Illum previous editions

illum 25 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 Sports 28 Unuri għat-triatleta Hannah Pace ġewwa Kitzbuhel MINKEJJA l-karriera relattivament qasira tagħha fit-Triathlon, Hannah Pace ċertament għamlet isem għaliha nfisha u Malta. Mill-bidu tal-karriera taghħa Pace rebħet numru ta'titoli lokali kif ukoll internazzjonli, fid-diversi distanzi li joffru l-kompetizzjonijiet ta 'Triathlon. L-aħħar suċċess internazzjonali ta' Pace intlaħaq ġewwa l-Awstrija fit-tmiem il-gimgħa li għaddiet meta ħadet sehem fil-Kampjonati Ewropej tat-Triathlon, fil-Grupp ta' Età bejn 20-24 sena. Dawn il-kampjonati, ikkunsidrati bħala l-akbar fil-kalendarju tat-tlielaq internazzjonali tat-Triathlon, jattiraw eluf ta' triatletli, kif ukoll wħud mill-aqwa atleti fl-Ewropa – din is-sena t-tellieqa nkludiet atleti li jikkompetu fl-Olimpjadi, kif ukoll fuq livell professjonali. Fit-tellieqa mifruxa fuq distanza Standard - Pace ħarġet mill- għawma ta'1.5km, li saret fil-lag Schwarzee, fit-tielet post wara Eliza Monachini (ITA) u Anna Moitzi (AUT). Għalkemm l-ewwel żewġ postijiet inbidlu matul ir-rotta ta' 42 kilometru fuq ir-rota, Pace żammet post fuq quddiemt fuq rotta iebsa, fejn hi għamlet użu tajjeb tal-esperjenza internazzjonali tagħha. Pace żammet pass qawwi u kontinwu. Ir-rotta, li hija meqjusa bħala waħda konsiderevolment diffiċli, kienet tinkludi telgħa iebsa ta' madwar 200 metru, segwieta minn niżla teknika li kienet ta'sfida anke għal aktar atleti b'esperjenza. It- tielet taqsima ta' din it-tellieqa kienet tikkonsisti f 'ġirja ta'għaxar kilometri li kien fiha numru ta' telgħat. Parti mir-rotta kienet fuq rotta trail. F'din it-taqsima Pace irreġistrat l-aħjar hin fil-Grupp tal-età taghħa. L-isforzi ta' Pace f 'dawn il- Kampjonati rawha tirbaħ il-Midalja tal-Bronż. Il-midalja tad-deheb ġiet mirbuħa mit-triatleta Ingliża Kate MacTear, filwaqt li l-midalja tal- fidda intrebħet mill-atleta Awstriaka Anna Moitzi. "Il-Kampjonati Ewropej jattiraw xi wħud mill-aqwa talent Ewropew, u l-kompetizzjoni qiegħda ssir aktar diffiċli kull sena. Fl-2014 ikkompetejt hawnhekk, għalkemm fuq rotta kemmxejn differenti – f 'dik is-sena irnexxieli nikseb il-ħames post. Din is-sena kont determinata li ntejjeb il-hin u l-pożizzjoni tiegħi minkejja li din id-darba r-rotta kienet iktar iebsa," qalet Hannah Pace. L-impenn li jmiss ta' Pace se jseħħ f 'dan tmiem il-ġimgħa meta hi se tkun qiegħda terga' tirrapreżenta lil Malta ġewwa Düsseldorf fil- Ġermanja fil-Kampjonati Ewropej fuq distanza Sprint. Pace xtaqet tesprimi l-gratitudni tagħha lejn Garmin Malta, emvigee pr & marketing, Team Barry Malta International Challenge Marathon, Pembroke Athleta, Malta Triathlon Federation, Malta Olympic Committee u Sport Malta għall- appoġġ tagħhom. Hannah Pace bil-Midalja tal-Bronż -Awstrija Ritratt - Maria Vella Galea Johann Zarco jissorprendi bil-kbir u jikseb l-ewwel pole l-karriera tiegħu ISSEWWIEQ Franċiż Johann Zarco ssorprenda bil-kbir meta kiseb l-ewwel pole position fil-karriera tiegħu. Is-sewwieq ta' Tech 3 Yamaha pproduċa lap finali mill-aqwa f 'kundizzjonijiet klimatiċi mhux tajbin u għadda b'0.065 sekondi lill-istilla ta' Honda, Marc Marquez. Ta' nota huwa l-fatt li din kienet l-ewwel pole għat-tim ta' Tech 3 Yamaha sa minn meta Cal Crutchlow kien kiseb il-pole f 'Brno lura fl-2013. Fit-tielet post se jkun qed jibda Danilo Petrucci fuq Ducati waqt li fir-raba' post temm is-sewwieq Taljan Valentino Rossi fuq Yamaha. Iddiżappuntaw ferm Cal Cruchlow fuq Honda li se jkun qed jibda mit-tmien post, Andrea Dovizioso fuq Ducati li temm fid-disa' post, Dani Pedrosa li se jkun qed jibda biss mit-12-il post u speċjament Jorge Lorenzo li inkredibilment temm fil-21 post tal-gradwatorja. Johann Zarco -azzjoni f 'Assen -Olanda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 June 2017