Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480
Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 | illum Sports 29 Organizzat l-aħħar Kunsill tal-MFA għall-istaġun 2016/17 minn Cristian Antony Muscat WAQT konferenza stampa li saret fil- jiem li għaddew, eżattament fi tmiem l-aħħar Kunsill tal-MFA għall-istaġun 2016/17 ingħataw diversi dettalji rigward l-aħħar żviluppi mill-MFA. Dan sar mis-Segretarju Ġenerali tal- MFA, Dr Angelo Chetcuti kif ukoll mid-Direttur tal-Komunikazzjoni fi ħdan l-MFA, Kevin Azzopardi. Dr Angelo Chetcuti beda biex spjega li l-Istadium Nazzjonali se jkollu lounge apposta tat-trofej kif ukoll żona ta' ospitalità li se tkun qed tipprovdi lill-ispettaturi b'esperjenza ġdida waqt li jkunu qed isegeu l-football. Dan il- Lounge se jkun f 'Livell 2 tal-Millenium Stand, waqt li se jkun komplut b'bars tal-ogħla livell flimkien ma' skrins tat-televixin fejn membri tal-MFA u ospitanti tagħhom se jkunu jistgħu isegwu avvenimenti oħra sportivi f 'ambjent komdu u mill-isbaħ. L-ewwel membri ta' din il-lounge bi trofej ġodda se jkollhom bonus miżjud li jassiguraw biljett għal-logħba tant mistennija ta' nhar l-1 ta' Settembru li ġej bejn Malta u l-Ingilterra kif ukoll l-aħħar logħba li Malta se tilgħab fl- Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali valida mil-Logħob ta'Kwalifikazzjonigħat- Tazza tad-Dinja kontra l-Litwanja nhar il-5 ta' Ottubru. Fl-istess Kunsill, ingħata wkoll tagħrif rigward l-ewwel kors tal-UEFA Pro Coaching li ġie organizzat miċ-Ċentru Tekniku tal-MFA u li ġie fi tmiemu matul ix-xahar li għadda bid-19-il kandidat li huma temmew dan il-kors rigorużs ta' sentejn b'suċċess. Barra mnn hekk, 12-il coach ieħor akkwistaw iċ-ċertifikat tal-UEFA Elite Youth A wara li lestew kors ta' seba'xhur dejjem organizzat miċ-Ċentru Tekniku tal- MFA. Dr Angelo Chetcuti spjega kif dawn il-coaches ikkwalifikati ġew ippreżentati b'ċertifikati rispettivi matul attività soċjali organizzata fil-VVIP Lounge tal-Istadium Nazzjonali fil- jiem li għaddew. Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Dr Angelo Chetcuti spjega wkoll li l-poloz tal-Kampjonati tal-MFA għall-istaġun 2017/18 inklużi dawk tal-Premier se jkunu qed jittellgħu nhar it-3 ta' Lulju li ġej waqt li l-Laqgħha Ġenerali Annwali tal-MFA li ta' kull sena tkun waħda ferm mistennija hija skedata għall-15 ta' Lulju. Dr Chetcuti spjega wkoll lill-media preżenti li l-Gvern Ċentrali kien ippublika Avviż legali dwar il-Liġi tal-Kummerċjalizzazzjoni tal-Art fil-31 ta' Mejju li għadda, bil-moħħ ta' din il- Liġi ikun l-eks Segretarju Ġenerali tal- MFA u preżentament Integrity Officer tal-UEFA, Dr Chris Bonett. Permezz ta' din il-liġi ferm rikjesta minn bosta klabbs sportivi, huma se jkunu jistgħu japplikaw biex l-art li għandhom tiġi tagħhom b'ċens u tkun żviluppata biex tiġi utilizzata b'mod sportiv. Dr Chetcuti ħabbar ukoll li l-MFA għandha xejn inqas minn 14-il klabb li għandhom projbizzjoni minħabba flus dovuti lil xulxin jew lill-players partikolari. Dawn il-klabbs huma Gzira United, Naxxar Lions, Senglea Athletic, Mqabba, Qormi, Sirens, Vittoriosa Stars, Zebbug, Għargħur, Marsaxlokk, Siġġiewi, St Georges, Mellieħa u Msida St Joseph. Fil-Kunsill tal-bieraħ ukoll sar magħruf ukoll li bħal kif ġara eżattament sentejn ilu, Marsaxlokk qed jaffaċċjaw problema ta' konkorrenza baxxa ħafna fil-membri tal-Kumitat tagħhom u b'hekk qed jissugraw li ma jkunux f 'pożizzjoni li jorganizzaw il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħhom waqt li lanqas ikunu jistgħu jiffurmaw it-tim tagħhom. Madankollu, l-Avukat Chetcuti spjega li din il-ħaġa mistennija tiġi solvuta fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin. Tħabbar ukoll li Marsascala FC u Ta' Xbiex FC reġgħu applikaw biex jieħdu sehem fil-Kampjonat BOV tat-Tielet Diviżjoni. Dan wara li fl-istaġun li għadda huma spiċċaw fl-aħħar żewġ postijiet tal-Kampjonat. Ta' nota, fatt ieħor li ssemma' waqt il-Kunsill tal-MFA tal-bieraħ li kien dak li l-Kampjonat tan-Nisa ta' taħt is-17-il sena se jkun qed jintemm u minfloku se jkun qed jintlagħab biss il-Kampjonat ta' taħt id-19-il sena. Il-plejers li kienu jiffurmaw parti mit- timijiet ta' taħt is-17-il sena jistgħu issa jilagħbu fill-Kampjonat ta' taħt id-19-il sena. Waqt il-Kunsill tal-MFA, ġie deċiż ukoll li dawk il-plejers li qegħdin ma' klabb li għandu projbizzjoni u spiċċalhom il-kuntratt , ikollhom id-dritt li jiċċaqilqu ma' klabb ieħor b'mod immedjat. Dr Chetcuti spjega wkoll li l-plejer ta' Mosta, Victor Lucky Oseghale kien ġie sospiż għal ħames xhur minn kull attività sportiva wara li ammetta li kien għalkemm kien reġistrat bħala 'amateur', huwa xorta kien ħa pagamenti mill-klabb tiegħu u li kienu superjuri għal dawk stipulati mill-MFA. Intant, il-president tal-MFA, Norman Darmanin Demajo, temm dan il-Kunsill billi sellem lil dawk il-membri tal-Kunsill li peressli dan kien l-aħħar Kunsill tal-MFA għall- istaġun 2016/17, dan kien se jkun ukoll l-aħħar Kunsill għalihom. Fost dawn kien hemm Joe Borg ta' Hamrun Spartans u Paul Zammit ta' Melita, u li minflolkom il-klabbs rispettivi, iridu jsibu membri ġodda biex jeħdulhom posthom fil-Kamra tal-Kunsill sa mill- istaġun li ġej. Dr Angelo Chetcuti u Kevin Azzopardi jindirizzaw lil dawk preżenti