Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480
Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 | illum 25 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Issa li se nibdew iż-żodijaku taħt l-istilla ta' Cancer din tista' tagħtik dik l-imħabba li tant verament tixtiq. Għalhekk bħalissa ara lil min verament tista' tafda b'ċertu kliem sabiex ma' din il-persuna tkun tista' tiftaħ qalbek dwar is-sitwazzjoni li bħalissa qed tinkwetak. Din is-sitwazzjoni li għaddejja minnha bħalissa taf tagħmlek xi ftit nervuża u tħossok taħt tensjoni però fi żmien ħmistax oħra ser toħroġ minnha. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li taħt dan iż-żodijaku se tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Libra Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Issa li se nibdew iż-żodijaku taħt l-istilla ta' Cancer agħraf biex ma titleg ebda ċans biex is-sitwazzjoni li trid tirranġa jew tirregola tasal għaliha allovalja hija diffiċli. Jekk tagħraf tikkumbatti dan hemm possibilità tajba li tilħaq dan l-għan. Mhix ser tkun sitwazzjoni faċli imma jekk tissielet terbaħ dak li tixtieq. Qatt m'għandek taqta' qalbek għax dan jista' jkun il-falliment tiegħek. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li taħt dan iż-żodijaku se tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Scorpio Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Issa li se nibdeew iż-żodijaku taħt l-istilla ta' Cancer, trid tibda tħejji l-pjan li int tant tixtieq twettaq. Dan il-pjan jista' jsir f 'dawn il-ħmistax li ġejjin imma int trid verament tħejji ruħek sew biex tagħti spinta biex isir dak li hemm bżonn. Għalhekk toqgħodx taħseb li b'ġebla waħda se tolqot żewġ għasafar għax jaf ma tolqot l-ebda għasfur. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt dan iż-żodijaku se tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Sagittarius Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Issa li se nibdew iż-żodijaku taħt l-istilla ta' Cancer, huwa l-mument li inti għandek tagħraf aktar x 'verament tixtieq kemm għalik u kemm għall-ħajja ta' madwarek. Issa trid tagħraf iżjed ir-responsabbilità li erfajt u trid turi kemm int matur għal dak li għaddej madwarek. Huwa għalhekk li bħalissa trid tara xi trid minn dak li għaddej madwarek. Tipprovax tieħu pariri m'għand xi ħbieb. Aħseb b'moħħok. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li taħt dan iż-żodijaku se tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Capricorn Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Issa li se nibdew iż-żodijaku taħt l-istilla ta' Cancer int ilek tħejji issa taf li wasal dak il- mument tat-twettiq. Mhix ser tkun faċli għalik speċjalment fid-dinja l-dida li int trid tidħol fiha b'karattru qawwi u determinat għax bħala Gemini taf li xejn mhu diffiċli. Inti magħruf li tegħleb kull sfida li ssib quddiemek u din ukoll ser tegħlibha. It-telgħa hi iebsa imma kif titlagħha ser tkun sodisfatt. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li taħt dan iż-żodijaku se tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Aquarius Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Issa li tinsab fiż-żodijaku tiegħek stess, dan ser jagħmlek aktar b'saħħtek u determinata milli kont f 'dawn l-aħħar. Issa f 'dawn il-ħmistax li ġejjin għandek impenji importanti wkoll minbarra l-istennija tal-aħbar li ilek xhur tistennieha. Però għal dan iż-żmien kollu li qattajt fuq ix- xwiek ma kienx għalxejn u din l-aħbar sejra tiftaħlek bosta toroq kemm fil-ħajja personali kif ukoll professjonali. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li taħt dan iż-żodijaku se tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Pisces Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Issa li se nibdew iż-żodijaku taħt l-istilla ta' Cancer se tagħraf aktar il-ħażin ta' adwarek u dan għalik ser ikun ta' gwadann biex turi li int bniedem ta' karattru. B'dak li int ser turi li int f 'dan il-mument se m'int se tkun qed titlef l-ebda kreddibilità. Se tkun qed tagħti twissija li int taf tadatta lilek innifsek quddiem kull sitwazzjoni miġjuba quddiemek. Kliem ta' xi wħud mhu se jċekken xejn f 'dak li inti se tagħmel. