Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480
Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum Il-Portugall u l-Messiku s-semi- nali tat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet minn Crisian Antony Muscat ILPORTUGALL u l-Messiku saru l-ewwel żewġ timijiet li għamluha għas-semi-finali tat-Tazza tal-Konfederazzjoniiet li qed tintlagħab fir-Russja bi preparazzjoni għat- Tazza tad-Dinja li se ssir matul is-sena d-dieħla fl-istess pajjiż. Dawn iż-żewġ timijieet nazzjonali temmew fl- ewwel żewġ postijiet ta' Grupp A bil-Portugall ikunu huma li jirbħu l-Grupp għalkemm il- Messiku temmew il- grupp b'punti daqshom iżda l-Portugiżi kellhom differenza ta' gowls aħjar. Ir-Russja temmew fit-tielet post u n-New Zealand temmew fir-raba' u l-aħħar post ta' Grupp A u b'hekk sfaw eliminati. Il-Potugall għelbu lil New Zealand bl-iskor kbir ta' 4-0 bil-gowls għalihom jaslu minn penalty ta' Cristiano Ronaldo fit-33 minuta u minn Bernardo Silva ħames minuti biss wara. Andre Silva u Nani skorjaw it-tielet u r-raba' gowl għall-Portugiżi fit-80 u fid- 90 minuta rispettivament. F'logħba oħra mill- istess Grupp, il-Messiku u r-Russja temmew il- konfront ta' bejniethom fi draw ta' 2-2. Kienu r-Russi li skorjaw l-ewwel pemeezz ta' Alexandr Samedov fil-25 minuta iżda Nestor Araujo ġab l-iskor indaqs ħames minuti wara. Il-Messikani skorjaw il- gowl tar-rebħa permezz ta' Hirving Lozano fit-52 minuta. Ta' nota huwa l-fatt li r-Russi temmew il-konfront jilagħbu b'10 plejers meta fit-68 minuta tkeċċa għalihom il-plejer Yuri Zhirkov meta rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta' ftit sekondi. Il-Portugall u l-Messiku s-semi- nali Hirving Lozano jiċċelebra wara li skorja l-gowl tar-rebħa għall-Messiku Cristiano Ronaldo jifraħ ma' sħabu wara li skorja l-ewwel gowl mill-erbgħa tal-Portugall Hamilton jikseb il-pole tal-Azerbaijan u Vettel jibda mir-raba' post LEWIS Hamilton fuq Mercedes rebaħ il-pole tal- GP tal-Azerbaiajn f 'Baku. B'hekk huwa resaq żewġ poles 'il bogħod milli jilħaq l-ammont ta' pole positions li kiseb l-ex sewwieq leġġendarju Ġermaniż ta' Ferrari Michael Schumacher li rebaħ 68 pole fil-karriera illustri tiegħu u li jinsab fil-quċċata tal-lista tal-iktar sewwieqa li qatt rebħu poles fil-karriera tagħhom. Bil-pole li kiseb ilbieraħ, Hamilton għadda lil Ayrton Senna li kien rebaħ 65 pole fil-karriera tiegħu. Valtteri Bottas se jkun qed jibda mit- tieni post waqt li jsegwu fit- tielet, ir-raba' u l-ħames post se jkunu Kimi Raikkonen, Sebastian Vettel u Max Verstappen rispettivament. Mix-Xellug għal-Lemin: Kimi Raikkonen, Lewis Hamilton u Valtteri Bottas