dawn il-flus se jkunu qed jintużaw sabiex isiru ċerti proġetti ta' tisbieħ. "Diġà bdejna bil-ħidma mal-Ministru sabiex nagħmlu proġetti ta' tisbieħ, u ntejbu ċertu pjazez u żoni, u anke ntejbu prodotti partikolari li diġà jeżistu mmirati għan-niċeċ turistiċi partikolari. Minbarra dan, għandna ideat u proġetti ġodda li qegħdin naħdmu fuqhom flimkien mal- Ministru," sostna l-Kap Eżekuttiv. Dan waqt li kompla jgħid li ma tistax tagħmel proġetti mingħajr ma jkollok viżjoni, għaliex finalment Malta kollha hi żona turistika waħda. Il-Kap Eżekuttiv tal-MHRA Andrew Agius Muscat "Mhix xi ħaġa ta' barra minn hawn biex issolvi l-problema, u ħafna drabi l-problema tkun li nintilfu naħsbu fil-kuntest micro mingħajr ma naraw fejn irridu naslu" Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt Ritratt: James Bianchi L-Air Malta: 'L-ebda investitur mhu se jdaħħal idejh fil-but u jitfa' l-flus bl-addoċċ'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 June 2017