Illum previous editions

illum 25 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 Intervista 12 Minn bankier għall-politiku W ara snin sħaħ l- politika Maltija fejn serva bħala ministru tal-nanzi, kummerċ u anke tal- ambjent, Leo Brincat sab sda oħra l-ħajja tiegħu meta nħatar bħala membru tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri l-Lussemburgu. Ħatra li kellha kemmxejn ta' triq iebsa iżda bħal dejjem Leo Brincat ħareġ minnha bl-unuri. Sena ilu Leo Brincat ta l-addio lill-politika Maltija u flimkien mal-familja ffaċċja din l-isfida Ewropea, "Il-mument li l-Prim Ministru nnominani għal din il- ħatra, b'għażla konxja kont naf li din il-ħatra hi waħda awtonoma 'l fuq mill-politika, żammejt lura milli ninvolvi ruħi mal-politika lokali, anke qabel bdew l-istess proċeduri. Kien hemm min staqsa għaliex żammejt lura fil-kampanja elettorali, jien għamilt dan b'obbligu u b'responsabbilità għall-impjieg tiegħi. Hemm min iqabbel xogħli ma' dak ta' Kummissarju Ewropew li jista' jintervjeni fuq ċerti kwistjonijiet. Li ftit jafu hu li dan jistgħu jagħmluh, imma aħna ma nistgħux. Aħna rridu nimxu daqs li kieku aħna mħallfin. L-eks ministru soċjalista qal li din il-ħatra kienet sfida għalih, "Kont nikteb regolarment fil-gazzetti u waqaft minnufih malli ġejt nominat. Dan il-fatt u li tinqata' min dawk li vvutawlek għal 34 sena, mill-kollegi tiegħek fil-kabinett u mill-parlament innifsu fejn kont ili nimmilita fih u ma kienx faċli bħal meta tfejt swiċċ. Iżda nzertajt li bħala persuna kapaċi nadatta ruħi malajr għal kull sitwazzjoni, bħalma adattajt biex minn bankier sirt politiku. Nistqarr li t-tranżizzjoni psikoloġika kienet aktar mgħaġġla minn dak li immaġinajt li se tkun. Jista' jkun li għen il-fatt li bdejt fil-kariga litteralment l-għada li ġejt approvat." Madanakollu stqarr li xorta baqa' jsegwi x-xena lokali b'mod silenzjuż. Leo Brincat qalilna wkoll li biex tkun fil-Qorti Ewropea tal- awdituri m'hemmx għalfejn tkun ġej mix-xena tal-awditjar kif jaħsbu ħafna, "ix-xogħol tekniku jagħmluh l-awdituri li jaħdmu mal- istituzzjoni. Tant li anke l-President tal-Qorti hu avukat u eks deputat parlamentari wkoll." Qal ukoll li hemmhekk mhux qed jirrapreżenta lil Malta iżda lil kull pajjiż. "Għalkemm 40% tal-membri ġejjin minn sfond politiku ħadd ma jista' jagħmel interventi politiċi għax aħna lkoll 'l fuq mill-politika matul it-terminu tagħna." Leo Brincat għalkemm illum jgħodd 67 sena, bla dubju jibgħat messaġġ pożittiv lil dawk li jaħsbu li mal-età tal-pensjoni għandhom jieqfu joħolmu, jaspiraw jew jaffaċċjaw sfidi ġodda. "Sfida ġdida tagħtini 'kick' immens. Għax anke meta kont ministru Malta filwaqt li kont nistenna l-break tas-sajf, kif immur xi vaganza u tintemm u jkolli xi ġimgħa d-dar b'idi fuq żaqqi kont niffrustra ruħi, allura llum li dħalt f 'qasam ġdid għalija nħossni li ħadt enerġija ġdida mill-ħajja." Leo Brincat dwar l-istituzzjoni li jaħdem fiha qal li hi waħda li tmexxi b'eżempju dak li tipprietka. Għax il-Qorti Ewropea tal-awdituri hi l-'watchdog' finanzjarju tal- istituzzjonijiet Ewropej biex tara li ma jinħlewx l-flus li jħallas il-poplu fit-taxxi u li jintefqu bil-għaqal. "Għalhekk aħna flok segretarjat top heavy għandna biss segretarjat ta' erbgħa min-nies kull membru. Miegħi għandi 'head of cabinet' li hu Malti u se jibda minn Settembru li ġej, żewġ tfajliet maltin, waħda attache' li hi awditur li ġejja mis- settur privat u l-oħra avukat bħala assistenta personali li kienet taħdem magħna bħala policy coordinator u għandi segretarja Ġermaniża li ilha hawn minn meta tela' l-ewwel delegat Malti li għandha esperjenza vasta fix-xogħol." Ħafna jaħsbu li Leo Brincat meta kien nominat bħala membru fil-Qorti tal-Awdituri fl-Ewropa kien xi rigal tax-xogħol li wettaq fil-Partit Laburista biex jgħix ħajja komda fejn jitħallas tajjeb u ma jagħmel xejn. "Li kieku l-kariga fiha nnifisha kienet xi ħaġa virtwali kont naqbel ma' dan li qed tgħid int. Iżda f 'dinja tal-lum fejn it-trasparenza, il-kontabbilità u l-effiċjenza huma importanti ħafna mhux il-każ. Għax iċ-ċittadin illum irid valur għal dak li qed jikontribwixxi bit-taxxi għalih. Ir-rwol tagħna sar wieħed importanti aktar minn qatt qabel għax l-Unjoni Ewropea llum tilfet ħafna mill-fiduċja taċ-ċittadin. Allura hu importanti li jkun hemm istituzzjonijiet bħal tagħna li jkunu viġilanti u anke jekk m'għandniex poteri eżekuttivi għandna l-istess 'nebħa' bħalma għandu l-awditur ġenerali f 'pajjiżna. Aħna nistgħu nagħtu rakkomondazzjonijiet lill- Kummissjoni Ewropea ghalkemm ma nistgħux nobbligawha. Iżda jekk il-kummissjoni tinjora dawn ir-rakkomondazzjonijiet tkun qed torbot mażżra m'għonqha u titlef il-kredibiltà tagħha." Brincat qal li l-qorti taħdem billi kull ħmistax jiltaqgħu t-28 membru minn kull pajjiż bħala Qorti, iżda mbagħad dawn huma maqsuma f 'ħames hekk imsejħin kmamar (chambers) fejn hu jifforma parti minn Chamber V – (Financing and Administering the Union) fejn huwa responsabbli mill-qasam tad-dħul tal-UE. Dan huwa chamber ġdid b'Leo Brincat jieħu ħsieb il-VAT, Il-qatla tiegħi anki l-btajjel li noqgħod idi fuq żaqqi ma nagħmel xejn, f 'dan ir-rwol nħossni li ħadt enerġija ġdida mill- ħajja Jekk l-istituzzjonijiet Ewropej se jibqgħu klabbs magħluqin hom infushom mhux se jnisslu duċja mill-popli " " " " John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Jimxi tliet kwarti kuljum qabel ix-xogħol u jħoss in-nuqqas taċ-ċinema

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 June 2017