Illum previous editions

illum 25 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 Opinjoni 16 I lbieraħ inawgurajna l-ftuħ tat-tlettax- il leġiżlatura. Din il-leġiżlatura se tkun kruċjali għas-suċċess ta' pajjiżna għaliex fiha se jitwettqu riformi li se jagħtu l-aqwa żmien għal pajjiżna. Il-Parlament huwa istituzzjoni importanti u b'saħħitha għaliex tiġbor fiha r-rappreżentanti li l-poplu jagħżel permezz tal-vot tiegħu fl-elezzjonijiet ġenerali. Huwa importanti wkoll għaliex għandu ċerti poteri - bħal pereżempju li jgħaddu l-liġijiet, li japprova jew ma japprovax in-nefqa tal- Gvern u li jagħti jew ma jagħtix fiduċja lill-Gvern. Waqt li l-maġġoranza fil-Parlament essenzjalment tagħti saħħa li wieħed imexxi 'l quddiem il-ħidma bla problemi, hemm ċerti poteri li tant huma delikati li jistgħu jintużaw biss jekk jaqblu żewġ terzi tal-Kamra. U terġa' l-maġġoranza ma taqax mis-sema u trid taħdem għaliha kuljum. M'għandix dubju li din it-tlettax-il leġiżlatura se tibqa' mniżżla fl-istorja bħala waħda li għamlet id-differenza fil-ħajja tal- Maltin u l-Għawdxin. L-għaqda hi kollox Il-leġiżlatura li għaddiet kienet sabiħa għaliex għamilna ħafna riformi. Però kienet kerha għax rajna oppożizzjoni negattiva, toġġezzjona fuq kollox u tikkritika kull werqa li taqa' mal-art. Ma rridx niftiehem ħażin. Jekk il-Gvern ħaqqu jiġi kkritikat, il-kritika għandha ssir. Iżda żgur ma għandniex naraw sitwazzjoni fejn l-arja tkun tqila l-ħin kollu, fejn lanqas il-livell bażiku ta' rispett bejn membri tal-Kamra ma jkun jista' jisseddaq. Jien ilħaqt leġiżlaturi taħt Lawrence Gonzi u nista' nikkonferma li l-Parlament kien ħafna u ħafna iktar pożittiv f 'termini ta' ħidma bejn iż-żewġ naħat. Ħadt gost però - biex inkun għidt kollox - li lbieraħ l-Oppożizzjoni vvotat favur in-nomina ta' Anglu Farrugia bħala Speaker. Dan hu sinjal tajjeb ta' maturità li jawgura għall- futur. Koalizzjoni ta' konfużjoni Fil-Parlament hemm żewġ deputati Nazzjonalisti li internament fil-partit Nazzjonalista għandhom partit għal rashom. Fil- Qorti bil-ġurament waħda minn dawn it-tnejn tgħid li hi deputata Nazzjonalista. Minuta wara toħroġ tgħid li hi deputata ta' partit ieħor. Ma nagħtix tort lil min jitħawwad. Fil-counting hall tkellimt ma' aġenti tal-Partit Nazzjonalista li xejn ma kienu ferħanin bl- arranġament li ntlaħaq. Id-domanda tiġi weħidha: hawn dan it-taħwid kollu u qegħdin fl-Oppożizzjoni. X'kienu jagħmlu kieku Simon Busuttil tela' fil- Gvern b'siġġu wieħed? Programm tal-Gvern Kien diskors meqjus u matur ħafna dak li qrat il-President Coleiro Preca fil-ftuħ tal-Parlament ilbieraħ. Fid-diskors kien hemm imfassal b'mod ċar il-ħidma tal-Gvern u l-miri prinċipali. Ħadt gost bl-enfasi li kien hemm fuq l-għaqda nazzjonali wara kampanja elettorali kkargata u diviżiva. L-għaqda hija kruċjali jekk irridu nwettqu u niksbu r-riżultati. Awguri Kelma żgħira t'awgurju lill-Ispeaker u l-istaff kollu tal-Parlament għax-xogħol kbir li jagħmlu u persważ li se jagħmlu fix-xhur u snin li ġejjin. OWEN BONNICI M'għandix dubju li din it-tlettax-il leġiżlatura se tibqa' mniżżla fl-istorja bħala waħda li għamlet id-differenza fil-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin Ħadt gost bl-enfasi li kien hemm fuq l-għaqda nazzjonali wara kampanja elettorali kkargata u diviżiva Leġiżlatura kruċjali Id-deputati li se jiffurmaw il-Kamra tar-Rappreżentanti tat-13-il leġiżlatura Ritratt: Omar Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 June 2017