Illum previous editions

illum 25 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Mal-ewwel nifsijiet tal-Leġiżlatura N har it-28 ta' Mejju 2017, eżattament ġimgħa qabel kien magħruf ir-riżultat tal- elezzjoni ġenerali, f 'editorjal speċjali din il-gazzetta kienet qalet hekk; "Wara li ċ-ċirimelli jkunu waqfu u l-emozzjoni tkun battiet nirrealizzaw li għad għandna min hu fqir, għad għandna kirjiet m'għola s-sema..." Ilbieraħ, mal-ftuħ tal- Parlament seħħet din ir-realizzazzjoni. Ir- realizzazzjoni li lil hinn mir-rebħiet, mid-distakki u l-imkatar u lil hinn miċ- ċelebrazzjonijiet, l-isfidi li kellna lbieraħ għadhom l-isfidi li għandna llum. Huwa ta' sodisfazzjon kbir li t-twemmin li ħaddan dan l-editorjal, u li tkellem dwaru għal darba, darbtejn, tlieta, żgur għall-aħħar sentejn, kien imnaqqax f 'dik il-parti indimentikabbli tad-diskors tal-President li rrifletta l-viżjoni ta' Gvern Laburista għall-ħames snin li ġejjin. "Jekk l-avvanz ekonomiku ma jintużax biex isaħħaħ it- tessut soċjali u jilħaq aktar nies, ftit li xejn ikun jiswa għall-pajjiż u għall-poplu tagħna," qalet il-President tar-Repubblika. U hekk hu, hekk għidna u hekk se nibqgħu ngħidu sakemm kulħadd ikun parteċipi mit- tkabbir ekonomiku qawwi li qed jesperjenza l-pajjiż. Għax fl-aħħar elezzjoni ma kinux biss dawk li kellhom in-negozju li sejjer tajjeb li vvutaw PL. Ma kinux biss dawk li raw titjib fid-dħul tagħhom u ameljorament fil-benessere tal-familja li vvutaw PL. Kienu wkoll ħafna minn dawk li ma kinux sejrin tajjeb, iżda li jħossu li l-aħjar prospetti għalihom u anke għal pajjiżhom jistgħu jsiru realtà bi Gvern li taħtu r-rota qed iddur. Taħt Gvern li qed jirrealizza li hemm problemi u li qed jiffaċċja l-istess problemi mingħajr wisq titubar. Huwa ta' sodisfazzjon li llum kulħadd donnu qed jaċċetta li Gvern għandu jkun hemm primarjament biex joħloq ambjent san illi fih jinħoloq ix-xogħol, imma hemm ukoll biex jgħin fejn u lil min għandu bżonn l-istess għajnuna. Issa huwa l-mument li Gvern Laburista jaqbad il-problema tal-housing mill-qrun u jattwa. Hemm il-fondi, hemm il-permessi biex jibda l-akbar proġett ta' housing soċjali; mela ejja ma naħlux iktar żmien. Ejja nattwaw dan il-proġett. Ejja noffru soljev lill-mijiet ta' familji li wħud minnhom qed jgħixu fil-faqar, fi proprjetajiet li kważi lanqas huma abitabbli. Ejja nqaċċtu kull forma ta' abbuż mis- suq tal-kirjiet privati u ejja naraw li l-inizjattivi favur min jixtieq jixtri l-ewwel proprjetà u ma jistax jidħlu fis-seħħ. Issa, b'ekonomija fost l-aqwa fl-Ewropa u bi Gvern b'maġġoranza straordinarja, huwa l-mument tal-ġustizzja soċjali. Issa huwa l-mument tal-prova għal mexxej politiku tal-akbar forza Soċjal-Demokratika f 'pajjiżna. ...Il-Partit Demokratiku Tajjeb jew ħażin, il- Partit Demokratiku daħal fil-Parlament. Minflok ninħlew iżżejjed fuq it-teknika ta' x'se jkunu jisimhom fil-Parlament, mhux aħjar nifhmu li eluf ta' nies b'mod effettiv u għall-ewwel darba fi snin, preferew jivvutaw lil partit li mhux intrinsikament PN jew PL? Tkellimna ħafna dwar għalfejn rebaħ Muscat u għalfejn tilef Busuttil. Imma wasal iż-żmien li naraw ukoll għalfejn mijiet ta' nies, probabbilment il-maġġoranza tagħhom Nazzjonalisti (anke din lanqas aħna ċerti minnha) ivvotaw lil xi ħadd ieħor, mhux il-partit 'tagħhom'? Marlene Farrugia, tista' tkun l-aktar persuna li ddejqek jew li tħoss illi m'għandhiex prinċipju. Il- punt huwa li xorta qiegħda fil-Parlament u jekk qed nisħqu għall-għaqda, jekk verament iridu l-għaqda l-PN u l-PL, iridu jingħaqdu maż-żewġ Farrugias. Għall-PL mhux se tkun faċli żgur. Inqas u inqas għall-attivisti. Imma min qal li l-għaqda u r-rikonċiljazzjoni huma faċli? Magħqudin għall- Ugwaljanza Din il-ġimgħa l-Parlament se jkun qed jiddiskuti Liġi li se tbiddel l-att dwar l-Unjoni Ċivili għal wieħed ta' żwieġ bejn persuni tal- istess sess. M'għandniex għalfejn infakkru, kif għamilna ħafna drabi minn dan l-editorjal, kemm id-drittijiet ċivili jibqgħu l-akbar kisba ta' Muscat u Gvern Laburista, imma dan ma jfissirx li ma nilqgħux b'mod mill-aktar pożittiv il-fatt li l-PN se jkun qed jivvota favur din il-Liġi. Lil hinn mill-battibekki politiċi, il-fatt li l-PN se jkun qed jivvota favur liġi li tagħti ugwaljanza lill-imħabba ta' persuni tal-istess sess tfisser illi fil- ġranet li ġejjin il-Parlament se jkun maqgħud għall- ugwaljanza. Qaqoċċa waħda fi spirtu ta' fehma u konoxxenza lejn il-fatt li dak li seħħ fl-2014 permezz tal-introduzzjoni tal-Unjoni Ċivili kien storiku u jeħtieġ ikun imsaħħaħ. Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 June 2017