Illum previous editions

illum 25 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 | illum Intervista 11 irid iżomm kuntatt dirett mal-grupp parlamentari kollu, għaldaqstant din il-gazzetta tistaqsi kif inhi r-relazzjoni tiegħu mal-bqija tad-deputati Laburisti. "Mal-grupp parlamentari kollu għandi relazzjoni tajba ħafna. Ovvjament, minħabba s-sistema elettorali tagħna, wieħed ikollu jiġġieled għall-istess grupp ta' voti fuq id-distrett tiegħu, allura f 'kull distrett ikun hemm ir-rivalitajiet, imma huma rivalitajiet purament elettorali u qatt ma marret lil hinn minn hekk. L-għada tal-elezzjoni, dawn ir-rivalitajiet ikunu spiċċaw," sostna Fearne. Mexxej tal-Partit? 'Għadu kmieni wisq biex nitkellmu fuq hekk' Il-Prim Ministru Joseph Muscat għamilha ċara żmien ilu li mhux se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss hekk kif se jkun qed jirtira mill-politika lokali. B'hekk, il-Partit Laburista, fi ftit snin se jkun qed jibda t-tfittxija tiegħu għall-kap il-ġdid, u għaldaqstant, din il-gazzetta tistaqsi lil Fearne jekk din hix kariga li tinteressah u jekk fil-fatt, il-kariga ta' deputat mexxej u deputat Prim Ministru hix biss il-pass ta' qabel ikun mexxej. Għal dawn il-kummenti, Fearne kien kawt u qal li l-kariga li tefa' n-nomina għaliha hi "iżolata minn kull kariga li jista' jkun hemm fil-futur." Jgħid kif wieħed irid jistenna u jara x'se jkun qed isir fil-futur għaliex, "jiena personalment se nibqa' nħeġġeġ lil Joseph biex jibqa' Prim Ministru, però dak ikun kuntest totalment separat." Jgħid dan filwaqt li jitfa' dubju jekk il-fatt li persuna tkun fil-kariga ta' deputat mexxej isservix ta' vantaġġ jew deterrent, għaliex il-votanti kapaċi jkunu jridu bidla kompleta. B'insistenza fuq il-mistoqsija dwar jekk tinteressahx il-kariga ta' mexxej tal-Partit, Fearne jgħid li għadu kmieni wisq biex jitkellem fuq hekk, waqt li insista li se jagħmel ħiltu biex lill-Prim Ministru jbiddillu fehemtu u jibqa' mexxej. Minn segretarju tal-banda tal-Partit għal Ministru, u forsi Deputat PM? Il-Ministru Fearne jirrakkonta l-bidu tiegħu fi ħdan il-Partit Laburista, għaliex minkejja li dik tal-2013 kienet l-ewwel elezzjoni ġenerali li kkontesta fiha, l-għeruq tiegħu fil-Partit imorru ferm lil hinn minn erba' snin ilu. Fil-fatt, Fearne jirrakkonta li l-ewwel involviment tiegħu fil-Partit Laburista kien meta kellu 14-il sena, meta minħabba restrizzjonijiet tal-Partit li ma kinux jippermettu żgħażagħ ta' inqas minn 16-il sena li jissieħbu membri, kellu jsib mezz ieħor ta' kif ikun involut. "Jien minn dejjem kont interessat fil-politika, u billi kelli nistenna sa 16-il sena biex insir membru, kont bdejt bħala segretarju u nieħu ħsieb il-minuti tal-banda tal-Partit meta kelli 14 jew 15-il sena," spjega Fearne, li kompla jgħid kif imbagħad ingħaqad fl-eżekuttiv tal-għaqda taż-żgħażagħ tal-Partit Laburista. Chris Fearne spjega kif meta daħal l-Università biex ikompli bl-istudji tiegħu ta' tabib, issieħeb fl-għaqda tal-istudenti Studenti Ħaddiema Progressivi Università, li iktar tard saret dik li llum nafuha bħala l-għaqda studenteska Pulse, u dan minbarra attiviżmu fl-għaqda tal- istudenti tal-mediċina u fil-KSU, li kien jinkludi diversi membri li llum għamlu isem għalihom innifishom bħal Ċensu Galea, Michael Frendo, Francis Zammit Dimech, Carmel Cacopardo u anke dak li llum huwa l-Arċisqof ta' Malta Charles J. Scicluna. Eventwalment, daħal fl-eżekuttiv tal- Partit Laburista wara li ġie lura Malta meta sar tabib tat-tfal u kompla bl- istudji tiegħu fl-Ingilterra. nistgħu nkunu l-Partit tal-Gvern' Jien qatt ma kont involut f 'xi allegazzjonijiet, fondati jew mhumiex, u din naħseb li hija xi ħaġa importanti anke fil-klima tal- lum " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 June 2017