Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480
illum | Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 Aħbarijiet Is-sena 2018 intgħażlet bħala s-Sena Ewropea għall-Patrimonju Kulturali. Allokajna l-fondi biex niċċelebraw id-diversità u r-rikkezza kulturali tagħna ħalli noħolqu sens ta' identità Ewropea fina lkoll. TLABTNA NĦADDNU L-KULTURA U D-DIVERSITÀ WETTAQNA DAK LI XTAQT Inpoġġuk fil-qalba tal-Ewropa Gradwazzjoni għal gruppi ta' nies li għamlu l-akbar rebħa fuq id-droga ILPRESIDENT ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca ppresediet iċ-ċerimonja ta' gradwazzjoni tal-programm ta' riabilitazzjoni ta' San Blas, ikkordinat minn Caritas Malta. Il-President raddet ħajr lit-tim tal-Caritas, għax-xogħol u għad-dedikazzjoni tagħhom, u tal-ġid u ta' kemm il-ħajja salvaw, mhux biss il-ħajja tal- individwi, imma wkoll il-ħajja tal-familji ta' dawn l-individwi u l-ħajja tagħna lkoll bħala soċjetà. "Grazzi minn qalbi ta' dan il-ġid li qed tagħmlu fis-soċjetà Maltija," stqarret il- President. Meta indirizzat lill-istaff tal- Caritas, il-President qalet li kull ħajja li huma jsalvaw, kull ħajja li jroddu lura lill-familja u lill- komunità, "hija mhux biss ħajja mirbuħa, imma hija eżempju ħaj ta' xi tfisser meta tħalli l-imħabba taħdem fik." Il-President raddet ħajr ukoll lill-ġenituri tal-gradwati ta' din is-sena, u ta' qabilhom, li baqgħu jappoġġjaw lil uliedhom. Il-President appellat lill- awtoritajiet, "biex lil dawn l-għeżież gradwati tagħna llum, u ta' qabilhom, ikomplu jagħtuhom l-appoġġ li għandhom bżonn." Appellat ukoll, biex issa li se jibdew triqithom, jingħataw l-għajnuna li għandhom bżonn, biex jiksbu d-dinjità sħiħa tagħhom. Il-President qalet li filwaqt li huwa importanti li nirrikonoxxu t-tant u tant bidliet għall-aħjar li l-awtoritajiet diversi tagħna għamlu, fil-liġijiet u fil-policies matul is-snin biex nagħtu aktar support lil dawk li jirriabilitaw ruħhom mill-vizzju tad-droga, "jinħtieġ li ma niqfux hawn, iżda nkomplu ntejbu kemm il-liġijiet, kif ukoll il-policies tagħna, biex dawn l-għeżież ħutna u wliedna, jkunu f 'qagħda li jilqgħu għall-isfidi u r-realtajiet tal-ħajja." Bħala eżempju, il-President semmiet diffikultà kbira li ħafna jsibu meta jkollhom każijiet pendenti fil-Qorti wara li jkunu spiċċaw il-programm. Hawn, il-President appellat lill-awtoritajiet tagħna biex jindirizzaw din id-diffikultà, "għaliex għandna sitwazzjonijiet li wħud minn dawn ħutna u wliedna, wara li jkunu spiċċaw il-programm, jibqagħlhom każijiet pendenti għax il-Qorti ma titrattax il-każijiet flimkien, u wħud minnhom saħansitra anke jispiċċaw il-ħabs wara li jkunu rriabilitaw ruħhom fis- soċjetà." "Kwistjoni oħra li tinkwieta lil ħafna minn dawn ħutna u wliedna," kompliet tgħid il- President, "hija d-diffikultà ta' fejn se jmorru joqogħdu malli joħorġu mill-programm. Ħafna minnhom ma jkollhomx fejn jgħixu. Lanqas mezzi finanzjarji biżżejjed biex ifendu għal rashom ma jkollhom." Għaldaqstant, il-President Coleiro Preca appellat, biex dawn in-nies jingħataw l-attenzjoni urġenti, biex malli jlestu l-programm ikollhom l-għajnuna biex jakkwistaw akkomodazzjoni soċjali li tixirqilhom. Fl-aħħar nett, il-President awgurat lil dawk kollha li ggradwaw. Awguratilhom ukoll li jibqgħu jgħożżu din l-esperjenza – esperjenza li, fl-aħħar mill-aħħar, mhijiex esperjenza ħafifa, imma hija esperjenza sabiħa; hija esperjenza li tagħti ħafna ħiliet, valuri u reżiljenza. "Għandkom kull opportunità, la tkunu hemm barra fil-familji tagħkom, fil-komunitajiet fejn tgħixu, u fis-soċjetà tagħna, li tkunu ta' eżempju għal ħaddieħor. Nitlobkom, f 'isem il-Maltin u l-Għawdxin, f 'isem il-familji tagħna biex tkunu ta' eżempju għalina, għat-tfal tagħna. Kemm jien kburija bikom", temmet tgħid il- President. Żewġ Somali arrestati fuq droga IKTAR ħidma li saret mill-Iskwadra ta' Kontra d-Drogi, matul il-lejl ta' bejn il-Ġimgħa u s-Sibt ġewwa Paceville, wasslet għall-arrest ta' żewġt irġiel mis-Somalja li għandhom 21 u 29 sena rispettivament. Huma nstabu fil-pussess tal-pjanta tal-kannabis u ta' droga suspettata li kienet kokaina, f 'ċirkostanzi li juru li l-istess droga ma kinitx għall-użu esklussiv tagħhom. Ir-raġel ta' 29 sena ser jitressaq taħt arrest il-Qorti fis- sigħat li ġejjin filwaqt li l-ieħor għadu qed jinżamm mill- Pulizija sabiex jgħinha fl-istħarriġ li għadu għaddej.