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id- deheb L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt dan iż-żodijaku se tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn LAries Leo huma magħrufin kemm huma nies umli Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Issa li se nibdew iż-żodijaku taħt l-istilla ta' Cancer, din għalik se tikkawża inċertezza kbira. Għalkemm din il-fażi taf iddum ftit madwarek sakemm inti tidħol fiż-żodijaku tiegħek, xorta waħda trid tagħmel l-almu tiegħek biex kemm tista' tilqa' għal dan u fl-istess waqt tnaqqas mit-toqol ta' din il-fażi. Jekk jirnexxilek tagħmel dan mill-bidu tal-istilla ta' Cancer, se tkun tista' tidderiġi lilek innifsek aħjar f 'dak li tagħmel u fejn l-aħjar tmur. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt dan iż-żodijaku se tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Taurus Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Issa li se nibdew iż-żodijaku taħt l-istilla ta' Cancer din se tkun iċ-ċavetta sabiex dak in- nuqqas li għandek mal-familja tkun tista' tagħtih lura u mhux għall-iskopijiet tiegħek. Agħraf ir-responsabbilità li qed iġġorr miegħek. La int għandek il-familja trid tagħraf terfa' din ir-responsabbilità ta' dak li hemm madwarek. Taħsibx biss fin- negattiv imma tal-inqas agħraf dak li tista' tagħmel biex tkun kapaċi tgħaqqad iżjed lil ta' madwarek. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li taħt dan iż-żodijaku se tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Gemini Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Issa li se nibdew iż-żodijaku taħt l-istilla ta' Cncer, trid tibda tegħleb il-ħakma tal-passat li għadha ddur miegħek u bħal qisha kalamita li tiġbed. Dan ukoll jista' jibda jkun ikkontrollat. Ma tagħmel xejn ħażin jekk tfittex parir mingħand persuna li tagħraf tiggwidak kontra dan in-negattiv tal-passat. Ma' dan int trid tibda tkun b'saħħtek biżżejjed biex temmen u tagħraf lilek innifsek u hekk tegħleb dan kollu u tibda tissaħħaħ aktar. Kulura favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li taħt dan iż-żodijaku se tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Cancer Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mill-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Issa li se nibdew iż-żodijaku taħt l-istilla ta' Cancer, peress li l-imħabba bħalissa qiegħda tiddomina l-maġġorparti ta' ħajtek, u dan għax qed tkun maqsuma bejn il-passat u l-preżent tiegħek. Dan min-naħa tiegħek qed ikun xi ftit ħażin. Kull persuna għandha l-karattru tagħha u jkun ħażin ħafna li tqabbel. Ħares biss 'il quddiem. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt dan iż-żodijaku se tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Leo Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Issa li se nibdew iż-żodijaku taħt l-istilla ta' Cancer, fejn għalkemm ilek taħseb u tħoss li aħjar tibdel id-dar, issa fil-fatt mhux il-mument li tagħmel dan. Agħraf sew fejn tixtieq tmur. Bħala Capricorn, il-kosta hi l-aktar post pożittiv għalik imma trid tara sew int xi trid u għala trid tagħmel dan il-pass. Għalhekk għalissa kompli aħseb sew għax għadu mhux il-mument għal dan. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt dan iż-żodijaku se tkun ta' ostaklu għalik ġejja minn Virgo Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom L-Oroskopju add 25 ta' Ġunju 2017 | PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon Il-Prinċep William, Lionel Messi, Tom Cruise, Sylvester Stallone, Angela Merkel, Nelson Mandela u l-Prinċipessa Diana. Avviż: klassijiet ta' meditazzjoni: kun af aktar kif bil-meditazzjoni tista' tkabbar lilek innifsek aktar. Għal aktar informazzjoni ċempel jew ibgħat sms fuq 99013600, aħseb kmieni għall-post. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Tlettax-il punt dwar l-istilla ta' Cancer: 1. Cancer huma magħrufin għall- burdata stabbli tagħhom 2. L-aktar jum pożittiv għall-istilla ta' Cancer huwa l-jum tat-Tlieta 3. L-aktar jum negattiv għall-istilla ta' Cancer huwa l-jum tal-Ġimgħa 4. L-aktar qamar kwinta ta' fortuna għall-istilla Cancer hu dak li jiġi f 'April 5. L-aktar New Moon ta' opportunità u mħabba għall-istilla Cancer hu dak li jigi f 'Settembru 6. Numri favoriti mal-istilla ta' Cancer huma: 7, 19 , 29 u 32 7. L-aktar xahar pożittiv għall-istilla ta' Cancer huwa Mejju 8. L-aktar xahar negattiv għall-istilla ta' Cancer huwa Frar 9. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar 10. L-aktar żmien ideali għall-istilla Cancer huwa Settembru 11. L-istilla ideali hi Gemini waqt l-istilla li għandek tevita hi Scorpio 12. Dawk li jitwieldu bejn is-7 u l-15 ta' Lujlu huma msejħa puri 13. L-aktar żmien romantiku għall-istilla Cancer huwa Diċembru Nies famużi li jaqgħu taħt l-istilla ta' Cancer: