Illum previous editions

illum 25 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 | illum Films tat-terrur...x'hemm lest għaċ-ċinema dan is-sajf Produzzjonijiet oħra Films oħra ta' ġeneri varji, huma: 'All Eyez On Me' dwar l-artist mejjet tal-'hip-hop', Tupac Shakur; 'All Saints Day' l-istorja vera tal-bejjiegħ li jsir ministru tal-knisja; tifel moħħu hemm li jsir iħobb tfajla ġara, jiddeċiedi li jipproteġiha minn kull deni minn idejn missier u jippjana qtil f ''The Book Of Henry'. Tfajla tkun allerġika għad-dinja ta' barra f ''Everything, Everything'. Tifla b'talent ta' ġenju fil-metematika mrobbija minn zijuha taqa' taħt l-attenzjoni ta' nannitha, omm iz-ziju, li jispiċċaw fil-qorti f ''Gifted'. 'Logan Lucky' hu dwar familja stramba mill-għoljiet ta' West Virginia li għandhom il-fama li kull fejn jersqu jġibu xorti ħażina. Fl-aħħar nett, xi ħaġa differenti hu d-dokumentarju mużikali 'Jonas Kaufmann: My Italy', fejn it- tenur Kaufmann ikun immeraviljat bil-lingwa, kultura u ħajja Taljana u t-tribut li jagħti lill-Opera ta' dan il-pajjiż. F'kelma waħda, jidher biċ-ċar li se jkollna sajf interessanti u ta' divertiment gwapp skont din l-għażla ta' films. Films tal-biża' u t-twerwir Il-pupa ppossessata Annabelle terġa' toħloq straġi din id-darba fuq soru u tfajliet minn orfanatrofju magħluq f ''Annabelle Creation'. Serje ta' delitti jġiegħlu lin-nies jemmnu li huma ħtija ta' kreatura minn żmenijiet mudlama f ''The Limehouse Golem'. Il-kotba tal-magħruf kittieb Stephen King jipprovdu 'The Dark Tower' u 'It'. It-22 Edizzjoni tal-Ġurnata Nazzjonali taċ-Ċinema IDDISTRIBUTURI lokali tal-films, KRS Releasing, għandhom il-pjaċir iħabbru t-22 edizzjoni tal-Ġurnata Nazzjonali Annwali taċ- Ċinema li se ssir nhar is-Sibt 1 ta' Lulju. Fit-teatri lokali se jkun hemm għażla ta' mhux inqas minn 13-il film bi prezz tad-dħul imraħħas sewwa. Il-programm ikopri produzzjonijiet ġodda u oħrajn riċenti li jittrattaw varjetà ta' temi minn avventuri bl-azzjoni, kummiedji, films animati għall-familja u oħrajn b'intriċċi ta' fantasija jew xjenza fittizja. F'Malta l-wiri jibda mid-9.00am sa tard bil-lejl u fis-Citadel Ċinema, Għawdex, mill 4.00pm 'il quddiem. Il-films animati jinkludu, "Despicable Me 3" u "The Baby Boss", fil-blokkbasters tas-supereroj insibu "Transformers: The Last Knight", "Guardians Of the Galaxy, Vol. 2", "Wonder Woman", kif ukoll "The Mummy", "King Arthur: Legend Of the Sword", "Pirates Of the Caribbean: Salazar's Revenge", kumiedji bħal "Diary Of A Wimpy Kid: The Long Haul" u"Baywatch" [bl-azzjoni]. Fl-aħħar nett, "The Shack" b'kontenut pjutost solenni u "Gifted" dwar tifla ġenju li tqanqal każ fil-qorti bejn zijuha li jieħu ħsiebha u ommu. Aħsbu kmieni għall-biljetti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 June 2017