Illum previous editions

illum 25 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

9 Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 | illum Aħbarijiet Minn Sindki għal Deputati ILBIERAĦ fil-Parlament daħlu għall-ewwel darba sitt Deputati ġodda li sa qabel l-elezzjoni tat-3 ta' Ġunju kienu Sindki tal-lokalità tagħhom. B'elezzjoni każwali mis-sitt distrett kienet eletta l-eks sindku Laburista ta' Ħal Qormi Rosianne Cutajar, li minn dan id-distrett kisbet 1,934 vot mal-ewwel għadd. Apparti minn dan Cutajar, fl- età ta' 28 sena se tkun l-iżgħar Deputata fil-Parlament Malti minn meta kienet eletta l-eks President tar-Repubblika Agatha Barbara. Cutajar kienet eletta sindku ta' Ħal Qormi għall-ewwel darba f 'Marzu 2010 u kienet ri-eletta sindku fl-2015 bi ftit aktar minn 1,800 vot. Hija kienet ukoll l-ewwel sindku mara ta' Ħal Qormi. Fil-Parlament ukoll hemm sindku ieħor ta' Ħal Qormi, id-Deputat Clyde Puli. Mara oħra li kienet sindku u li issa se tkun fil-Parlament hija Maria Deguara, mart l-eks Ministru Nazzjonalista tas-Saħħa Louis Deguara. Deguara għalhekk temmet karriera twila ta' 17-il sena bħala sindku tan-Naxxar. Fil-fatt Deguara kienet inħatret sindku għall-ewwel darba wara l-elezzjoni tas- sena 2000. Deguara ngħatat ir-reponsabbilità li tkun kelliema għall-anzjani u persuni b'diżabbilità tal-PN għal din il-leġiżlatura. Intant fil-Parlament issa se jkun hemm l-aħħar żewġ Sindki tal-lokalità tal-Mosta. Fil-fatt, mill-ewwel għadd fil- 11-il distrett kien elett Edwin Vassallo kiseb 438 vot fuq distrett illi fuqu kien kandidat il-Kap tal-PN Simon Busuttil. Bl-elezzjoni każwali kien elett Ivan Bartolo, li kien ilu sindku sitt xhur biss. Dan issa fetaħ il-bibien għat-tielet bidla fi ftit xhur ta' min se jmexxi din il-lokalità bħala sindku. Il-Fgura wkoll se tkun qed tara bidla fit-tmexxija hekk kif Byron Camilleri kien elett għall-ewwel darba, fl-ewwel elezzjoni ġenerali li għaliha kien kandidat. Camilleri kien maħtur Whip tal-Grupp Parlamentari tal- Partit Nazzjonalista. sindku ieħor li kien elett huwa Karol Aquilina li issa ċeda postu ta' sindku tas-Siġġiewi lil Alessia Psaila Zammit, l-ewwel sindku mara ta' din il-lokalità. Aquilina kien elett mill-elezzjoni każwali fuq l-10 distrett, mhux mis-sitt distrett, li jinkludi s-Siġġiewi. Fl-aħħar nett, minn Għawdex, kien elett Clint Camilleri eks sindku tal-Qala li ġab 2,466 vot, rebaħ it-tielet siġġu f 'Għawdex u qalibha lill-eks Deputat Franco Mercieca. Karol Aquilina Byron Camilleri Scicluna jaċċenna fuq l-imħabba, d-dinjità u l-kontabbilità FLOMELIJA tiegħu fil- konċelebrazzjoni li saret fil- Konkatidral ta' San Ġwann l-Arċisqof Charles J Scicluna għamel aċċenn partikolari fuq l-imħabba, d-dinjità u anke l-kontabilità. "L-imħabba mhux biss f 'relazzjoni bejn il-ħbieb jew bejn il-persuni, imma imħabba ikbar. Neħtieġu," kompla jgħid Scicluna, "li jkollna politiċi li jħobbu lill- foqra, u dawk fil-bżonn." Waqt l-omelija tiegħu fil- konċelebrazzjoni li għaliha kienu preżenti fost l-oħrajn, il-PM Joseph Muscat u martu Michelle u l-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil u s-sieħba tiegħu Kristina Chetcuti, l-Arċisqof appella għall-bżonn ta' xogħol dinjituż, ta' ħidma biex il-poplu jkollu settur tas- saħħa u anke tal-edukazzjoni b'saħħithom. Intant l-Arċisqof għamel ukoll aċċenn għall-kontabbilità. "Irridu nkunu kontabbli lejn il-kuxjenza, lejn is-soċjetà u anke lejn Alla," sostna l-Arċisqof lil dawk preżenti. Sittax-il Speaker tal-Kamra mill-1964 sal-lum ANĠLU Farrugia kien ri- kkonfermat bħala s-16-il Speaker tal-Kamra tar- Rappreżentanti lbieraħ fil-bidu tal-ewwel seduta Parlamentari tat-13-il Leġiżlatura. In-nomina ta' Farrugia bħala Speaker, li bħal dejjem issir mill- Gvern, kienet milqugħa b'unanimità hekk kif is-67 Deputat Parlamentari vvutaw favuriha. Din mhux l-ewwel darba li Speaker kien rikonfermat fil-kariga tiegħu għat-tieni darba kosekuttiva. Fil-fatt l-eks PM Lawrence Gonzi kien maħtur Speaker fl-1988 u wara fl-1992, biex baqa' Speaker tal-Kamra sal- 1996 meta kien elett Gvern Laburista. Dan ifisser li Gonzi kien għamel tmien snin jokkupa l-kariga ta' Speaker. Apparti Gonzi, kien hemm ukoll l-eks Ministru ta' Għawdex Anton Tabone li kien maħtur Speaker fl-1998 u reġa' nħatar Speaker fl-2003 biex baqa' jokkupa din il-kariga sal-2008, jew għal 10 snin. S'issa s-siġġu ta' Speaker kien dejjem okkupat minn raġel, għajr għal darba bejn l-1996 u l-1998 taħt Gvern Laburista mmexxi minn Alfred Sant. Matul dawk is-sentejn l-Ispeaker kienet Miriam Spiteri Debono. Minkejja dan, ilbieraħ kienet maħtura b'unanimità t-tieni mara li se tpoġġi fuq l-istess siġġu għalkemm bħala Deputat Speaker. Din hija d-Deputata Claudette Buttigieg, li se tkun qed tieħu post Ċensu Galea. Anġlu Farrugia huwa t-tielet Speaker li ġie rikonfermat fil-kariga Anton Tabone Claudette Buttigieg Lawrence Gonzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 June 2017