Illum previous editions

illum 25 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 Programm Operattiv I - Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali Rata ta' ko-finanzjament: 80% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 20% Fondi Nazzjonali Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna AVVIŻ – IL-V SEJĦA Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali L-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l- Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza (MEAE), tixtieq tħabbar li se tniedi sejħa għal proposti ta' proġetti minn Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern, entitajiet mis-Settur Pubbliku u Istituzzjonijiet Pubbliċi li jkunu konformi mal-prijoritajiet identifikati fl- istrateġija RIS3 u d-dokumentazzoni relattiva, kif ukoll taħt l-Ass Prijoritarju 1 u l-Prijorita' ta' Investiment elenkati hawn taħt. Is-sejħa se tagħlaq il-Ġimgħa 29 ta' Settembru 2017 f'nofsinhar. Ass Prijoritarju 1 – 'L-investiment fir-riċerka, fl-iżvilupp teknoloġiku u fl innovazzjoni' Prijorità ta' Investiment (PI) 1a – Żvilupp tal-infrastruttura ta' riċerka u innovazzjoni (R&I) u tal-kapaċità ta' żvilupp ta' eċċellenza fir-riċerka u innovazzjoni, u l-promozzjoni ta' ċentri ta' kompetenza, b'mod partikolari dawk ta' interess Ewropew. AVVIŻ – IS-VI SEJĦA Fond ta' Koeżjoni L-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta tixtieq tħabbar ukoll li se tniedi sejħa għal proposti ta' proġetti taħt l-Ass Prijoritarju 11 u l-Prijorita' ta' Investiment elenkati hawn taħt. Is-sejħa se tagħlaq il-Ġimgħa 29 ta' Settembru 2017 f'nofsinhar. Ass Prijoritarju 11 – 'L-investiment f'infrastruttura TEN-T' Prijorità ta' Investiment (PI) 7i - Tiġi appoġġata Żona Unika Ewropea tat-Trasport multimodali permezz ta' investiment fit-TEN-T. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni tal-proposti ta' proġetti, kif ukoll id- dokumentazzjoni ta' appoġġ inklużi n-noti ta' gwida dwar l-eliġibbiltà u n-noti ta' gwida, għal dawn iż- żewġ sejħiet se tkun disponibbli fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (taqsima PPCD). Applikanti prospettivi huma mħeġġa sabiex jirreferu għall-Programm Operattiv I disponibbli fuq l-istess sit u n-noti ta' gwida dwar l-eliġibbiltà sabiex jivverifikaw jekk il-proposti tagħhom humiex eliġibbli għall-finanzjament permezz ta' dawn is-sejħiet għal proposti ta' finanzjament. Qed jiġu organizzati sessjonijiet ta' informazzjoni għal applikanti prospettivi għaż-żewġ sejħiet. L- applikanti huma mistiedna jirreġistraw billi jimlew formola ta' reġistrazzjoni (disponibbli fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls - taqsima PPCD) sa nhar il-Ġimgħa 7 ta' Lulju 2017 f'nofsinhar. Id- dati u s-suġġetti huma dawn li ġejjin: Il-Ġimgħa 14 ta' Lulju 2017 (Ħarsa Ġenerali); il-Ġimgħa 21 ta' Lulju 2017 (FA/FFS/CBAs għall- Applikanti); it-Tnejn 24 ta' Lulju/it-Tlieta 25 ta' Lulju/l-Erbgħa 26 ta' Lulju 2017(Kif Tapplika Onlajn - Workshop); il-Ġimgħa 4 ta' Awwissu 2017 (Kif Tippjana Proposta ta' Proġett) Jistgħu jiġu organizzati sessjonijiet addizzjonali skont it-talbiet riċevuti. Aktar informazzjoni u mistoqsijiet ġeneriċi fuq dawn is-sejħiet u fuq il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 jistgħu jinkisbu minn fuq http://eufunds.gov.mt jew minn fuq l-email tal-PPCD għal sejħiet għal proposti 2014-2020: info.eufunds@gov.mt. Żewġ ftehim kollettiv: ħaddiema tal-GO u Gasco Energy ILGENERAL Workers' Union (GWU) iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall- ħaddiema tal-kumpanija GO. Ftehim, sostniet l-istess Union li żgur se jagħti sodisfazzjoni iktar lill- ħaddiema b'kundizzjonijiet li jilħaq l-aspirazzjonijiet tal- ħaddiema. Is-Segretarju tat-Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni tal-GWU David Darmanin stqarr li dan il-ftehim kollettiv wasal wara perjodu twil ta' negozjar. Huwa qal li jinsab sodisfatt li dan il-ftehim kollettiv ġie ffirmat u konkluż. Qal li hu ta' sodisfazzjon kbir kemm għalih u anke għall-Union il-fatt li dan il-ftehim, li kien ilu ma jiġi mġedded snin twal minħabba taqlib li kien hemm fil-kumpanija, irnexxielhom jikkonkluduh. Darmanin irringrazzja lix-shop stewards tal-kumpanija li ħadmu ħafna b'dedikazzjoni u b'lealtà u lill-membri li wrew il-fiduċja fil-GWU biex jiġi konkluż il- ftehim. Is-Segretarju Ġenerali tal- GWU Josef Bugeja faħħar ix-xogħol kbir li sar mis- Segretarju tat-Taqsima David Darmanin, mix-shop stewards u r-rappreżentanti kollha waqt in-negozjar tagħhom biex il-ħaddiema li jħossuhom parti mill-GO, ikomplu jikbru fl- istess kumpanija. Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-GO Attila Keszeg qal li f 'ġurnata hekk importanti xtaq jirringrazzja lix-shop stewards u lill-ħaddiema li ħadmu ħafna biex dan il-qbil, li ilu biex jiġġedded snin twal, issa huwa konkluż. Żied jgħid li l-kompetizzjoni qawwija ma' kumpaniji oħra li joffru l-istess servizzi bħall-GO titlob li min iħaddem jara li l-impjegati jkollhom l-aqwa kundizzjonijiet ta' xogħol biex ikunu jistgħu jagħtu servizz eċċellenti lill- klijenti tal-kumpanija. Intant il-GWU, iffirmat ftehim kollettiv ġdid ieħor għall-ħaddiema ta' Gasco Energy l-operatur ewlieni responsabbli mill-ħażna u l-mili tal-Liquified Petroleum Gas (LPG) f 'Malta. Grazzi għal dan il-ftehim kollettiv, il-ħaddiema se jibdew igawdu minn aktar titjib fil-kundizzjonijiet tal- impjieg u fil-pagi tagħhom. Il-ftehim kollettiv li jkopri t-tliet snin li ġejjin, huwa t-tieni wieħed tax-xorta tiegħu li ntlaħaq qbil fuqu bejn il-GWU u Gasco Energy. Is-Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija tal-GWU Rita Dimech qalet li dan il-ftehim juri l-apprezzament tal-management għall-ħidma mwettqa mill-ħaddiema tal-kumpanija: "Il-ħaddiema tul dawn l-aħħar snin urew li huma kapaċi li jilqgħu l-isfidi li jiġu quddiemhom u jaħdmu biex idawru dawn l-istess sfidi f 'suċċess għall-kumpanija." Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta' Gasco Energy Paul Agius Delicata qal li dan il-ftehim kollettiv kompla jibni fuq il-kundizzjonijiet tajba diġà eżistenti fil-ftehim preċedenti u qed jiggarantixxi li dawn il-kundizzjonijiet ikomplu jissaħħu għas-snin li ġejjin. Huwa rringrazzja lis-Segretarju tat-Taqsima Rita Dimech u lir-rappreżentanti tal-ħaddiema għall-mod kif tmexxew u saru n-negozjati. 80 student u studenta jiggradwaw wara li lestew il-programm Gem 16+ ILMINISTRU Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima attendew għaċ-ċerimonja ta' gradwazzjoni ta' Gem 16+. 80 student u studenta temmew programm ta' tagħlim intensiv b'suċċess b'79% minnhom b'xogħol kontinwu rikonoxxut f 'Livell 3 mill- MCAST, mill-ITS u mill-GRTU. Gem 16+ hu ċentru speċjalizzat fuq l-edukazzjoni u tnieda fis-sena 2015 bil-ħsieb li jgħin lil dawk l-istudenti li ma ġabux biżżejjed eżamijiet tas-SEC fis-suġġetti ewlenin. L-istudenti issa għandhom l-opportunità li jitħarrġu fil- programm intensiv fis-suġġetti ewlenin u jerġgħu jagħmlu l-eżamijiet bil-għan li jkomplu bl-istudji tagħhom f 'livell post-sekondarju jew bi skop ta' impjegabilità. Il-Ministru Bartolo u s-Segretarju Parlamentari Grima rringrazzjaw lill-edukaturi tax-xogħol tagħhom, filwaqt li tennew li dawn il-programmi jkompli jinċentivaw liż- żgħażagħ biex ikomplu fl-istudji tagħhom, anke f 'każijiet meta ma jintlaħaqx is-suċċess edukattiv mal-ewwel, għandna ngħinuhom ikomplu jistudjaw

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 June 2017